This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0786
Commission Implementing Regulation (EU) No 786/2012 of 30 August 2012 amending and correcting Regulation (EC) No 951/2006 laying down detailed rules for the implementation of Council Regulation (EC) No 318/2006 as regards trade with third countries in the sugar sector
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 786/2012 tat- 30 ta’ Awwissu 2012 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 951/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 786/2012 tat- 30 ta’ Awwissu 2012 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 951/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor
ĠU L 235, 1.9.2012, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R2835
1.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 235/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 786/2012
tat-30 ta’ Awwissu 2012
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 951/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),u b’mod partikolari l-Artikolu 134, l-Artikolu 161(3), l-Artikolu 170 u l-Artikolu 192(2), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (2) jistipula regoli komuni għan-notifika ta’ informazzjoni u dokumenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawk ir-regoli jkopru partikolarment l-obbligu għall-Istati Membri li jużaw is-sistemi ta’ informazzjoni magħmula disponibbli mill-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess tal-awtoritajiet jew l-individwi awtorizzati biex jibagħtu n-notifiki. Minbarra dan, dak ir-Regolament jistabbilixxi prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi ta’ informazzjoni sabiex ikunu ggarantiti l-awtentiċità, l-integrità u l-leġġibbiltà tul iż-żmien tad-dokumenti, u jipprovdi għall-protezzjoni tad-dejta personali. |
(2) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, l-obbligu biex jintużaw is-sistemi ta’ informazzjoni skont dak ir-Regolament għandu jiġi pprovdut fir-Regolamenti li jistabbilixxu obbligu ta’ notifika speċifiku. |
(3) |
Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta’ informazzjoni li tippermetti l-immaniġġjar tad-dokumenti u l-proċeduri b’mod elettroniku fil-proċeduri ta’ ħidma interni tagħha u fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni. Qed jiġi kkunsidrat li diversi obbligi ta’ notifika jistgħu jiġu sodisfatti permezz ta’ dik is-sistema skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, b’mod partikolari dawk ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (3). |
(4) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni effiċjenti, u fid-dawl tal-esperjenza, uħud min-notifiki għandhom jiġu ssimplifikati u speċifikati jew jitħassru fir-Regolament (KE) Nru 951/2006. |
(5) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jixraq li jiġi pprovdut espliċitament li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (4) japplika għal-liċenzji pprovduti permezz tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, ħlief meta pprovdut mod ieħor fir-Regolament ta’ wara. |
(6) |
Il-prodotti tal-isoglukożju mhumiex elenkati fit-Taqsima C tal-Parti II tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, u għalhekk ma hija meħtieġa l-ebda liċenzja tal-esportazzjoni għall-esportazzjonijiet tal-isoglukożju li jiċċirkola liberament fis-suq tal-Unjoni u li mhuwiex ikkunsidrat bħala “barra mill-kwota” li għandu jiġi esportat mingħajr rifużjoni. Dan għandu jiġi rifless fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, fejn kwalunkwe referenza għall-isoglukożju għandha titħassar. |
(7) |
Skont il-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iz-zokkor jew l-isoglukożju li jiġu prodotti f’eċċess mill-kwota msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss fi ħdan il-limitu kwantitattiv li għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni. Meta tiffissal-limitu kwantitattiv, il-Kummissjoni trid tirrispetta l-impenji li jirriżultaw minn ftehimiet konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat. |
(8) |
Matul żminijiet ta’ produzzjoni kbira tal-Unjoni ta’ zokkor barra mill-kwota, b’mod partikolari meta abbinata ma’ prezzijiet għoljin tas-suq globali, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni sottomessi mill-manifatturi taz-zokkor jistgħu jaqbżu b’mod sinifikanti l-kwantitajiet disponibbli. Il-kompetizzjoni qawwija tal-operaturi għal-liċenzji tal-esportazzjoni tista’ twassal għal sitwazzjoni fejn ċerti operaturi japplikaw għal liċenzji li jaqbżu l-produzzjoni reali tagħhom ta’ zokkor barra mill-kwota fir-rigward tas-sena kummerċjali konċernata. Aġir spekulattiv bħal dan jista’ jfisser telf ta’ possibbiltajiet tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota tal-Unjoni kif ukoll żieda fil-pressjoni fuq is-suq tal-Unjoni għal zokkor barra mill-kwota, u b’hekk żieda wkoll fir-riskju ta’ akkumulazzjoni ta’ zokkor żejjed. |
(9) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, id-drittijiet li jirriżultaw minn liċenzji jew ċertifikati jistgħu jiġu ttrasferiti darba mid-detentur titulari tagħhom matul il-validità tal-liċenzja jew ċertifikat konċernati. Sabiex jonqsu r-riskji ta’ aġir spekulattiv tal-manifatturi taz-zokkor, jixraq li jkun pprojbit it-trasferiment tal-liċenzji tal-esportazzjoni fil-każ ta’ zokkor barra mill-kwota. |
(10) |
L-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (5), u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 504/2007 tat-8 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-arranġamenti għal dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib (6), jiffissaw l-limitu ta’ żmien għall-importaturi konċernati biex jagħtu prova li l-kunsinna kkonċernata tneħħiet taħt kundizzjonijiet li jikkonfermaw il-korrettezza tal-prezz tal-importazzjoni cif iddikjarat. Għall-fini ta’ armonizzazzjoni tar-regoli ta’ implimentazzjoni applikabbli għad-dazji tal-importazzjoni addizzjonali fis-setturi differenti, jixraq li l-Artikolu 38(4) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 jiġi allinjat mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 u mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 504/2007. |
(11) |
L-Artikolu 34(3) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 jistipula li l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni kull xahar b’informazzjoni marbuta mas-suq dinji tal-molassi. L-esperjenza wriet li, minħabba l-karatteristiċi tas-swieq tal-molassi, huwa diffiċli tinkiseb informazzjoni bħal din, u ħafna Stati Membri ma għandhomx informazzjoni rilevanti x’jipprovdu. Għalhekk jixraq li jitħassar dak l-obbligu ta’ notifika. |
(12) |
Il-Kapitolu 17 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (7) kif emendat permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (8) fih kodiċijiet ġodda tan-NM għall-prodotti varji taz-zokkor mhux maħdum li huma differenti minn dawk imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 951/2006. Għall-fini ta’ ċarezza legali, dawk il-kodiċijiet ġodda għandhom ikunu riflessi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006. |
(13) |
Fl-okkażjoni ta’ dawk l-emendi, jixraq li jiġi kkoreġut żball ovvju fir-rigward ta’ referenza interna. |
(14) |
Ir-Regolament (KE) Nru 951/2006 għandu għalhekk jiġi emendat u kkoreġut kif xieraq. |
(15) |
Għal raġunijiet ta’ trasparenza u trattament indaqs, dan ir-Regolament għandu japplika mill-bidu tas-sena kummerċjali 2012-2013. Madankollu, minħabba li l-korrezzjoni fl-Artikolu 12a(3) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 għandu jkollu effett retroattiv li debitament jirrispetta l-aspettativi leġittimi ta’ dawk ikkonċernati, dik il-korrezzjoni għandha tapplika sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ emenda li daħħal ir-referenza żbaljata fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, jiġifieri r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 910/2008 (9). |
(16) |
Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni sal-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 951/2006
Ir-Regolament (KE) Nru 951/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 Kamp ta’ applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi, f’konformità mal-Parti III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*), ir-regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u esportazzjoni, l-għoti ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni u l-ġestjoni tal-importazzjonijiet, b’mod partikolari l-applikazzjoni ta’ dazji tal-importazzjoni addizzjonali fis-settur taz-zokkor. 2. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (**) għandu japplika, ħlief fejn huwa pprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament. |
(2) |
L-Artikoli 7 u 7a huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 7 Liċenzja tal-esportazzjoni għaz-zokkor mingħajr rifużjoni Fejn iz-zokkor li jinsab f’ċirkolazzjoni libera fis-suq tal-Unjoni u li mhux ikkunsidrat bħala ‘barra mill-kwota’ għandu jiġi esportat mingħajr rifużjoni, it-taqsima 20 tal-applikazzjoni tal-liċenzja u tal-liċenzja għandu jkun fihom waħda mill-entrati elenkati fil-Parti C tal-Anness. Artikolu 7a Liċenzji tal-esportazzjoni għal esportazzjonjijiet barra mill-kwota 1. B’deroga mill-Artikolu 5, l-esportazzjonijiet ta’ isoglukożju barra mill-kwota fi ħdan il-limitu kwantitattiv imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-esportazzjoni. 2. B’deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, id-drittijiet li joriġinaw minn liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa għal zokkor barra mill-kwota ma għandhomx ikunu trasferibbli.” |
(3) |
Fl-Artikolu 7c(1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa nhar ta’ Tnejn kull ġimgħa, dwar il-kwantitajiet ta’ zokkor u/jew isoglukożju, li matul il-ġimgħa ta’ qabel ikunu ġew ippreżentati applikazzjonijiet għal liċenzja tal-esportazzjoni għalihom.” |
(4) |
Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej: “4. L-applikanti jistgħu jirtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom għal-liċenzja sal-aħħar tal-ġimgħa wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ta’ perċentwal ta’ aċċettazzjoni kif indikat fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jekk dan ikun inqas minn 80 %. L-Istati Membri għandhom imbagħad jirrilaxxaw il-garanzija.” |
(5) |
It-titolu tal-Kapitolu V jinbidel b’dan li ġej: “REGOLI ADDIZZJONALI GĦAL-LIĊENZJI TAL-ESPORTAZZJONI” |
(6) |
L-Artikolu 11 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 11 Applikazzjoni għal-liċenzi tal-esportazzjoni u l-ħruġ tagħhom 1. Liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor li jidħlu taħt il-kodiċi tan-NM 1701 għal kwantitajiet li jaqbżu l-10 tunnellati għandhom jinħarġu:
L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal:
2. Meta applikazzjoni għal liċenzja fir-rigward tal-prodotti li għalihom japplika l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tkun fir-rigward ta’ kwantitajiet li ma jaqbżux l-10 tunnellati, il-parti kkonċernata ma tistax iddaħħal aktar minn applikazzjoni waħda bħal din fl-istess jum u mal-istess awtorità kompetenti.” |
(7) |
L-Artikoli 17, 18 u 19 jinbidlu b’dan li ġej: “Artikolu 17 Notifika dwar il-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-15 ta’ kull xahar, fir-rigward tax-xahar preċedenti, dwar il-kwantitajiet li għalihom inħarġu liċenzji skont l-Artikolu 7. 2. Matul il-perjodi meta jingħataw ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur taz-zokkor, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sal-15 ta’ kull xahar, fir-rigward tax-xahar preċedenti, dwar:
Artikolu 18 Notifika tal-kwantitajiet esportati 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni għal kull xahar tal-kalendarju, u sa mhux aktar tard minn tmiem it-tielet xahar tal-kalendarju wara x-xahar tal-kalendarju kkonċernat, dwar il-kwantitajiet ta’ zokkor koperti minn kwoti esportati bħala zokkor abjad jew fil-forma ta’ prodotti pproċessati espressi bħala zokkor abjad, li għalihom inħarġet liċenzja tal-esportazzjoni għall-implimentazzjoni tal-għajnuna għall-ikel tal-Unjoni u nazzjonali taħt konvenzjonijiet internazzjonali jew programmi kumplimentari oħra u għall-implimentazzjoni ta’ miżuri oħra tal-Unjoni għall-provvista libera tal-ikel. 2. Matul il-perjodi meta jingħataw ir-rifużjonijiet tal-esportazzjoni fis-settur taz-zokkor, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn tmiem kull xahar kalendarju fir-rigward tax-xahar kalendarju preċedenti, dwar il-kwantitajiet ta’ zokkor abjad imsemmija fl-Artikolu 17(2)(b) ġew esportati skont l-Artikolu 7(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008. 3. Matul il-perjodi meta r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni jingħataw fis-settur taz-zokkor, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni għal kull xahar kalendarju, u sa mhux aktar tard minn tmiem it-tielet xahar kalendarju wara x-xahar kalendarju kkonċernat:
In-notifiki msemmija fil-punti (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom jingħataw b’mod separat lill-Kummissjoni għal kull Regolament applikabbli għall-prodott ipproċessat ikkonċernat. Artikolu 19 Notifika ta’ liċenzji tal-importazzjoni L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet ta’ zokkor importati minn pajjiżi terzi u esportati bħala prodotti ta’ kumpens taħt arranġamenti ta’ pproċessar intern imsemmija fl-Artikolu 116 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dik in-notifika għandha tirreferi għal kull sena tas-suq. Għandha titressaq sa mhux aktar tard minn tmiem it-tieni xahar kalendarju ta’ wara kull sena tas-suq ikkonċernata. |
(8) |
L-Artikolu 21 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 21 Metodu ta’ notifika In-notifiki mill-Istati Membri pprovduti f’dan ir-Regolament għandhom isiru kif ġej:
|
(9) |
Fl-Artikolu 23, il-frażi ta’ introduzzjoni għandha tinbidel b’dan li ġej: “Meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-opportunitajiet ta’ bejgħ l-aktar favorevoli fis-suq dinji, għandha titqies l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli lill-Kummissjoni, direttament jew permezz tal-aġenziji kompetenti tal-Istati Membri, fir-rigward ta’:” |
(10) |
Fl-Artikolu 29, il-frażi ta’ introduzzjoni għandha tinbidel b’dan li ġej: “Meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-opportunitajiet ta’ bejgħ l-aktar favorevoli fis-suq dinji, għandha titqies l-informazzjoni rilevanti kollha relatata ma’:” |
(11) |
Fl-Artikolu 34, għandu jitħassar il-paragrafu 3. |
(12) |
Fl-Artikolu 38, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej: “4. L-importatur għandu jkollu xahrejn żmien mill-bejgħ tal-prodotti kkonċernati, suġġett għal limitu ta’ disa’ xhur mid-data tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, sabiex jagħti prova li l-kunsinna ntużat taħt kundizzjonijiet li jikkonfermaw il-korrettezza tal-prezzijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Il-garanzija ppreżentata tintilef f’każ li ma tkunx rispettata xi waħda minn dawn id-dati ta’ skadenza. Madankollu, il-limitu ta’ disa’ xhur żmien jista’ jiġi estiż mill-awtoritajiet kompetenti sa massimu ta’ tliet xhur oħra wara talba debitament sostanzjata mingħand l-importatur. Il-garanzija depożitata għandha tiġi rilaxxata sal-punt li tingħata prova tal-kundizzjonijiet ta’ tneħħija, li tkun tissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti. Inkella, il-garanzija għandha tintilef permezz ta’ ħlas tad-dazji addizzjonali.” |
(13) |
L-Artikolu 42 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 42 Metodi ta’ kalkolu 1. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux maħdum importat kif determinat skont it-Taqsima B.III tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ikun differenti mir-rendiment iffissat għall-kwalità standard, id-dazju tat-tariffa tad-dwana għal prodotti li jidħlu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1701 12 10, 1701 13 10 u 1701 14 10, u d-dazju addizzjonali għal prodotti li jidħlu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1701 12 10, 1701 12 90, 1701 13 10, 1701 13 90, 1701 14 10 u 1701 14 90 li jridu jiġu imposti għal kull 100 kilogramma taz-zokkor mhux maħdum imsemmi, għandhom jiġu kalkolati billi jiġi mmultiplikat id-dazju korrispondenti ffissat għaz-zokkor mhux maħdum tal-kwalità standard b’koeffiċjent ta’ korrezzjoni. Il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni għandu jinkiseb permezz ta’ diviżjoni bi 92 tal-perċentwal tar-rendiment taz-zokkor mhux maħdum importat. 2. Għall-prodotti imsemmija fil-punt (c) tal-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-kontenut ta’ sukrożju, inkluż zokkor ieħor espress bħala sukrożju, għandu jkun determinat permezz tal-applikazzjoni tal-metodu Lane u Eynon (metodu tar-riduzzjoni tar-ram) għas-soluzzjoni inversa skont Clerget-Herzfeld. Il-kontenut totali taz-zokkor determinat b’dan il-mod għandu jkun espress bħala sukrożju permezz ta’ multiplikazzjoni b’0,95. Madankollu, il-kontenut ta’ sukrożju, inkluż zokkor ieħor espress bħala sukrożju, ta’ prodotti li jkollhom anqas minn 85 % sukrożju jew zokkor ieħor espress bħala sukrożju, u zokkor invers espress bħala sukrożju, għandu jkun determinat billi jkun aċċertat il-kontenut tal-materja niexfa. Il-kontenut ta’ materja niexfa għandu jkun determinat skont il-gravità speċifika tas-soluzzjoni mħallta fi proporzjon ta’ 1 għal 1 skont il-piż u, għal prodotti solidi, permezz tat-tnixxif. Il-kontenut ta’ materja niexfa għandu jkun espress bħala sukrożju permezz ta’ multiplikazzjzoni bil-koeffiċjent 1. 3. Għall-prodotti msemmija fil-punti (d) u (g) tal-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-kontenut ta’ materja niexfa għandu jkun determinat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 4. Għall-prodotti msemmija fil-punt (e) tal-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-konverżjoni għal sukrożju ekwivalenti għandha tinkiseb permezz ta’ multiplikazzjoni bil-koeffiċjent 1,9 tal-materja niexfa determinata skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.” |
(14) |
Il-Parti C tal-Anness tinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament (KE) Nru 951/2006
Fl-Artikolu 12a, il-paragrafu 3 qed jiġi mibdul b’dan li ġej:
“3. Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rilaxxata skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 għall-kwantità li l-applikant ikun issodisfa, fi ħdan it-tifsira tal-Artikoli 30(b) u 31(b) ta’ dak ir-Regolament, l-obbligu tal-esportazzjoni jirriżulta mil-liċenżji maħruġa skont l-Artikolu 7d ta’ dan ir-Regolament.”
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ottubru 2012. Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mis-26 ta’ Settembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(3) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(4) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.
(5) ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.
(8) ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1.
(9) ĠU L 251, 19.9.2008, p. 13.
ANNESS
“C. |
Entrati msemmija fl-Artikolu 7:
|