EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0494

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 494/2012 tal- 11 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 593/2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 151, 12.6.2012, p. 22–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2014; Imħassar b' 32014R0319

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/494/oj

12.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 494/2012

tal-11 ta’ Ġunju 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 593/2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 64(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord ta’ Ġestjoni tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni,

Billi:

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-ambitu tal-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (minn hawn ‘il quddiem “l-Aġenzija”) ġie estiż; għalhekk l-Aġenzija hija meħtieġa li toħroġ ċertifikat, approvazzjoni, liċenzja jew dokument ieħor bħala riżultat ta’ ċertifikazzjoni skont l-ambitu estiż.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2007 tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (2) ma jippermettix li jiġu imposti drittijiet u ħlasijiet għal kwalunkwe attività ta’ ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikoli (5)(5), 21, 22, 22a, 22b u 23 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 minbarra dawk deskritti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (3) u (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar l-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (4).

(3)

Id-drittijiet u l-ħlasijiet imsemmijin f’dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti, ġust u uniformi, li jirriflettu l-ispiża attwali ta’ kull servizz individwali kif stipulat fl-Artikolu 64(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Jeħtieġ li jiġi żgurat bilanċ bejn l-infiq kumplessiv imġarrab mill-Aġenzija fit-twettiq tax-xogħol ta’ ċertifikazzjoni u d-dħul kumplessiv mid-drittijiet li timponi.

(4)

Il-lok ġeografiku tal-impriżi fit-territorji tal-Istati Membri ma għandux ikun fattur diskriminatorju meta jiġu ffissati d-drittijiet.

(5)

L-applikant għandu jkollu l-għażla li jitlob kwotazzjoni finanzjarja tal-ammont previst li għandu jitħallas għas-servizz li se jiġi pprovdut. Il-kriterji għad-determinazzjoni tal-ammont li għandu jitħallas għandhom ikunu ċari, uniformi u pubbliċi. Fejn mhuwiex possibbli li jiġi determinat b’mod preċiż dan l-ammont bil-quddiem, għandhom jiġu stabbiliti mill-Aġenzija prinċipji trasparenti għall-valutazzjoni tal-ammont li jrid jitħallas matul l-provvista tas-servizz.

(6)

Għandhom jiġu ffissati skadenzi għall-ħlas tad-drittijiet u l-ħlasijiet imposti skont dan ir-Regolament. Għandhom jiġu stabbiliti rimedji xierqa, f’każijiet ta’ nuqqas ta’ ħlas, bħall-waqfien ta’ proċessi ta’ applikazzjoni relatati, l-invalidazzjoni tal-approvazzjonijiet relatati, il-waqfien ta’ kwalunke provvista ulterjuri ta’ servizzi lill-istess applikant, u l-irkuprar tal-ammont pendenti permezz tal-mezzi disponibbli.

(7)

Ħlasijiet għal appelli kontra deċiżjonijiet tal-Aġenzija għandhom jitħallsu bis-sħiħ qabel ma l-appell ikun iddikjarat ammissibbli.

(8)

Il-partijiet interessati għandhom jiġu kkonsultati qabel kull modifika tad-drittijiet. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha regolarment tipprovdi lill-partijiet interessati informazzjoni dwar kif u fuq liema bażi id-drittijiet huma kkalkulati sabiex tipprovdi lill-partijiet interessati ħjiel dwar l-ispejjeż imġarrba mill-Aġenzija, u biex tipprovdi l-viżibilità finanzjarja xierqa lilll-industrija u l-ħila li jantiċipaw l-ispiża tad-drittijiet li se tkun meħtieġa tħallas. Għandu għalhekk ikun possibbli li tirrevedi annwalment l-livelli tad-drittijiet abbażi tar-riżultati u tbassir finanzjarji tal-Aġenzija.

(9)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 593/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 593/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Huwa jiddetermina, b’mod partikolari l-materji li għalihom huma dovuti drittijiet u ħlasijiet msemmija fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-ammont ta’ dawk id-drittijiet u ħlasijiet u l-mod ta’ kif għandhom jitħallsu.”

2.

Fl-Artikolu, il-punti 2(a) sa (d) jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)

”drittijiet” tfisser l-ammonti imposti mill-Aġenzija u li għandhom jitħallsu mill-applikanti għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni;

(b)

“ħlasijiet” tfisser l-ammonti imposti mill-Aġenzija u li għandhom jitħallsu mill-applikanti għal servizzi, għajr ix-xogħol ta’ ċertifikazzjoni, ipprovduti mill-Aġenzija, inkluża l-provvista ta’ merkanzija;

(c)

“xogħol ta’ ċertifikazzjoni” tfisser l-attivitajiet kollha mwettqa mill-Aġenzija direttament jew indirettament għall-finijiet ta’ ħruġ, żamma jew emendar taċ-ċertifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu;

(d)

“applikant” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li titlob li tibbenefika minn xogħol ta’ ċertifikazzjoni jew servizz ipprovdut mill-Aġenzija;”

3.

Fl-Artikolu 4, għandhom jiżdiedu t-tieni u t-tielet paragrafu li ġejjin:

“Mal-applikazzjoni ta’ Regolamenti futuri, l-Aġenzija tista’ timponi drittijiet skont it-Taqsima II tal-Anness għal xogħol ta’ ċertifikazzjoni għajr dak imsemmi fit-Taqsima I tal-Anness.

Kwalunkwe tibdiliet fl-organizzazzjoni li huma rrappurtati lill-Aġenzija u jaffettwaw l-approvazzjoni tagħha jista’ jkollhom l-effett ta’ kkalkular mill-ġdid tad-dritt ta’ sorveljanza dovut, li se jkun applikabbli miċ-ċiklu ta’ drittijiet li jmiss.”

4.

L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   Id-dritt għandu jitħallas mill-applikant f’EUR. It-termini tal-ħlas għandhom ikunu disponibbli għall-applikanti fuq il-websajt tal-Aġenzija. L-applikant għandu jħallas id-dritt bis-sħiħ inklużi tariffi bankarji possibbli relatati mal-ħlas qabel il-ħruġ, iż-żamma jew l-emendar ta’ ċertifikat, sakemm l-Aġenzija ma tiddeċidix mod ieħor wara konsiderazzjoni xierqa tar-riskji finanzjarji. Id-dritt għandu jitħallas fi żmien 30 jum kalendarju mid-data li fiha l-fattura hija nnotifikata lill-applikant mill-Aġenzija. L-applikazzjoni tista’ tiġi kkanċellata jew iċ-ċertifikat jista’ jiġi sospiż jew revokat jekk il-ħlas dovut għad-drittijiet ma jasalx sa tmiem l-iskadenza u wara li l-Aġenzija tkun bagħtet twissija formali.

2.   L-Aġenzija tista’ tiffattura d-dritt fi ħlas wieħed wara li tkun irċeviet l-applikazzjoni jew fil-bidu tal-perjodu annwali jew dak ta’ sorvelljanza.

3.   Għax-xogħol kollu ta’ ċertifikazzjoni li jwassal għall-ħlas ta’ drittijiet ikkalkulati għal kull siegħa, l-Aġenzija, fuq talba speċifika, tista’ tipprovdi stima lill-applikant. L-istima għandha tkun emendata mill-Aġenzija jekk jidher li x-xogħol huwa iktar sempliċi jew li jista’ jitwettaq aktar malajr milli kien imbassar inizjalment jew, bil-kontra, jekk inhu iktar kumpless u jieħu iktar żmien biex jitwettaq minn dak li l-Aġenzija setgħet raġonevolement tbassar.

4.   Jekk, wara verifika tal-applikazzjoni, l-Aġenzija tiddeċiedi li ma taċċettax din l-applikazzjoni, kwalunkwe dritt li diġà tħallas jiġi ritornat lura lill-applikant, bl-eċċezzjoni tal-ammont li jkopri l-ispejjeż amministrattivi tat-trattament tal-applikazzjoni. Dak l-ammont għandu jkun ekwivalenti għad-doppju tad-dritt għal kull siegħa fit-Taqsima II tal-Anness. Fejn l-Aġenzija jkollha provi li l-kapaċità finanzjarja tal-applikant tkun f’riskju, hija tista’ tirrifjuta applikazzjoni sakemm l-applikant jipprovdi garanzija bankarja jew depożitu garantit. L-Aġenzija tista’ wkoll tirrifjuta applikazzjoni, jekk l-applikant ma jissodisfax l-obbligi tal-ħlas tiegħu li jirriżultaw mix-xogħol ta’ ċertifikazzjoni jew servizzi mwettqa mill-Aġenzija, sakemm l-applikant iħallas l-ammonti pendenti dovuti għal dak ix-xogħol ta’ ċertifikazzjoni jew servizzi provduti.

5.   Jekk xi xogħol ta’ ċertifikazzjoni jkollu jiġi interrott mill-Aġenzija minħabba li l-applikant ma għandux riżorsi biżżejjed jew minħabba li jonqos li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, jew għax l-applikant iddeċieda li jtemm l-applikazzjoni tiegħu jew li jipposponi l-proġett tiegħu, il-bilanċ ta’ kwalunkwe ħlasijiet dovuti, ikkalkulati bi prezz fis-siegħa għall-perjodu ta’ tnax-il xahar iżda li ma jaqbiżx id-dritt uniformi applikabbli, għandu jitħallas bis-sħiħ fil-mument li l-Aġenzija tieqaf taħdem, flimkien ma’ kwalunkwe ammont ieħor dovut f’dak il-mument. L-għadd rilevanti ta’ sigħat għandu jiġi fatturat bi dritt għal kull siegħa kif stipulat fit-Taqsima II tal-Anness. Meta, fuq talba tal-applikant, l-Aġenzija terġa’ tibda xogħol ta’ ċertifikazzjoni li kien ġie interrott qabel, il-ħlas ta’ dan ix-xogħol għandu jkun daqslikieku kien proġett ġdid.

6.   Jekk id-detentur taċ-ċertifikat iċedi ċ-ċertifikat korrispondenti jew jekk l-Aġenzija tirrevoka ċ-ċertifikat, il-bilanċ ta’ kwalunkwe dritt dovut, ikkalkulat kull siegħa iżda li ma jaqbiżx id-dritt uniformi applikabbli, għandu jitħallas fil-mument li sseħħ il-konċessjoni jew ir-revoka, flimkien ma’ kwalunkwe ammonti oħrajn dovuti sa dak il-mument. L-għadd rilevanti ta’ sigħat għandu jiġi fatturat bi dritt għal kull siegħa kif stipulat fit-Taqsima II tal-Anness.

7.   Jekk l-Aġenzija tissospendi ċertifikat minħabba nuqqas ta’ ħlas ta’ dritt annwali jew dritt ta’ sorveljanza jew għaliex l-applikant jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli, għandhom ikomplu l-perjodi rispettivi tad-drittijiet.”

5.

Fl-Artikolu 10, jitħassar il-paragrafu 2.

6.

Fl-Artikolu 11, it-tieni u t-tielet paragrafu jinbidlu b’dan li ġej:

“Għandhom jiġu imposti ħlasijiet għall-ipproċessar ta’ appell imressaq skont l-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*). L-ammonti tal-ħlasijiet huma stipulati fit-Taqsima IV tal-Anness. Fejn l-appellant ikun persuna ġuridika, jeħtieġ li tipprovdi lill-Aġenzija ċertifikat iffirmat minn uffiċjal awtorizzat tal-organizzazzjoni kkonċernata li jispeċifika l-fatturat finanzjarju tal-appellant. Dan iċ-ċertifikat għandu jitressaq flimkien man-notifika tal-appell. Ħlasijiet ta’ appelli għandhom jitħallsu fi żmien 60 jum kalendarju mid-data li fiha l-appell kien reġistrat fl-Aġenzija skont il-proċedura applikabbli stabbilita mill-Aġenzija. Fil-każ li l-ħlas ma jsirx qabel din l-iskadenza, il-Bord tal-appell għandu jiċħad l-appell. Jekk l-appell ikun konkluż favur l-appellant, il-ħlasijiet tal-appell imħallsa għandhom jiġu rimborsati mill-Aġenzija mingħajr dewmien.

Tista’ tiġi kkomunikata stima tal-ammont tal-ħlasijiet lill-applikant fuq talba speċifika qabel ma jiġi pprovdut is-servizz. L-istima għandha tkun emendata mill-Aġenzija jekk jidher li x-xogħol huwa iktar sempliċi jew li jista’ jitwettaq aktar malajr milli kien imbassar inizjalment jew, bil-kontra, jekk inhu iktar kumpless u jieħu iktar żmien biex jitwettaq milli seta’ raġonevolment jiġi imbassar mill-Aġenzija.

(*)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.”"

7.

Fl-Artikolu 14 għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   L-Anness ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut perjodikament biex jiġi żgurat li l-informazzjoni sinifikanti relatata għas-suppożizzjonijiet sottostanti għad-dħul u n-nefqa antiċipata tal-Aġenzija hija riflessa debitament fl-ammonti tad-drittijiet jew ħlasijiet imposti mill-Aġenzija. Fejn meħtieġ, dan ir-Regolament u l-Anness tiegħu jistgħu jiġu riveduti sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul tiegħu fis-seħħ.”

8.

L-Anness huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ April 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 140, 1.6.2007, p. 3.

(3)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

(4)  ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.


ANNESS

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 593/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

Il-punt 2 tat-Taqsima II jinbidel b’dan li ġej:

“2.

Bażi ta’ siegħa skont ix-xogħol ikkonċernat (*):

Dimostrazzjoni tal-kapaċità tad-disinn permezz ta’ proċeduri alternattivi

Għadd attwali ta’ sigħat

Produzzjoni mingħajr approvazzjoni

Għadd attwali ta’ sigħat

Metodi Alternattivi ta’ Konformità ma’ kull AD

Għadd attwali ta’ sigħat

Sostenn ta’ validazzjoni (aċċettazzjoni ta’ ċertifikati tal-EASA minn awtoritajiet barranin)

Għadd attwali ta’ sigħat

Assisstenza teknika mitluba mill-awtoritajiet barranin

Għadd attwali ta’ sigħat

Aċċettazzjoni mill-EASA tar-rapporti mill-Bord ta’ Analiżi tal-Manutenzjoni

Għadd attwali ta’ sigħat

Trasferiment taċ-ċertifikati

Għadd attwali ta’ sigħat

Ċertifikat ta’ Organizzazzjoni Approvata tat-Taħriġ

Għadd attwali ta’ sigħat

Ċertifikat ta’ Ċentru Ajrumediku

Għadd attwali tas-sigħat

Ċertifikat ta’ Organizzazzjoni ATM-ANS

Għadd attwali tas-sigħat

Ċertifikat ta’ Organizzazzjoni tat-Taħriġ tal-Kontrolluri tat-traffiku tal-Ajru

Għadd attwali tas-sigħat

Dejta Operattiva relatata maċ-Ċertifikat tat-Tip, tibdiliet għaċ-Ċertifikat tat-Tip u ċ-Ċertifikat tat-Tip Supplimentari (**)

Għadd attwali tas-sigħat

Ċertifikat ta’ Kwalifika għal Apparat ta’ Taħriġ għas-Simulazzjoni tat-Titjir

Għadd attwali tas-sigħat

L-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ titjir għall-Permess ta’ titjir

3 sigħat

Ħruġ amministrattiv mill-ġdid ta’ dokumenti

siegħa

Ċertifikat ta’ esportazzjoni ta’ kondizzjoni tajba kontinwa għat-titjir (E-CoA) għal inġenju tal-arju CS 25

6 sigħat

Ċertifikat ta’ esportazzjoni ta’ kondizzjoni tajba kontinwa għat-titjir (E-CoA) għal inġenji tal-arju oħrajn

sagħtejn

(*)  Din hija lista mhux eżawrjenti tax-xogħol. Xogħol li ma jiġix inkluż f’din it-Taqsima ma għandux jiġi awtomatikament interpretat bħala li jindika li dak ix-xogħol ma jistax jitwettaq mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni."

2.

It-Taqsima IV tinbidel b’dan li ġej:

“TAQSIMA IV

Ħlasijiet għal appelli

L-applikazzjonijiet kollha għal appell jattiraw il-ħlas fiss muri fit-tabella, immultiplikat bil-koeffiċjent indikat għall-kategorija ta’ ħlas korrispondenti għall-persuna jew l-organizzazzjoni inkwistjoni.

L-appell għandu jitqies li jkun ammissibbli biss meta jitħallas il-ħlas għal appell.

Ħlas fiss

EUR 10 000


Kategorija ta’ ħlasijiet għal persuni naturali

Koeffiċjent ta’ ħlas fiss

 

0,1


Kategorija ta’ ħlasijiet għall-organizzazzjonijiet, skont il-fatturat finanzjarju tal-appellant f’euro

Koeffiċjent ta’ ħlas fiss

inqas minn 100 001

0,25

bejn 100 001  u 1 200 000

0,5

bejn 1 200 001  u 2 500 000

0,75

bejn 2 500 001  u 5 000 000

1

bejn 5 000 001  u 50 000 000

2,5

bejn 50 000 001  u 500 000 000

5

bejn 500 000 001  u 1 000 000 000

7,5

‘il fuq minn 1 000 000 000

10 ”



Top