EUR-Lex Přístup k právu Evropské unie

Zpět na úvodní stránku EUR-Lex

Tento dokument je výňatkem z internetových stránek EUR-Lex

Dokument 32012R0849

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 849/2012 tad- 19 ta’ Settembru 2012 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ aċidu ċitriku, aċidu sorbiku, timol u vanillina bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ għat-tismin, tiġieġ imrobbija għall-bajd, l-ispeċijiet kollha tat-tjur minuri għat-tismin u mrobbija għall-bajd u Suidae miftuma għajr Sus scrofa domesticus (detentur tal-awtorizzazzjoni Vetagro SpA) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 253, 20.9.2012, s. 8—10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Právní stav dokumentu Již není platné, Datum konce platnosti: 05/01/2021; Imħassar b' 32020R2119

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/849/oj

20.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 849/2012

tad-19 ta’ Settembru 2012

dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ aċidu ċitriku, aċidu sorbiku, timol u vanillina bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ għat-tismin, tiġieġ imrobbija għall-bajd, l-ispeċijiet kollha tat-tjur minuri għat-tismin u mrobbija għall-bajd u Suidae miftuma għajr Sus scrofa domesticus (detentur tal-awtorizzazzjoni Vetagro SpA)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ aċidu ċitriku, aċidu sorbiku, timol u vanillina. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata bil-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ aċidu ċitriku, aċidu sorbiku, timol u vanillina bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ għat-tismin, tiġieġ imrobbija għall-bajd, l-ispeċijiet kollha tat-tjur minuri għat-tismin u mrobbija għall-bajd u l-ispeċijiet porċini minuri kollha (miftuma), li għandha tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”.

(4)

L-użu tal-preparazzjoni ta’ aċidu ċitriku, aċidu sorbiku, timol u vanillina kienet awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv fl-għalf għall-użu fil-każ ta’ ħnienes miftuma permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1117/2010 (2).

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-25 ta’ Mejju 2012 (3) li taħt il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjoni ta’ aċidu ċitriku, aċidu sorbiku, timol u vanillina stabbiliti fl-Anness ma għandhiex effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li dan l-addittiv għandu l-potenzjal li jtejjeb il-prestazzjoni tal-ispeċijiet fil-mira. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv għall-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

L-evalwazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali kif speċifikat f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 317, 3.12.2010, p. 3.

(3)  EFSA Journal 2012; 10(5):2670.


ANNESS

In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplet b’kontenut niedi ta’ 12 %

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: Addittivi żootekniċi oħra (titjib tal-parametri żootekniċi)

4d 3

Vetagro SpA

Preparazzjoni tal-aċidu ċitriku, l-aċidu sorbiku, it-timol u l-vanillina

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ żibeċ żgħar ħafna protetti li fihom l-aċidu ċitriku, l-aċidu sorbiku, it-timol u l-vanillina b’minimu ta’:

 

Aċidu ċitriku: 25 g/100 g

 

Aċidu sorbiku: 16,7 g/100 g

 

Timol: 1,7 g/100 g

 

Vanillina: 1 g/100 g

 

Karatterisitiċi tas-sustanzi attivi

 

Aċidu ċitriku C6H8O7 (purità ≥ 99,5 %)

2-idrossi-1,2,3-aċidu propanetrikarbossliku, numru tal-CAS 77-92-9 anidrus

 

Aċidu sorbiku C6H8O2 (purità ≥ 99,5 %)

2,4-aċidu essaadijenojku, numru tal-CAS 110-44-1

 

Timol (purità ≥ 98 %)

5-metil-2-(1-metiletil)fenol, numru tal-CAS 89-83-8)

 

Vanillina (purità ≥ 99,5 %)

4-idrossi-3-metossibenżaldeid, in-numru tal-CAS 121-33-5)

 

Metodi analitiċi  (1)

Determinazzjoni tal-aċidu sorbiku u timol fl-għalf: Metodu tal-kromatografijalikwida ta’ prestazzjoni għolja tal-fażi maqluba b’tagħmir ta’ detenzjoni tar-raġġ ultravjola/dijod (RP-HPLC-UV/DAD). Determinazzjoni tal-aċidu ċitriku fl-addittiv jew il-pretaħlitiet: (RP-HPLC-UV/DAD). Determinazzjoni tal-aċidu ċitriku fl-għalf: Determinazzjoni enżimatika tal-kontenut ċitriku – il-metodu spettrometriku tal-NADH (forma mnaqqsa tan-nikotinamid adenina dinukleotid)

Tiġieġ għat-tismin u mrobbija għall-bajd

Speċijiet tat-tjur minuri għat-tismin u mrobbija għall-bajd

200

Għas-sikurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġar

l-10 ta’ Ottubru 2022

Suidae miftuma

għajr Sus scrofa domesticus

1 000


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx


Nahoru