Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0277

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 277/2012 tat- 28 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi u limiti ta’ azzjoni għad-diossini u l-poliklorobifenili Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 91, 29.3.2012, p. 1–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/277/oj

    29.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 91/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 277/2012

    tat-28 ta’ Marzu 2012

    li jemenda l-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi u limiti ta’ azzjoni għad-diossini u l-poliklorobifenili

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2002/32/KE tistipula li l-użu ta’ prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali li fihom livelli ta’ sustanzi mhux mixtieqa li jaqbżu l-livelli massimi stipulati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva huwa pprojbit. L-Anness II tagħha jistabbilixxi limiti ta’ azzjoni li jeżiġu investigazzjonijiet f’każijiet ta’ żieda fil-livelli ta’ dawn is-sustanzi.

    (2)

    Id-diossini kif imsemmija f’dan ir-Regolament ikopru grupp ta’ 75 konġeneru ta’ dibenżo-para-diossina poliklorinata (PCDD) u 135 konġeneru ta’ dibenżofuran poliklorinat (PCDF), li minnhom 17 iqajmu tħassib dwar it-tossiċità. Il-poliklorobifenili (PCB) huma grupp ta’ 209 konġeneri differenti li jistgħu jinqasmu f’żewġ gruppi skont il-proprjetajiet tossikoloġiċi tagħhom: Tnax-il konġeneru għandhom proprjetajiet tossikoloġiċi simili għad-diossini u għalhekk ħafna drabi jissejħu PCB simili għad-diossini (DL-PCBs). Il-PCB l-oħrajn ma jurux tossiċità simili għad-diossini iżda għandhom profil tossikoloġiku differenti.

    (3)

    Mill-konġeneri tad-diossini jew tal-PCB simili għad-diossini li jqajmu tħassib dwar it-tossiċità, kull wieħed jippreżenta livell differenti ta’ tossiċità. Sabiex tiġi kkalkolata t-tossiċità ta’ dawn il-konġeneri differenti, ġie introdott il-kunċett tal-fatturi ta’ ekwivalenza tossika (TEFs) ġie introdott biex jiġu ffaċilitati l-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll regolatorju. Dan ifisser li r-riżultati analitiċi marbuta mal-konġeneri individwali kollha tad-diossini u tal-PCB simili għad-diossini li jqajmu tħassib dwar it-tossiċità jiġu espressi f’termini ta’ unità kwantifikabbli, jiġifieri l-ekwivalent ta’ tossiċità tat-TCDD (TEQ).

    (4)

    Fir-rigward tad-diossini u tal-PCB simili għad-diossini, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fl-2005 ssuġġeriet valuri ġodda ta’ fatturi ta’ ekwivalenza tossika meta mqabbla mal-valuri stabbiliti mid-WHO fl-1998. Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ippreżentat rapport xjentifiku “Results of the monitoring of dioxin levels in food and feed” (2) fejn jitqiesu dawn il-valuri ġodda, kif ġew issuġġeriti mid-WHO, kif ukoll it-tagħrif riċenti miġbur mill-Kummissjoni. Fid-dawl ta’ dak ir-rapport, huwa xieraq li jiġu modifikati l-livelli massimi u l-valuri ta’ limitu għad-diossini u għall-PCB simili għad-diossini.

    (5)

    Fir-rigward tal-PCB mhux simili għad-diossina, fuq talba mill-Kummissjoni, l-EFSA adottat opinjoni marbuta mal-preżenza ta’ PCB mhux simili għad-diossina fl-għalf u fl-ikel (3).

    (6)

    Il-poliklorobifenili (PCB) ikopru grupp ta’ 209 konġeneri tal-PCB differenti. Is-somma tal-konġeneri tal-PCB b’sitt indikaturi (PCB 28, 52, 101, 138, 153 u 180) tammonta għal madwar nofs l-ammont totali ta’ PCB mhux simili għad-diossina (NDL-PCB) preżenti fl-għalf u fl-ikel. L-EFSA qieset li s-somma tal-PCB b’sitt indikaturi tindika b’mod xieraq l-okkorrenza ta’ NDL-PCB u l-esponiment tal-bniedem għalihom. Barra minn hekk, l-analiżi kull darba tal-209 konġeneri kollha tal-PCB għall-kontroll uffiċjali, tiswa ħafna flus u mhijiex prattika, u mhi ta’ ebda benefiċċju għall-finijiet ta’ infurzar. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu stabbiliti livelli massimi bħala somma ta’ dawn is-sitt PCB.

    (7)

    Il-livelli massimi għal PCB mhux simili għad-diossina ġew stabbiliti billi tqieset id-dejta riċenti dwar l-okkorrenza. Din id-dejta riċenti dwar l-okkorrenza ġiet ikkompilata fir-rapport xjentifiku tal-EFSA “Results of the monitoring of non dioxin-like PCBs in food and feed” (4). Għalkemm huwa possibbli li jinkiseb limitu ta’ kwantifikazzjoni (LOQ) aktar baxx, wieħed jista’ josserva li għadd konsiderevoli ta’ laboratorji ta’ kontroll uffiċjali japplikaw LOQ ta’ 0,5 ng/kg ta’ prodott jew anki 1 ng/kg ta’ prodott. Jekk ir-riżultat analitiku jiġi espress bħala livell superjuri, dan ikun diġà rriżulta f’xi każijiet f’livell qrib il-livell massimu anki jekk ma ġew kwantifikati l-ebda PCB. Għal ċerti kategoriji ta’ għalf, ġie rikonoxxut ukoll li d-dejta ma kinitx estensiva ħafna. Għaldaqstant, ikun xieraq li fi żmien tliet snin jiġu riveduti l-livelli massimi msejsa fuq bażi ta’ dejta aktar estensiva miksuba permezz ta’ metodu ta’ analiżi b’sensittività biżżejjed biex jikkwantifika l-livelli baxxi..

    (8)

    L-istudji trasferiti jindikaw li l-preżenza ta’ diossini, PCB simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini fl-għalf fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE, tista’ f’xi każijiet tirriżulta f’ikel li joriġina mill-annimali li jaqbeż il-livelli massimi applikabbli stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (5). Madankollu, mhuwiex possibbli li jiġu stabbiliti livelli massimi aktar baxxi meta titqies is-sensittività tal-metodi ta’ analiżi disponibbli bħalissa u l-fatt li l-livelli massimi huma stabbiliti bħala livelli superjuri. Barra minn hekk, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet mhuwiex probabbli li annimal ikun espost għal żmien twil għal għalf li jkun konformi iżda li jkollu livell ta’ diossini u/jew PCB fil-livell massimu jew qrib tiegħu.

    (9)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/32/KE huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

    (2)  EFSA Journal 2010; 8(3):1385, http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/1385.pdf

    (3)  EFSA Journal (2005) 284, 1 – 137, http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/284.pdf

    (4)  EFSA Journal 2010; 8(7):1701, http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/doc/1701.pdf

    (5)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.


    ANNESS

    (1)

    Fl-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE, it-Taqsima V: Id-diossini u l-PCB hija sostitwita b’dan li ġej:

    “TAQSIMA V:   DIOSSINI U PCB

    Sustanza mhux mixtieqa

    Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

    Kontenut massimu f’ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg (ppt) (1) b’rabta mal-għalf b’kontenut tal-ilma ta’ 12 %

    1.

    Diossini (l-ammont ta’ dibenżo-para-diossini poliklorinati (PCDD) u dibenżofurani poliklorinati (PCDF) espressi f’ekwivalenti ta’ tossiċità tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tat- TEFs tad-WHO (fatturi ta’ ekwivalenza tossika), 2005 (2))

    Materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti għajr:

    0,75

    iż-żjut veġetali u l-prodotti sekondarji tagħhom

    0,75

    Il-materjali tal-għalf ta’ oriġini minerali

    0,75

    Il-materjali tal-għalf li joriġinaw mill-annimali:

     

    Ix-xaħam tal-annimali, inklużi x-xaħam tal-ħalib u x-xaħam tal-bajd

    1,50

    Prodotti ta’ annimali oħrajn tal-art inklużi l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u l-bajd u l-prodotti tal-bajd

    0,75

    Iż-żejt tal-ħuta

    5,0

    Ħut, annimali akkwatiċi oħrajn, u prodotti derivati minnhom għajr iż-żejt tal-ħuta u l-proteina tal-ħuta, idrolizzata, li fiha aktar minn 20 % xaħam (3)

    1,25

    Il-proteina tal-ħuta, idrolizzata, li fiha aktar minn 20 % xaħam

    1,75

    L-addittivi tal-għalf tat-tafal tal-kawlina, il-vermikulit, in-natrolit-fonolit, l-aluminati tal-kalċju sintetiċi u l-klinoptilolit ta’ oriġini sedimentarja li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti kontra l-agglomerazzjoni

    0,75

    L-addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ mikronutrijenti

    1,0

    It-taħlitiet minn qabel

    1,0

    L-għalf kompost għajr:

    0,75

    l-għalf kompost għall-annimali domestiċi u l-ħut

    1,75

    l-għalf kompost għall-annimali bil-fer

    Sustanza mhux mixtieqa

    Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

    Kontenut massimu f’ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg (ppt) (1) b’rabta mal-għalf b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 %

    2.

    L-ammont ta’ diossini u PCB simili għad-diossini (l-ammont ta’ dibenżo-para-diossini poliklorinati (PCDD), dibenżofurani poliklorinati (PCDF) u poliklorobifenili (PCB) espressi f’ekwivalenti ta’ tossiċità tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tat- TEFs tad-WHO (fatturi ta’ ekwivalenza tossika), 2005 (2))

    Materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti għajr:

    1,25

    iż-żjut veġetali u l-prodotti sekondarji tagħhom

    1,5

    Il-materjali tal-għalf ta’ oriġini minerali

    1,0

    Il-materjali tal-għalf li joriġinaw mill-annimali:

     

    Ix-xaħam tal-annimali, inklużi x-xaħam tal-ħalib u x-xaħam tal-bajd

    2,0

    Prodotti ta’ annimali oħrajn tal-art inklużi l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u l-bajd u l-prodotti tal-bajd

    1,25

    Iż-żejt tal-ħuta

    20,0

    Ħut, annimali akkwatiċi oħrajn, u prodotti derivati minnhom għajr iż-żejt tal-ħuta u l-proteina tal-ħuta, idrolizzata, li fiha aktar minn 20 % xaħam (3)

    4,0

    Il-proteina tal-ħuta, idrolizzata, li fiha aktar minn 20 % xaħam

    9,0

    L-addittivi tal-għalf tat-tafal tal-kawlina, il-vermikulit, in-natrolit-fonolit, l-aluminati tal-kalċju sintetiċi u l-klinoptilolit ta’ oriġini sedimentarja li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti kontra l-agglomerazzjoni

    1,5

    L-addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ mikronutrijenti

    1,5

    It-taħlitiet minn qabel

    1,5

    L-għalf kompost għajr:

    1,5

    l-għalf kompost għall-annimali domestiċi u l-ħut

    5,5

    l-għalf kompost għall-annimali bil-fer

    Sustanza mhux mixtieqa

    Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

    Kontenut massimu f’μg/kg (ppb) b’rabta mal-għalf b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 % (1)

    3.

    PCB mhux simili għad-diossini (L-ammont ta’ PCB 28, PCB 52, PCB 101, PCB 138, PCB 153 u PCB 180 (ICES – 6) (1)

    Materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti

    10

    Il-materjali tal-għalf ta’ oriġini minerali

    10

    Il-materjali tal-għalf li joriġinaw mill-annimali:

     

    Ix-xaħam tal-annimali, inklużi x-xaħam tal-ħalib u x-xaħam tal-bajd

    10

    Prodotti ta’ annimali oħrajn tal-art inklużi l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u l-bajd u l-prodotti tal-bajd

    10

    Iż-żejt tal-ħuta

    175

    Ħut, annimali akkwatiċi oħrajn, u prodotti derivati minnhom għajr iż-żejt tal-ħuta u l-proteina tal-ħuta, idrolizzata, li fiha aktar minn 20 % xaħam (4)

    30

    Il-proteina tal-ħuta, idrolizzata, li fiha aktar minn 20 % xaħam

    50

    L-addittivi tal-għalf tat-tafal tal-kawlina, il-vermikulit, in-natrolit-fonolit, l-aluminati tal-kalċju sintetiċi u l-klinoptilolit ta’ oriġini sedimentarja li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti kontra l-agglomerazzjoni

    10

    L-addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ mikronutrijenti

    10

    It-taħlitiet minn qabel

    10

    L-għalf kompost għajr:

    10

    l-għalf kompost għall-annimali domestiċi u l-ħut

    40

    l-għalf kompost għall-annimali bil-fer

    (2)

    L-Anness II tad-Direttiva 2002/32/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “ANNESS II

    LIMITI TA’ AZZJONI LI JEŻIĠU INVESTIGAZZJONIJIET MILL-ISTATI MEMBRI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4(2)

    TAQSIMA: DIOSSINI U PCB

    Sustanzi mhux mixtieqa

    Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali

    Limiti ta’ azzjoni f’ng WHO-PCDD/F TEQ/kg (ppt) (6) b’rabta mal-għalf b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 %

    Kummenti u tagħrif addizzjonali (eż in-natura tal-investigazzjonijiet li jridu jsiru)

    1.

    Diossini (l-ammont ta’ dibenżo-para-diossini poliklorinati (PCDD) u dibenżofurani poliklorinati (PCDF) espressi f’ekwivalenti ta’ tossiċità tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tat- TEFs tad-WHO (fatturi ta’ ekwivalenza tossika, 2005 (5)

    Materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti għajr:

    0,5

     (7)

    iż-żjut veġetali u l-prodotti sekondarji tagħhom

    0,5

     (7)

    Il-materjali tal-għalf ta’ oriġini minerali

    0,5

     (7)

    Il-materjali tal-għalf li joriġinaw mill-annimali:

     

     

    Ix-xaħam tal-annimali, inklużi x-xaħam tal-ħalib u x-xaħam tal-bajd

    0,75

     (7)

    Prodotti ta’ annimali oħrajn tal-art inklużi l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u l-bajd u l-prodotti tal-bajd

    0,5

     (7)

    Iż-żejt tal-ħuta

    4,0

     (8)

    Ħut, annimali akkwatiċi oħrajn, u prodotti derivati minnhom għajr iż-żejt tal-ħuta u l-proteina tal-ħuta, idrolizzata, li fiha aktar minn 20 % xaħam (7)

    0,75

     (8)

    Il-proteina tal-ħuta, idrolizzata, li fiha aktar minn 20 % xaħam

    1,25

     (8)

    Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti kontra l-agglomerazzjoni

    0,5

     (7)

    L-addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ mikronutrijenti

    0,5

     (7)

    It-taħlitiet minn qabel

    0,5

     (7)

    L-għalf kompost għajr:

     

     

    l-għalf kompost għall-annimali domestiċi u l-ħut

    1,25

     (8)

    l-għalf kompost għall-annimali bil-fer

     

    2.

    PCB simili għad-diossini (l-ammont ta’ poliklorobifenil (PCB) espressi f’ekwivalenti ta’ tossiċità tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bl-użu tat- TEFs tad-WHO (fatturi ta’ ekwivalenza tossika, 2005 (5)

    Materjali tal-għalf li joriġinaw mill-pjanti għajr:

    0,35

     (7)

    iż-żjut veġetali u l-prodotti sekondarji tagħhom

    0,5

     (7)

    Il-materjali tal-għalf ta’ oriġini minerali

    0,35

     (7)

    Il-materjali tal-għalf li joriġinaw mill-annimali:

     

     

    Ix-xaħam tal-annimali, inklużi x-xaħam tal-ħalib u x-xaħam tal-bajd

    0,75

     (7)

    Prodotti ta’ annimali oħrajn tal-art inklużi l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u l-bajd u l-prodotti tal-bajd

    0,35

     (7)

    Iż-żejt tal-ħuta

    11,0

     (8)

    Ħut, annimali akkwatiċi oħrajn, u prodotti derivati minnhom għajr iż-żejt tal-ħuta u l-proteina tal-ħuta, idrolizzata, li fiha aktar minn 20 % xaħam (7)

    2,0

     (8)

    Il-proteina tal-ħuta, idrolizzata, li fiha aktar minn 20 % xaħam

    5,0

     (8)

    Addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-gruppi funzjonali tal-aġenti li jgħaqqdu u tal-aġenti kontra l-agglomerazzjoni

    0,5

     (7)

    L-addittivi tal-għalf li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ mikronutrijenti

    0,35

     (7)

    It-taħlitiet minn qabel

    0,35

     (7)

    L-għalf kompost għajr:

    0,5

     (7)

    l-għalf kompost għall-annimali domestiċi u l-ħut

    2,5

     (8)

    l-għalf kompost għall-annimali bil-fer

     


    (1)  Konċentrazzjonijiet superjuri; il-konċentrazzjonijiet superjuri huma kkalkolati bis-suppożizzjoni li l-valuri kollha tal-konġeneri differenti taħt il-limitu ta’ kwantifikazzjoni huma ugwali għal-limitu ta’ kwantifikazzjoni.

    (2)  Tabella ta’ TEF (= fatturi ta’ ekwivalenza tossika) għad-diossini, il-furani u l-PCB simili għad-diossini:

    It-TEFs tad-WHO għall-valutazzjoni tar-riskju għall-bniedem imsejsa fuq il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-esperti tal-Programm Internazzjonali dwar is-Sigurtà tas-Sustanzi Kimiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) li saret f’Ġinevra f’Ġunju 2005 (Martin van den Berg et al., The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds. Toxicological Sciences 93(2), 223–241 (2006))

    Konġeneru

    Valur TEF

    Dibenżo-para-diossini (“PCDD”) u Dibenżo-para-furani (PCDF)

    2,3,7,8-TCDD

    1

    1,2,3,7,8-PeCDD

    1

    1,2,3,4,7,8-HxCDD

    0,1

    1,2,3,6,7,8-HxCDD

    0,1

    1,2,3,7,8,9-HxCDD

    0,1

    1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

    0,01

    OCDD

    0,0003

     

     

    2,3,7,8-TCDF

    0,1

    1,2,3,7,8-PeCDF

    0,03

    2,3,4,7,8-PeCDF

    0,3

    1,2,3,4,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,6,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,7,8,9-HxCDF

    0,1

    2,3,4,6,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

    0,01

    1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

    0,01

    OCDF

    0,0003

    “PCB simili għad-diossini”: PCB mhux orto + PCB mono-orto

     

     

    PCB mhux orto

    PCB 77

    0,0001

    PCB 81

    0,0003

    PCB 126

    0,1

    PCB 169

    0,03

     

     

    PCB mono-orto

    PCB 105

    0,00003

    PCB 114

    0,00003

    PCB 118

    0,00003

    PCB 123

    0,00003

    PCB 156

    0,00003

    PCB 157

    0,00003

    PCB 167

    0,00003

    PCB 189

    0,00003

     

     

     

     

    Abbrevjazzjonijiet użati: “T” = tetra; “Pe” = penta; “Hx” = eża; “Hp” = etta; “O” = otta; “CDD” = klorodibenżodiossina; “CDF” = klorodibenżofuran; “CB” = klorobifenil.

    (3)  Ħut frisk u annimali akkwatiċi oħra mwassla direttament u użati mingħajr ipproċessar intermedju għall-produzzjoni tal-għalf għal annimali bil-fer mhumiex suġġetti għal-livelli massimi, filwaqt li l-livelli massimi ta’ 3,5 ng WHO-PCDD/F-TEQ/kg ta’ prodott u 6,5 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg ta’ prodott huma applikabbli għall-ħut frisk u 20,0 ng WHO-PCDD/F-PCB-TEQ/kg ta’ prodott huwa applikabbli għall-fwied tal-ħut li jintuża għall-għalf dirett ta’ annimali domestiċi, annimali taż-żu u taċ-ċirku jew li jintuża bħala materjal tal-għalf għall-produzzjoni tal-ikel għall-annimali domestiċi. Il-prodotti jew il-proteini tal-annimali pproċessati prodotti minn dawn l-annimali (annimali bil-fer, annimali domestiċi, annimali taż-żu u taċ-ċirku) ma jistgħux jidħlu fil-katina alimentari u ma jistgħux jintemgħu lill-annimali tal-farm li jinżammu, jissemmnu jew jitrabbew għall-produzzjoni tal-ikel.

    (4)  Ħut frisk u annimali akkwatiċi oħra mwassla direttament u użati mingħajr ipproċessar intermedju għall-produzzjoni tal-għalf għal annimali bil-fer mhumiex suġġetti għal-livelli massimi, filwaqt li l-livelli massimi ta’ 75 μg/kg ta’ prodott huma applikabbli għall-ħut frisk u 200 μg/kg ta’ prodott huma applikabbli għall-fwied tal-ħut li jintuża għall-għalf dirett ta’ annimali domestiċi, annimali taż-żu u taċ-ċirku jew li jintuża bħala materjal tal-għalf għall-produzzjoni tal-ikel għall-annimali domestiċi. Il-prodotti jew il-proteini tal-annimali pproċessati prodotti minn dawn l-annimali (annimali bil-fer, annimali domestiċi, annimali taż-żu u taċ-ċirku) ma jistgħux jidħlu fil-katina alimentari u ma jistgħux jintemgħu lill-annimali tal-farm li jinżammu, jissemmnu jew jitrabbew għall-produzzjoni tal-ikel.”

    (5)  Tabella ta’ TEF (= fatturi ta’ ekwivalenza tossika) għad-diossini, il-furani u l-PCB simili għad-diossini:

    It-TEFs tad-WHO għall-valutazzjoni tar-riskju għall-bniedem imsejsa fuq il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-esperti tal-Programm Internazzjonali dwar is-Sigurtà tas-Sustanzi Kimiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) li saret f’Ġinevra f’Ġunju 2005 (Martin van den Berg et al., The 2005 World Health Organization Re-evaluation of Human and Mammalian Toxic Equivalency Factors for Dioxins and Dioxin-like Compounds. Toxicological Sciences 93(2), 223–241 (2006))

    Konġeneru

    Valur TEF

    Dibenżo-para-diossini (“PCDD”) u Dibenżo-para-furani (PCDF)

    2,3,7,8-TCDD

    1

    1,2,3,7,8-PeCDD

    1

    1,2,3,4,7,8-HxCDD

    0,1

    1,2,3,6,7,8-HxCDD

    0,1

    1,2,3,7,8,9-HxCDD

    0,1

    1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

    0,01

    OCDD

    0,0003

     

     

    2,3,7,8-TCDF

    0,1

    1,2,3,7,8-PeCDF

    0,03

    2,3,4,7,8-PeCDF

    0,3

    1,2,3,4,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,6,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,7,8,9-HxCDF

    0,1

    2,3,4,6,7,8-HxCDF

    0,1

    1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

    0,01

    1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

    0,01

    OCDF

    0,0003

    “PCB simili għad-diossini”: PCB mhux orto + PCB mono-orto

     

     

    PCB mhux orto

    PCB 77

    0,0001

    PCB 81

    0,0003

    PCB 126

    0,1

    PCB 169

    0,03

     

     

    PCB mono-orto

    PCB 105

    0,00003

    PCB 114

    0,00003

    PCB 118

    0,00003

    PCB 123

    0,00003

    PCB 156

    0,00003

    PCB 157

    0,00003

    PCB 167

    0,00003

    PCB 189

    0,00003

     

     

     

     

    Abbrevjazzjonijiet użati: “T” = tetra; “Pe” = penta; “Hx” = eża; “Hp” = etta; “O” = otta; “CDD” = klorodibenżodiossina; “CDF” = klorodibenżofuran; “CB” = klorobifenil.

    (6)  Konċentrazzjonijiet superjuri; il-konċentrazzjonijiet superjuri huma kkalkolati bis-suppożizzjoni li l-valuri kollha tal-konġeneri differenti taħt il-limitu ta’ kwantifikazzjoni huma ugwali għal-limitu ta’ kwantifikazzjoni.

    (7)  Identifikazzjoni tas-sors ta’ kontaminazzjoni. Malli s-sors jiġi identifikat, jittieħdu miżuri xierqa, fejn possibbli, biex jitnaqqas jew jiġi eliminat is-sors ta’ kontaminazzjoni.

    (8)  F’ħafna każijiet jaf ma jkunx meħtieġ li ssir investigazzjoni dwar is-sors ta’ kontaminazzjoni għaliex il-livell fl-isfond ta’ xi nħawi huwa qrib il-livell ta’ azzjoni jew ogħla minnu. Madankollu, f’każijiet fejn il-livell ta’ azzjoni jinqabeż, it-tagħrif kollu, bħall-perjodu tat-teħid ta’ kampjuni, l-oriġini ġeografika, l-ispeċi tal-ħut eċċ., għandu jiġi rreġistrat bil-ħsieb li, fil-ġejjieni jiddaħħlu miżuri biex jimmaniġġjaw il-preżenza ta’ diossini u ta’ komposti simili għad-diossini f’dawn il-materjali għan-nutrizzjoni tal-annimali.”


    Top