Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0191

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 191/2012 tas- 7 ta’ Marzu 2012 li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni applikabbli għal ċerti tipi ta' ross bla ħliefa mit- 8 ta’ Marzu 2012

    ĠU L 69, 8.3.2012, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/191/oj

    8.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 69/12


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 191/2012

    tas-7 ta’ Marzu 2012

    li jiffissa d-dazji tal-importazzjoni applikabbli għal ċerti tipi ta' ross bla ħliefa mit-8 ta’ Marzu 2012

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), [ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1), u partikolarment l-Artikolu 137 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni jirriżultalha li l-liċenzji ta' importazzjoni għar-ross bla ħliefa tal-Kodiċi NM 1006 20, għajr il-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross Basmati, inħarġu għal kwantità ta' 143 798 tunnellata għall-perjodu ta’ referenza mill-1 ta’ Settembru 2011 sad-29 ta’ Frar 2012. Id-dazju tal-importazzjoni għar-ross bla ħliefa tal-kodiċi NM 1006 20 għajr ir-ross Basmati, stabbilit permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 903/2011 (2) għandu għalhekk jiġi emendat.

    (2)

    Id-dazju applikabbli għandu jiġi ffissat fi żmien għaxart ijiem minn tmiem il-perjodu ta’ referenza. Jeħtieġ għalhekk li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-dazju tal-importazzjoni applikabbli għar-ross bla ħliefa tal-kodiċi NM 1006 20 huwa EUR 30 it-tunnellata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2012.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 231, 8.9.2011, p. 21.


    Top