Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D1117(02)

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Novembru 2012 dwar in-notifika lill-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tqis bħala possibbli li jiġu identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

    ĠU C 354, 17.11.2012, p. 1–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    17.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 354/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-15 ta’ Novembru 2012

    dwar in-notifika lill-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tqis bħala possibbli li jiġu identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

    2012/C 354/01

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

    Billi:

    1.   INTRODUZZJONI

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 (ir-Regolament IUU) jistabbilixxi sistema tal-Unjoni sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU).

    (2)

    Il-Kapitolu VI tar-Regolament IUU jistabbilixxi l-proċedura għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, il-proċeduri politiċi fir-rigward ta’ pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx, l-istabbiliment ta’ lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx, it-tneħħija mil-lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx, il-pubbliċità tal-lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx u kull miżura ta’ emerġenza.

    (3)

    Skont l-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiżi terzi bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi li ma jikkooperawx. Din in-notifika hija ta’ natura preliminari. In-notifika tal-pajjiżi terzi bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi li ma jikkooperawx għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 31 tar-Regolament IUU. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-proċeduri politiċi stipulati fl-Artikolu 32 fir-rigward ta’ dawk il-pajjiżi. B’mod partikolari, fin-notifika l-Kummissjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jsejsu identifikazzjoni bħal din, l-opportunità ta’ dawk il-pajjiżi biex jirrispondu u jipprovdu evidenza li tikkontradixxi l-identifikazzjoni u, fejn hu xieraq, pjan ta’ azzjoni għat-titjib u l-miżuri meħuda biex titranġa s-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti żmien adegwat lill-pajjiżi terzi kkonċernati sabiex jirrispondu għan-notifika u żmien xieraq biex jirranġaw is-sitwazzjoni.

    (4)

    Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tidentifika pajjiżi terzi li hija tqis bħala pajjiżi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU. Pajjiż terz jista’ jkun identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax jekk jonqos milli jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, milli jieħu azzjoni biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina sajd IUU.

    (5)

    L-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx se tkun ibbażata fuq l-eżami tal-informazzjoni kollha kif stabbilit bl-Artikolu 31(2) tar-Regolament IUU.

    (6)

    Skont l-Artikolu 33 tar-Regolament IUU, il-Kunsill jista’ jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx. Il-miżuri msemmijin, fost oħrajn, fl-Artikolu 38 tar-Regolament IUU japplikaw għal dawk il-pajjiżi.

    (7)

    Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament IUU, pajjiżi terzi Stati tal-bandiera huma mitlubin jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-arranġamenti tagħhom għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti, u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li magħhom għandhom ikunu konformi l-bastimenti tas-sajd tagħhom.

    (8)

    Skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni tikkoopera b’mod amministrattiv ma’ pajjiżi terzi f’oqsma li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

    2.   PROĊEDURA FIR-RIGWARD TAL-BELIŻE

    (9)

    In-notifika tal-Beliże bħala Stat tal-bandiera kienet aċċettata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament IUU fis-17 ta’ Marzu 2010.

    (10)

    Mit-8 sat-12 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA), wettqet missjoni fil-Beliże fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU.

    (11)

    Il-missjoni kellha l-għan li tivverifika l-informazzjoni dwar l-arranġamenti tal-Beliże għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li magħhom għandhom ikunu konformi l-bastimenti tas-sajd tiegħu, dwar miżuri meħudin mill-Beliże biex jimplimenta l-obbligi tiegħu fil-ġlieda kontra s-sajd IUU u biex jissodisfa r-rekwiżiti u l-punti tiegħu li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-qbid tal-Unjoni.

    (12)

    Ir-rapport finali tal-missjoni ntbagħat lill-Beliże fis-7 ta’ Frar 2011.

    (13)

    Il-kummenti tal-Beliże dwar ir-rapoprt finali tal-missjoni waslu fit-23 ta’ Frar 2011.

    (14)

    Mis-7 sal-10 ta’ Ġunju 2011 twettqet missjoni sussegwenti mill-Kummissjoni għall-Beliże bħala segwitu għall-azzjonijiet meħudin fl-ewwel missjoni.

    (15)

    Il-Beliże ssottometta kummenti addizzjonali bil-miktub fl-4 ta’ April 2011, fit-12 ta’ Lulju 2011, fl-14 ta’ Novembru 2011 u fis-27 ta’ Jannar 2012.

    (16)

    Il-Beliże huwa Parti Kontraenti tal-Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali (IATTC), tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u tal-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO). Huwa Kooperatur mhux Membru tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC). Il-Beliże rratifika l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS) u l-Ftehim tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istokkijiet tal-Ħut (UNFSA). Huwa aċċetta l-Ftehim tal-2003 tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) li jippromwovi l-Konformità mal-Miżuri Internazzjonali ta’ Konservazzjoni u Ġestjoni mill-Bastimenti tas-Sajd fl-Ibħra Miftuħa (Ftehim ta’ Osservanza FAO).

    (17)

    Biex tivvaluta l-konformità tal-Beliże mal-obbligi internazzjonali tiegħu bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq (2) stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali msemmija fil-premessa (16) u stabbiliti mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) msemmija fil-premessi (16) u (18), il-Kummissjoni fittxet u analizzat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għall-fini ta’ eżerċizzju bħal dan.

    (18)

    Il-Kummissjoni użat informazzjoni li toħroġ minn dejta ppublikata mill-ICCAT, id-WCPFC, l-IOTC, l-IATTC, mill-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) u mill-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tax-Xlokk (SEAFO) jew fl-għamla ta’ Rapporti ta’ Konformità jew ta’ listi ta’ bastimenti IUU, kif ukoll informazzjoni disponibbli pubblikament miġjuba mir-Rapport tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti lill-Kungress skont is-Sezzjoni 403(a) tal-Att ta’ Riawtorizzazzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tas-Sajd ta’ Magnuson-Stevens tal-2006, Jannar 2011 (ir-rapport tas-Servizz tas-Sajd tal-Baħar Nazzjonali (NMFS)).

    3.   IL-POSSIBBILTÀ LI L-BELIŻE JIĠI IDENTIFIKAT BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

    (19)

    Skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni analizzat id-dmirijiet tal-Beliże bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq. Għall-fini ta’ dan l-eżami l-Kummissjoni qieset il-parametri elenkati fl-Artikolu 31(4) sa (7) tar-Regolament IUU.

    3.1.   Rikorrenza ta’ bastimenti IUU u flussi ta’ kummerċ IUU (l-Artikolu 31(4)(a) tar-Regolament IUU)

    (20)

    Il-Kummissjoni stabbiliet, abbażi ta’ informazzjoni miġjuba mil-listi ta’ bastimenti IUU tal-RFMOs, li għadd ta’ bastimenti IUU f’dawn il-listi kienu jtajru l-bandiera tal-Beliże wara li ddaħħlu fil-listi ta’ bastimenti IUU tal-RFMOs (3). Dawk il-bastimenti huma Goidau Ruey No 1, Orca, Reymar 6, Sunny Jane, Tching Ye No 6, Wen Teng No 688.

    (21)

    F’dan ir-rigward huwa mfakkar li, skont l-Artikolu 18(1) u (2) tal-UNFSA, l-Istat tal-bandiera huwa responsabbli vis-à-vis l-bastimenti tiegħu li joperaw fl-ibħra miftuħa. Il-Kummissjoni tqis li l-eżistenza ta’ bastimenti IUU fil-listi IUU tal-RFMOs li kienu jtajru l-bandiera tal-Beliże wara li ddaħħlu f’dawn il-listi hija indikazzjoni ċara li l-Beliże kien naqas li jwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu bħala Stat tal-bandiera skont id-dritt internazzjonali. Tabilħaqq, meta kellu l-għadd imsemmi hawn fuq ta’ bastimenti IUU, il-Beliże naqas li jeżerċita r-responsabbiltajiet tiegħu b’mod effikaċi, li jkun konformi mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs u li jiżgura li l-bastimenti tiegħu jieħdu sehem f’ebda attività li timmina l-effikaċja ta’ miżuri bħal dawn.

    (22)

    Skont l-Artikolu 19(1) u (2) tal-UNFSA, l-Istat tal-bandiera jeħtieġlu jiżgura l-konformità mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu ma’ regoli ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs. L-Istati tal-bandiera jeħtiġilhom ukoll imexxu investigazzjonijiet u proċedimenti ġudizzjarji bla telf ta’ żmien. L-Istat tal-bandiera għandu jiżgura wkoll sanzjonijiet adegwati, jiskoraġġixxi ripetizzjoni ta’ vjolazzjonijiet u jċaħħad lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mill-attivitajiet illegali tagħhom. F’dan ir-rigward huwa nnotat li l-eżistenza ta’ għadd ta’ bastimenti IUU fil-listi IUU tal-RFMOs li kienu jtajru l-bandiera tal-Beliże wara li ddaħħlu f’dawn il-listi, turi sewwa n-nuqqas tal-Beliże li jħares l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 19(1) u (2) tal-UNFSA. In-nuqqas tal-Beliże li jħares l-obbligi tiegħu ta’ konformità u infurzar jikser ukoll l-Artikolu III (8) tal-Ftehim ta’ Osservanza FAO li jgħid li kull Parti għandha tieħu miżuri ta’ infurzar fir-rigward ta’ bastimenti tas-sajd li jkunu intitolati jtajru l-bandiera tagħha li jaġixxu bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Osservanza FAO, inkluż, fejn jixraq, li dan il-ksur ta’ dispożizzjonijiet bħal dawn ikun reat skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Sanzjonijiet applikabbli fir-rigward ta’ kontravenzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu ta’ gravità suffiċjenti biex ikunu effikaċi li jiżguraw konformità mar-rekwiżiti tal-Ftehim ta’ Osservanza FAO u jċaħħdu lil ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mill-attivitajiet illegali tagħhom.

    (23)

    In-nuqqas tal-Beliże li jħares l-obbligi tiegħu ta’ konformità u infurzar skont l-Artikolu 19 tal-UNFSA huwa kkonfermat ukoll mill-informazzjoni miġbura matul il-missjoni tat-8 sat-12 ta’ Novembru 2010. Dik il-missjoni żvelat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Beliże ma kellhomx is-setgħa li jesiġu informazzjoni minn u li jmexxu investigazzjonijiet amministrattivi ta’ operaturi, sidien reġistrati u sidien benefiċjarji tal-bastimenti tas-sajd bil-bandiera tal-Beliże. Barra dan, dik il-missjoni żvelat funzjonijiet ħżiena fis-sistema ta’ osservaturi awtorizzati li jwettqu l-verfiki tal-attivitajiet tal-operaturi ekonomiċi, l-aktar fir-rigward ta’ ħatt l-art ‘il barra miż-żona ekonomika esklussiva (ŻEE) tal-Beliże, minħabba li ċerti osservaturi awtorizzati kienu fl-istess waqt jaġixxu bħala rappreżentanti ta’ sidien benefiċjarji ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Beliże. F’dan ir-rigward għandu jkun innotat li l-importanza ta’ azzjonijiet effikaċi vis-à-vis sidien benefiċjarji hija kkonfermata minn dokumentazzjoni rilevanti tal-FAO u tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) li turi sewwa l-importanza ta’ informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji fil-ġlieda kontra attivitajiet illeċiti (4) u dwar il-ħtieġa li jkun hemm reġistrazzjonijiet ta’ bastimenti tas-sajd u ta’ siedja benefiċjarja (5).

    (24)

    Barra dan, skont l-Artikolu 20 tal-UNFSA, l-Istati għandhom jikkooperaw jew direttament jew permezz tal-RFMOs biex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMO u l-infurzar tagħhom. Sett ta’ rekwiżiti speċifiċi msemmijin f’dak l-Artikolu jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati li jinvestigaw, jikkooperaw ma’ xulxin u jissanzjonaw attivitajiet tas-sajd IUU. Huwa previst ukoll li għal bastimenti rrapportati li jkunu ħadu sehem f’attivitajiet li jimminaw l-effikaċja tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs, l-Istati jistgħu jużaw proċeduri tal-RFMOs biex jiskoraġġixxu bastimenti bħal dawn sa dak iż-żmien li fih tittieħed azzjoni xierqa mill-Istat tal-bandiera. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-eżistenza ta’ għadd ta’ bastimenti fil-listi IUU tal-RFMOs li kienu jtajru l-bandiera tal-Beliże wara li kienu ddaħħlu f’dawn il-listi turi n-nuqqas tal-Beliże li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-infurzar.

    (25)

    Huwa mfakkar ukoll li, skont l-Artikolu 118 tal-UNCLOS, il-Beliże għandu jikkoopera fil-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin fiż-żoni tal-ibħra miftuħa. F’dan ir-rigward l-eżistenza ta’ għadd ta’ bastimenti IUU fil-listi IUU tal-RFMOs li kienu jtajru l-bandiera tal-Beliże wara li ddaħħlu f’dawn il-listi li għadhom qed jieħdu sehem f’operazzjonijiet tas-sajd, turi sewwa n-nuqqas tal-Beliże li jissodisfa l-obbligi tiegħu bħala Stat tal-bandiera. Tabilħaqq bastimenti tas-sajd IUU rikonoxxuti jimminaw il-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin.

    (26)

    In-nuqqas ta’ konformità min-naħa tal-Beliże fir-rigward ta’ bastimenti IUU fil-listi IUU tal-RFMOs li kienu jtajru l-bandiera tal-Beliże wara li kienu ddaħħlu f’dawn il-listi huwa wkoll ksur tal-Artikolu 217 tal-UNCLOS li jesiġi li l-Istati tal-bandiera japplikaw azzjonijiet speċifiċi ta’ infurzar biex jiżguraw il-konformità mar-regoli internazzjonali, jinvestigaw vjolazzjonijiet preżunti u jissanzjonaw b’mod adegwat kull vjolazzjoni.

    (27)

    L-eżistenza ta’ għadd ta’ bastimenti IUU fil-listi IUU tal-RFMOs li kienu jtajru l-bandiera tal-Beliże wara li ddaħħlu f’dawn il-listi ukoll turi n-nuqqas ta’ ħila tal-Beliże li jsegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU (IPOA IUU). Il-punt 34 ta’ IPOA IUU jirrakkomanda li l-Istati jiżguraw li bastimenti tas-sajd li jkunu intitolati jtajru l-bandiera tagħhom ma jiħdux sehem jew jappoġġjaw sajd IUU.

    (28)

    Barra dan, ikun f’loku li jkun innotat li l-Beliże kien issemma fir-Rapport ta’ NMFS. Skont ir-Rapport ta’ NMFS żewġ bastimenti li kienu jtajru l-bandiera tal-Beliże ntlemħu mill-awtoritajiet Franċiżi fiż-żona tal-IATTC. L-allegazzjonijiet li jikkonċernaw is-sajd IUU miż-żewġ bastimenti kienu kkonfutati minħabba li l-Beliże ta informazzjoni spjegattiva. Iżda l-Beliże kien identifikat bħala pajjiż “ta’ interess” mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti (6).

    (29)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit li, skont l-Artikolu 31(3) u 31(4)(a) tar-Regolament IUU, il-Beliże naqas li jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward tal-bastimenti IUU u tas-sajd IUU mwettaq jew appoġġjat mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jew miċ-ċittadini tiegħu u li ma kienx ħa azzjoni suffiċjenti biex jopponi s-sajd IUU ddokumentat u ripetut minn bastimenti li qabel kienu jtajru l-bandiera tiegħu.

    3.2.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni u infurzar (l-Artikolu 31(5)(b), (c) u (d) tar-Regolament IUU)

    (30)

    Il-Kummissjoni analizzat jekk il-Beliże kienx ħa miżuri effikaċi ta’ infurzar fir-rigward ta’ operaturi responsabbli għal sajd IUU u jekk kinux applikati sanzjonijiet ta’ severità suffiċjenti li jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mis-sajd IUU.

    (31)

    Evidenza disponibbli tikkonferma li l-Beliże ma kienx ħares l-obbligi tiegħu skont id-dritt internazzjonali fir-rigward ta’ miżuri effikaċi ta’ infurzar. F’dan ir-rigward huwa mfakkar li hemm għadd ta’ bastimenti IUU fil-listi IUU tal-RFMOs li kienu jtajru l-bandiera tal-Beliże wara li kienu ddaħħlu f’dawn il-listi. L-eżistenza ta’ bastimenti IUU bħal dawn turi sewwa n-nuqqas tal-Beliże li jonora r-responsabbiltajiet tiegħu vis-à-vis l-bastimenti tiegħu li joperaw fl-ibħra miftuħa kif stabbilit fl-Artikolu 18(1) u (2) tal-UNFSA. Barra dan, dik is-sitwazzjoni hija wkoll indikazzjoni ċara li l-Beliże mhux qed jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 19(1) tal-UNFSA li jistabbilixxi regoli għall-Istati tal-bandiera dwar il-konformità u l-infurzar. Il-prestazzjoni tal-Beliże f’din il-ħaġa hija wkoll mhux skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 19(2) tal-UNFSA li jistipula, fost oħrajn, li s-sanzjonijiet għandhom ikunu adegwati fis-severità u jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mill-attivitajiet illegali tagħhom.

    (32)

    Meta aġixxa bil-mod deskritt il-Beliże naqas milli juri li hu jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 94(2)(b) tal-UNCLOS li jistipula li Stat tal-bandiera jassumi l-ġurisdizzjoni skont id-dritt intern tiegħu fuq kull vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu u fuq il-kaptan, l-uffiċjali u l-ekwipaġġ tiegħu. Tabilħaqq, l-eżistenza ta’ għadd ta’ bastimenti IUU fil-listi IUU tal-RFMOs li kienu jtajru l-bandiera tal-Beliże wara li ddaħħlu f’dawn il-listi tikkostitwixxi evidenza korroborattiva tan-nuqqas tal-Beliże li jeżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tiegħu fuq il-bastimenti tas-sajd tiegħu.

    (33)

    Barra dan, il-prestazzjoni tal-Beliże fir-rigward ta’ miżuri effikaċi ta’ infurzar ukoll mhix skont ir-rakkomandazzjonijiet fil-Punt 21 ta’ IPOA IUU li jagħti parir lill-Istati li jiżguraw li s-sanzjonijiet għas-sajd IUU mill-bastimenti u, sakemm ikun l-aktar possibbli, miċ-ċittadini fil-ġurisdizzjoni tagħhom, ikunu ta’ severità suffiċjenti li b’mod effikaċi jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU u li jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu minn sajd bħal dan.

    (34)

    Fir-rigward tal-istorja, in-natura, iċ-ċirkustanzi, id-dimensjoni u l-gravità tal-manifestazzjonijiet tas-sajd IUU li qed ikun ikkunsidrat, il-Kummissjoni qieset l-attivitajiet rikorrenti u ripetittivi tas-sajd IUU tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Beliże sal-2012.

    (35)

    Fir-rigward tal-kapaċità eżistenti tal-awtoritajiet tal-Beliże, għandu jkun innutat li, skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (7), il-Beliże jitqies bħala pajjiż ta’ żvilupp tal-bniedem ta’ livell għoli (it-93 minn 187 pajjiż). Dan huwa kkonfermat ukoll mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (8) fejn il-Beliże huwa elenkat fil-kategorija ta’ pajjiżi bi dħul medju inferjuri. Meta jittieħed kont tal-qagħda tiegħu, ma titqisx meħtieġa analiżi tal-kapaċità eżistenti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Beliże. Ir-raġuni hija li l-livell ta’ żvilupp tal-Beliże, kif muri f’din il-premessa, ma jistax jitqies bħala fattur li jimmina l-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jikkooperaw ma’ pajjiżi oħra u li jsegwu azzjonijiet ta’ infurzar.

    (36)

    Minkejja l-analiżi fil-premessa (35) huwa nnutat ukoll li abbażi tal-informazzjoni li ħarġet mill-missjoni f’Novembru 2010, ma jistax jitqies li l-awtoritajiet tal-Beliże m’għandhomx riżorsi finanzjarji iżda aktarx jonqoshom l-ambjent u s-setgħat legali u amministrattivi biex jaqdu dmirijiethom.

    (37)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u 31(5)(b), (c) u (d) tar-Regolament IUU, li l-Beliże naqas milli jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-isforzi tal-infurzar.

    3.3.   Nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ regoli internazzjonali (l-Artikolu 31(6) tar-Regolament IUU)

    (38)

    Il-Beliże rratifika l-UNCLOS u l-UNFSA. Huwa aċċetta l-Ftehim ta’ Osservanza FAO. Barra dan, il-Beliże huwa Parti Kontraenti tal-IATTC, l-ICCAT, l-IOTC u l-SPRFMO. Huwa Kooperatur mhux Membru tad-WCPFC. Sa tmiem l-2011 il-Beliże kien ukoll Kooperatur mhux Membru tan-NEAFC. Iżda l-istatus tal-Beliże bħala Kooperatur mhux Membru ma kienx imġedded min-NEAFC għas-sena 2012.

    (39)

    Il-Kummissjoni analizzat kull informazzjoni meqjusa rilevanti fir-rigward tal-istatus tal-Beliże bħala Membru Kontraenti tal-IOTC u l-ICCAT u bħala Kooperatur mhux Membru tad-WCPFC. Minħabba li l-Beliże kien Kooperatur mhux Membru tan-NEAFC sa tmiem l-2011 il-Kummissjoni analizzat ukoll l-informazzjoni meqjusa rilevanti fir-rigward ta’ dik l-RFMO.

    (40)

    Il-Kummissjoni analizzat ukoll kull informazzjoni meqjusa rilevanti fir-rigward tal-ftehim tal-Beliże biex japplika l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-IOTC, l-ICCAT, id-WCPFC u n-NEAFC.

    (41)

    Huwa mfakkar li l-ICCAT kienet ħarġet ittra ta’ Tħassib lill-Beliże dwar in-nuqqasijiet tiegħu ta’ rapportar fl-2010 (9). Tabilħaqq, f’dik l-ittra, il-Beliże kien identifikat għan-nuqqas tiegħu li, b’mod sħiħ u effikaċi, iħares l-obbligu tiegħu li jikkomunika statistika kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni 05-09 tal-ICCAT biex jitwaqqaf programm ta’ tkabbir mill-ġdid tal-alonga fit-Tramuntana tal-Atlantiku. Fl-istess ittra, l-ICCAT tat prominenza lill-fatt li l-Beliże ma kienx ta l-informazzjoni u r-rapporti kollha meħtieġa bħal dwar l-Inkarigu II (id-daqs ta’ kampjuni) u li huwa kien bagħat it-tabelli ta’ konformità wara t-terminu ta’ skadenza rilevanti.

    (42)

    F’ittra oħra ta’ Tħassib li l-ICCAT ħarġet fl-2011 (10), il-Beliże reġà kien identifikat li naqas li, b’mod sħiħ u effikaċi, jissodisfa l-obbligi tiegħu ta’ rapportar tal-istatistika (ir-Rakkomandazzjoni 05-09 tal-ICCAT). Barra dan, il-Beliże ma kienx ta, fi żmien it-terminu ta’ skadenza, l-informazzjoni u r-rapporti kollha meħtieġa bħal għall-Inkarigu I tat-Tonn Għajnu Kbira (statistika b’referenza għall-flotta) u r-rapport dwar azzjonijiet interni għal bastimenti itwal minn 20 m u listi ta’ bastimenti.

    (43)

    Fl-ittra ta’ Tħassib li l-ICCAT ħarġet fl-2012 (11), il-Beliże kien identifikat li kien naqas li, b’mod sħiħ u effikaċi, jissodisfa l-obbligi skont ir-Rakkomandazzjoni 09-05. Barra dan, kien stabbilit li l-Beliże kien qabad aktar mill-kwota tiegħu ta’ alonga tat-Tramuntana. Il-Beliże kien intalab jipprovdi pjan ta’ ġestjoni għas-sajd tiegħu tal-alonga tat-Tramuntana, inkluża skeda ta’ rimborż tal-ammont maqbud żejjed.

    (44)

    Il-Kummissjoni analizzat ukoll informazzjoni disponibbli mingħand l-ICCAT dwar il-konformità tal-Beliże mar-regoli tal-ICCAT u mal-obbligi tar-rapportar. Għal dan il-Kummissjoni użat it-Tabelli ta’ Sommarju ta’ Konformità tal-2010 tal-ICCAT (12), kif ukoll it-Tabelli ta’ Sommarju ta’ Konformità tal-2011 tal-ICCAT (13).

    (45)

    B’mod partikolari, skont l-informazzjoni disponibbli, fl-2010 l-Beliże ma bagħatx lill-ICCAT ir-rapport dwar l-azzjonijiet interni għall-bastimenti ta’ aktar minn 20 m b’referenza għall-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni. Barra dan, fl-2010 dejta dwar l-Inkarigu I BET (it-tonn għajnu kbira) (statistika b’referenza għall-flotta) waslet wara t-terminu ta’ skadenza rilevanti. L-azzjonijiet interni u l-lista ta’ bastimenti ngħataw tard.

    (46)

    Barra dan, matul il-missjoni fil-Beliże f’Novembru 2010 kien żvelat għadd ta’ elementi. Fir-rigward tal-kapaċitajiet operazzjonali tas-Sistema ta’ Monitoraġġ ta’ Bastimenti (VMS), kien żvelat li, għal każijiet konkreti, instab li kien hemm problemi ta’ nuqqas jew interruzzjoni tas-sinjal VMS matul il-kampanji tas-sajd. Il-VMS intuża b’mod relattivament passiv u ma ntużax sewwa biex ikun magħruf jekk l-attivitajiet ta’ qbid kinux konformi mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-liċenzji tas-sajd. Fir-rigward tas-sistema tal-osservaturi awtorizzati, instab li kien hemm xi sitwazzjonijiet ta’ konflitt ta’ interess, fejn ċerti osservaturi li kienu jwettqu l-verfiki tal-attivitajiet tal-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-ħatt l-art ‘il barra miż-ŻEE tal-Beliże, kienu fl-istess waqt jaġixxu bħala rappreżentanti tas-sidien benefiċjarji tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Beliże.

    (47)

    Informazzjoni disponibbli mid-WCPFC (14) turi li l-Beliże kien intalab jagħti informazzjoni addizzjonali li kienet nieqsa fir-rigward tal-għoti tad-dejta kollha disponibbli ta’ livell operazzjonali (il-ġurnal ta’ abbord) għas-snin 2009-2011, kif ukoll l-għoti tan-numru/tip u l-isem tal-bastimenti tas-sajd li jkunu qed joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPFC jekk jiġġedded l-istatus tiegħu ta’ Kooperatur mhux Membru (15).

    (48)

    L-abbozz tar-Rapport dwar l-Iskema ta’ Monitoraġġ tal-Konformità tad-WCPFC għall-2010 (16) juri li l-Beliże ma pprovdiex l-informazzjoni sħiħa dwar il-VMS. Ġiet mitluba informazzjoni addizzjonali għall-fini li jiġi żgurat li l-bastimenti għandhom Komunikaturi Awtomatiċi ta’ Lokalizzazzjoni (ALC – “Automatic Localisation Communicators”) fl-ibħra miftuħa determinati mir-regoli tad-WCPFC u li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-VMS stabbiliti mid-WCPFC. Kienet ukoll intalbet informazzjoni addizzjonali dwar il-konformità mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni u mat-tagħmir ta’ ALCs imsemmi fid-WCPFC (ir-Regolament 2007-2).

    (49)

    Id-CPFC talbet ukoll informazzjoni addizzjonali mingħand il-Beliże dwar għadd ta’ punti oħra. Kienet intalbet aktar informazzjoni dwar l-isforz attwali tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd għall-alonga fit-Tramuntana tal-Paċfiku (ir-Regolament tad-WCPFC 2005-3 dwar l-alonga fit-Tramuntana tal-Paċfiku), kif ukoll informazzjoni sħiħa dwar l-għadd ta’ bastimenti tas-sajd għall-marlin tal-faxxi (‘striped marlin’) bejn l-2000 u l-2004 (ir-Regolament tad-WCPFC 2006-4 dwar il-marlin tal-faxxi fil-Lbiċ tal-Paċifiku). Kienet intalbet aktar kjarifika dwar iċ-ċaqliq tal-isforz tas-sajd għaż-żoni N ta’ 20S (ir-Regolament tad-WCPFC 2009-3 dwar il-pixxispad fin-Nofsinhar tal-Paċifiku). Kienet intalbet aktar informazzjoni addizzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-proporzjon tal-ġwienaħ mal-piż ta’ 5 % (ir-Regolament tad-WCPFC 2009-4 dwar il-klieb il-baħar). Fir-rigward tar-rapportar dwar il-qbid u l-isforz, kienet intalbet aktar informazzjoni addizzjonali dwar ir-rapportar ta’ għadd ta’ bastimenti b’paragun mal-limiti annwali (ir-Regolament tad-WCPFC 2005-02 dwar l-alonga fin-Nofsinhar tal-Paċifiku). Il-Beliże kien identifikat bħala mhux konformi fir-rigward tar-rapportar ta’ qabdiet ta’ alongi fit-Tramuntana tal-Paċfiku kull 6 xhur fiż-żoni tas-sajd kostali żgħar (ir-Regolament tad-WCPFC 2005-03 dwar l-alonga fit-Tramuntana tal-Paċfiku). Kienet meħtieġa informazzjoni addizzjonali dwar ir-rapportar tal-qabdiet kollha ta’ alongi fin-naħa tat-Tramuntana tal-Ekwatur u dwar l-isforz kollu dirett lejn is-sajd għall-alongi fin-naħa tat-Tramuntana tal-Ekwatur kull sena skont it-tip ta’ rkaptu (ir-Regolament tad-WCPFC 2005-03 dwar l-alonga tat-Tramuntana tal-Paċfiku). Fir-rigward tal-waqtiet ta’ għeluq spazjali u temporanji u tar-restrizzjonijiet dwar l-irkaptu, kienet intalbet informazzjoni addizzjonali mingħand il-Beliże dwar il-Monitoraġġ fir-rigward tal-miżuri ta’ mitigazzjoni (ir-Regolament tad-WCPFC 2007-04 dwar il-Mitigazzjoni għall-Għasafar tal-Baħar). Fl-aħħar nett, fir-rigward ta’ xbieki li jitħallew jitkaxkru fil-wiċċ (“driftnets”), kienet meħtieġa informazzjoni addizzjonali mingħand il-Beliże dwar il-projbizzjoni li jintużaw xbieki li jitħallew jitkaxkru fil-wiċċ fuq skala kbira fl-ibħra miftuħa fiż-żona tal-konvenzjoni (ir-Regolament tad-WCPFC 2008-04).

    (50)

    Skont informazzjoni li toħroġ mir-Rapport ta’ Konformità tal-IOTC għas-sena 2010 (17), il-Beliże kien identifikat bħala mhux konformi minħabba li kien naqas li jieħu sehem fil-Laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku u ma kienx bagħat ir-Rapport Nazzjonali tiegħu għat-13-il Sessjoni tal-Kumitat Xjentifiku.

    (51)

    Barra dan, fl-2010, il-Beliże ma kienx konformi jew kien biss parzjalment konformi fir-rigward ta’ diversi Riżoluzzjonijiet adottati mill-IOTC. B’mod partikolari, fir-rigward tar-Riżoluzzjoni 09/02 u ta’ riżoluzzjonijiet aktar bikrija dwar il-limitazzjoni tal-kapaċità fis-sajd, tmienja mill-bastimenti rrapportati li kellhom fil-mira t-tonn tropikali fl-2006, kienu wkoll irrapportati li kellhom fil-mira l-alongi u l-pixxispad fl-2007 (li jġib biss konformità parzjali). Dan irriżulta f’effett ta’ għadd doppju. Fir-rigward tar-Riżoluzzjoni 07/02 dwar ir-Reġistru ta’ Bastimenti tal-IOTC awtorizzati li joperaw fiż-żona tal-IOTC, xi informazzjoni mibgħuta mill-Beliże ma kinitx tal-istandard tal-IOTC (konformità parzjali). Fir-rigward tar-Riżoluzzjoni 09/03 dwar l-istabbiliment ta’ lista ta’ bastimenti preżunti li jkunu wettqu sajd IUU fiż-żona tal-IOTC, il-Beliże naqas milli jagħti l-opinjoni tiegħu għat-talba tal-IOTC biex ma jħallix irreġistrati żewġ bastimenti elenkati fil-lista tal-IOTC għall-2010 ta’ Bastimenti IUU (konformità parzjali). Fir-rigward tar-Riżoluzzjoni 08/02 dwar Programm Reġjonali tal-Osservatur għall-monitoraġġ ta’ bastimenti ta’ trasbord fuq il-baħar, fl-2010 l-Beliże wettaq żewġ attivitajiet ta’ trasbord skont il-Programm Reġjonali tal-Osservatur, iżda t-trasbordi fuq il-baħar kienu f’konformità parzjali mal-Programm Reġjonali tal-Osservatur tal-IOTC għall-monitoraġġ ta’ trasbordi fuq il-baħar. Fir-rigward tar-Riżoluzzjonijiet 01/02 u 05/07 dwar standards ta’ ġestjoni u kontrolli ta’ bastimenti tas-sajd, il-Beliże ma ta ebda informazzjoni dwar il-livell ta’ implimentazzjoni matul l-2009. Fir-rigward tar-Riżoluzzjoni 10/02, kif ukoll tar-Riżoluzzjonijiet 05/05, 09/06 u 10/06 dwar rekwiżiti obbligatorji ta’ statistika, il-Beliże ta biss informazzjoni parzjali dwar il-qbid inċidentali ta’ klieb il-baħar (konformità parzjali) u ma ppreżentax informazzjoni dwar id-daqs tal-frekwenza, il-qbid inċidentali ta’ fkieren tal-baħar u dwar il-qbid inċidentali ta’ għasafar tal-baħar (nuqqas ta’ konformità). Fir-rigward tar-Riżoluzzjonijiet 01/06 u 03/03 dwar il-programm ta’ dokument ta’ statistika dwar it-tonn għajnu kbira tal-IOTC, il-Beliże ma rapportax lill-IOTC il-valutazzjoni tiegħu tad-dejta ta’ esportazzjoni mqabbla mad-dejta ta’ importazzjoni (konformità parzjali).

    (52)

    Barra dan, skont ir-Rapport ta’ Konformità tal-IOTC għall-2011 (18), il-Beliże kien għadu mhux konformi jew parzjalment konformi biss fl-2011 fir-rigward ta’ diversi Riżoluzzjonijiet adottati mill-IOTC. B’mod partikolari, fir-rigward tar-Riżoluzzjoni 07/02 tal-IOTC dwar il-lista ta’ bastimenti awtorizzati ta’ tul globali ta’ 24 m jew aktar, xi informazzjoni obbligatorja kienet nieqsa u ma ngħatat ebda informazzjoni dwar il-portijiet ta’ operazzjoni (konformità parzjali). Fir-rigward tar-Riżoluzzjoni 06/03 tal-IOTC dwar l-adozzjoni tal-VMS għall-bastimenti kollha akbar minn 15-il metru f’tul globali, ma ngħatat ebda informazzjoni dwar in-nuqqasijiet tekniċi (konformità parzjali). Fir-rigward tar-rekwiżiti obbligatorji ta’ statistika u tar-Riżoluzzjoni 10/02 tal-IOTC, id-dejta dwar il-qbid u l-isforz ma kinitx skont l-istandard tal-IOTC. Ingħatat dejta għall-attivitajiet ta’ kull bastiment waħdu minflok informazzjoni aggregata (konformità parzjali). Id-dejta dwar id-daqs tal-frekwenza wkoll ma kinitx skont l-istandard tal-IOTC. Għal darb’oħra, ingħatat dejta tal-attivitajiet għal kull bastiment waħdu minflok informazzjoni aggregata (konformità parzjali). Fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ qbid inċidentali ta’ speċijiet mhux tal-IOTC, il-Beliże kien biss parzjalment konformi mar-Riżoluzzjoni 05/05 tal-IOTC dwar is-sottomissjoni ta’ dejta dwar il-klieb il-baħar. Fir-rigward tal-osservaturi, ir-Riżoluzzjoni 11/04 tal-IOTC dwar l-Iskema Reġjonali tal-Osservatur u dwar il-5 % obbligatorja fuq il-baħar għal bastimenti itwal minn 24 m, il-Beliże fl-imgħoddi bagħat jgħarraf li huwa kellu osservaturi li kellhom jitqiegħdu fuq il-bastimenti tiegħu. Iżda l-pjan attwali kien li l-programm jibda biss fl-2013. Għaldaqstant il-Beliże mhux konformi mar-rekwiżiti tal-IOTC. Barra dan, fir-rigward tal-osservaturi, il-Beliże mhux f’konformità mar-Riżoluzzjoni 11/04 tal-IOTC dwar l-obbligu tar-rapportar mill-osservaturi. Fir-rigward tal-Programm ta’ dokument ta’ statistika, il-Beliże mhux f’konformità mar-Riżoluzzjoni 01/06 tal-IOTC minħabba li ma ngħatat ebda informazzjoni dwar ir-rapport annwali.

    (53)

    Fir-rigward tan-NEAFC, il-Beliże kien Kooperatur mhux Membru tan-NEAFC sa tmiem l-2011. Madanakollu, minħabba n-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tan-NEAFC, l-istatus ta’ Kooperatur mhux Membru ma kienx imġedded min-NEAFC għas-sena 2012. B’mod partikolari, ma tħarsux l-obbligi tar-rapportar. Barra dan, kien hemm problemi dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-VMS. Kienu osservati wkoll problemi dwar is-sistema ta’ spezzjoni. L-ispetturi tal-UE ma ngħatawx l-informazzjoni meħtieġa, inkluża dejta tal-VMS u rapporti dwar it-trasbord. Dan kellu effett negattiv fuq l-iskema ta’ spezzjoni taż-żona tan-NEAFC. Minħabba l-problemi li kienu identifikati, l-applikazzjoni tal-Beliże għat-tiġdid kienet miċħuda b’votazzjoni li saret matul it-30 Laqgħa Annwali tan-NEAFC (19).

    (54)

    In-nuqqas tal-Beliże li jagħti lill-ICCAT l-informazzjoni msemmija fil-premessi (41) sa (45) jindika n-nuqqas tal-Beliże li jissodisfa l-obbligi tiegħu bħala Stat tal-bandiera stabbiliti fl-UNCLOS u fl-UNFSA.

    (55)

    In-nuqqasijiet żvelati mill-missjoni mmexxija mill-Kummissjoni f’Novembru 2010 u msemmija fil-premessa (46) ipprovdew aktar evidenza dwar in-nuqqas tal-Beliże li jissodisfa l-obbligi tiegħu bħala Stat tal-bandiera stabbiliti fl-UNFSA.

    (56)

    Tabilħaqq in-nuqqas li tingħata informazzjoni f’waqtha dwar il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni, l-istatistika, il-listi ta’ bastimenti u t-tabelli ta’ konformità jimmina l-ħila tal-Beliże li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 117 u l-Artikolu 118 tal-UNCLOS li jistipulaw id-dmirijiet tal-Istati li jadottaw miżuri għaċ-ċittadini rispettivi tagħhom għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-ibħra miftuħa u li jikkooperaw dwar il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni għar-riżorsi ħajjin fiż-żoni tal-ibħra miftuħa.

    (57)

    L-elementi msemmija fis-Sezzjoni 3.3 tad-Deċiżjoni juru li l-prestazzjoni tal-Beliże tikser ir-rekwiżiti tal-Artikolu 18(3) tal-UNFSA.

    (58)

    Minħabba n-nuqqas tiegħu li jibgħat informazzjoni dwar it-trasbordi lill-ICCAT, il-Beliże jaġixxi bi ksur tal-Artikolu 18(3)(a) tal-UNFSA li jesiġi li l-Istati li l-bastimenti tagħhom jistadu f’ibħra miftuħa jieħdu miżuri ta’ kontroll li jiżguraw li dawk il-bastimenti jkunu konformi mar-regoli tal-RFMOs.

    (59)

    Il-Beliże mhux konformi mar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u rapportar f’waqtu tal-Artikolu 18(3)(e) tal-UNFSA minħabba n-nuqqas tiegħu li jibgħat informazzjoni lill-ICCAT dwar ir-rapporti annwali, l-Inkarigu I (karatteristiċi tal-flotta), l-Inkarigu II (dejta dwar id-daqs ta’ kampjuni), ir-rapporti dwar l-azzjonijiet interni għall-bastimenti itwal minn 20 m, it-tabelli ta’ konformità u l-listi ta’ bastimenti.

    (60)

    Il-Beliże ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18(3)(g) tal-UNFSA meta titqies l-informazzjoni miġbura matul il-missjoni f’Novembru 2010 mwettqa mill-Kummissjoni dwar il-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tal-Beliże li jwettqu monitoraġġ, kontroll u sorveljanza.

    (61)

    Barra dan, kif imfisser fil-premessi (47) sa (52), l-informazzjoni mid-WCPFC u l-IOTC tindika li l-Beliże mhux qed jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 117 tal-UNCLOS u l-Artikolu 18 tal-UNFSA fir-rigward tal-miżuri ta’ ġestjoni u konservazzjoni.

    (62)

    Barra dan, il-Beliże mhux konformi mal-Artikolu 18(3)(f) tal-UNFSA minħabba n-nuqqasijiet identifikati min-NEAFC li wasslu biex l-istatus ta’ Kooperatur mhux Membru tal-Beliże jiġi rrifjutat għas-sena 2012, b’mod partikolari n-nuqqas li jingħataw rapporti lin-NEAFC, kif ukoll in-nuqqasijiet misjuba fl-iskema tal-osservaturi, inkluża d-dejta tal-VMS u t-trasbordi fuq il-baħar.

    (63)

    Barra dan, kien żvelat mill-missjoni f’Novembru 2010 li l-Beliże jżomm Reġistru Marittimu Merkantili Internazzjonali responsabbli għar-reġistrazzjoni ta’ bastimenti li ma jiżgurax li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Beliże jkollhom rabta ġenwina mal-pajjiż. In-nuqqas ta’ rabta ġenwina bħal din bejn dak l-Istat u l-bastimenti li jkunu rreġistrati fir-reġistru tiegħu huwa ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti għan-nazzjonalità tal-vapuri skont l-Artikolu 91 tal-UNCLOS. Din il-konklużjoni hija kkonfermata iktar mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ħaddiema tat-Trasport (ITF) li tqis lill-Beliże bħala bandiera ta’ konvenjenza (20).

    (64)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u (6) tar-Regolament IUU, li l-Beliże naqas li jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tar-regoli, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni internazzjonali.

    3.4.   Limitazzjonijiet speċifiċi ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw

    (65)

    Huwa mfakkar li, skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (21), il-Beliże jitqies bħala pajjiż ta’ żvilupp għoli tal-bniedem (it-93 minn 187 pajjiż). Huwa mfakkar ukoll li, skont ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006, il-Beliże huwa elenkat fil-kategorija ta’ pajiiżi bi dħul medju inferjuri.

    (66)

    Meqjusa dik il-gradazzjoni, il-Beliże ma jistax jitqies bħala pajjiż li għandu limitazzjonijiet speċifiċi li ġejjin direttament mil-livell tiegħu ta’ żvilupp. Ma setgħet tkun stabbilita ebda evidenza korroborattiva li tissuġġerixxi li n-nuqqas tal-Beliże li jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali huwa r-riżultat ta’ nuqqas ta’ żvilupp. Bl-istess mod, ma teżisti ebda evidenza li tikkorrelata n-nuqqasijiet żvelati fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd man-nuqqas ta’ kapaċitajiet u infrastruttura.

    (67)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(7) tar-Regolament IUU, li l-istatus tal-iżvilupp u l-prestazzjoni globali tal-Beliże fir-rigward tas-sajd mhumiex imdgħajfin mil-livell tiegħu ta’ żvilupp.

    4.   PROĊEDURA FIR-RIGWARD TAR-RENJU TAL-KAMBODJA

    (68)

    Mit-18 sal-20 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni wettqet missjoni fir-Renju tal-Kambodja (il-Kambodja) fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU.

    (69)

    Il-missjoni fittxet li tivverifika informazzjoni dwar l-arranġamenti tal-Kambodja għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li magħhom għandhom ikunu konformi l-bastimenti tas-sajd tagħha, kif ukoll miżuri meħudin mill-Kambodja biex timplimenta l-obbligi tagħha fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

    (70)

    Il-Kambodja qablet li tibgħat lill-Kummissjoni pjan ta’ azzjoni dwar il-kwistjonijiet diskussi, flimkien ma’ lista kompleta ta’ bastimenti tas-sajd, inklużi dgħajjes bl-istiva mkessħa (“reefers”) u bastimenti tas-sajd trasportaturi (“fishing carrier vessels”). Il-Kambodja ma bagħtet l-ebda risposta jew ittra supplimentari lill-Kummissjoni wara l-missjoni tagħha.

    (71)

    Il-Kambodja ma ffirmatx jew irratifikat ebda wieħed mill-ftehimiet internazzjonali li jirregolaw is-sajd, fost oħrajn, l-UNCLOS, l-UNFSA, u l-Ftehim ta’ Osservanza FAO, iżda rratifikat il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1958 dwar l-Ibħra Miftuħa (22) u ssieħbet fil-Konvenzjoni dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa tal-1958 (23) u aċċettat il-Pjan ta’ Azzjoni Reġjonali biex jippromwovi prattiki ta’ sajd responsabbli, inkluża l-ġlieda kontra s-sajd IUU fil-Kumitat tas-Sajd għall-Asja u l-Paċifiku (APFIC) (APFIC RPOA) (24), kif ukoll il-Linji Gwida Reġjonali għal operazzjonijiet responsabbli tas-sajd fix-Xlokk tal-Asja (RGRFO-SEA) (25) maħruġin miċ-Ċentru ta’ Żvilupp għas-Sajd fix-Xlokk tal-Asja (SEAFDEC) (26). APFIC, li tiegħu l-Kambodja hija membru, huwa korp konsultattiv li jaħdem biex ikun hemm ftehim, għarfien u kooperazzjoni aħjar fi kwistjonijiet tas-sajd fir-reġjun tal-Asja u l-Paċifiku. SEAFDEC, li tiegħu l-Kambodja hija membru, huwa korp konsultattiv li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli fis-sajd.

    (72)

    Biex tevalwa l-konformità tal-Kambodja mal-obbligi internazzjonali tagħha bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, il-Kummissjoni qieset li jkun xieraq li jintuża l-UNCLOS bħala t-test legali internazzjonali bażiku primarju, jiġifieri l-Artikoli 91, 94, 117 u 118, li jistabbilixxu l-obbligi tal-Istati u stabbiliti mill-RFMOs rilevanti, flimkien mal-qafas stabbilit minn APFIC u SEAFDEC imsemmija fil-premessa (71). Id-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS dwar in-navigazzjoni fl-Ibħra Miftuħa (l-Artikoli 86-115 tal-UNCLOS) kienu rrikonoxxuti bħala dritt internazzjonali konswetudinarju. Dawn id-dispożizzjonijiet jikkodifikaw regoli li diġà jeżistu tad-dritt internazzjonali konswetudinarju u jagħmlu tagħhom kważi verbatim il-kliem tal-Konvenzjoni dwar l-Ibħra Miftuħa u tal-Konvenzjoni dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa, li l-Kambodja kienet irratifkathom u ssieħbet fihom rispettivament. Għal din ir-raġuni, mhux rilevanti jekk il-Kambodja attwalment irratifikatx l-UNCLOS. Il-Kummissjoni kisbet u analizzat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għall-fini ta’ eżerċizzju bħal dan.

    (73)

    Il-Kummissjoni użat l-informazzjoni li toħroġ mid-dejta disponibbli ppubblikata mill-RFMOs, b’mod partikolari mill-ICCAT, mill-Kummissjoni dwar il-Konservazzjoni tar-Riżorsi Marittimi Ħajjin tal-Atlantiku (is-CCAMLR), mid-WCPFC, min-NEAFC, min-NAFO u mis-SEAFO jew fl-għamla ta’ Rapporti ta’ Konformità jew fl-għamla ta’ listi ta’ bastimenti IUU, kif ukoll informazzjoni disponibbli pubblikament miġjuba mir-Rapport ta’ NMFS.

    5.   IL-POSSIBBILTÀ LI L-KAMBODJA TIĠI IDENTIFIKATA BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

    (74)

    Skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni analizzat id-dmirijiet tal-Kambodja bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq. Għall-fini ta’ dan l-eżami l-Kummissjoni qieset il-parametri elenkati fl-Artikolu 31(4) sa (7) tar-Regolament IUU.

    5.1.   Rikorrenza ta’ bastimenti IUU u flussi ta’ kummerċ IUU (l-Artikolu 31(4) (a) tar-Regolament IUU)

    (75)

    Il-Kummissjoni stabbiliet, abbażi tal-informazzjoni miġjuba mil-listi ta’ bastimenti IUU tal-RFMOs, diversi inċidenzi ta’ attivitajiet IUU ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Kambodja (27) jew li għandhom liċenzja tas-sajd Kambodjana. Il-bastiment tas-sajd Draco-1 (ismu attwali huwa: Xiong Nu Baru 33) intlemaħ jistad illegalment fiż-żona tas-CCAMLR f’Jannar 2010 (28) u f’April 2010 (29) waqt li kien itajjar il-bandiera tal-Kambodja. Barra dan, il-bastiment tas-sajd Trosky (ismu attwali huwa: Yangzi Hua 44) intlemaħ jistad illegalment fiż-żona tas-CCAMLR f’April 2010 (30) waqt li kien itajjar il-bandiera tal-Kambodja.

    (76)

    Barra dan, fil-qafas ta’ ħidma mwettqa fir-rigward ta’ attivitajiet preżunti ta’ sajd IUU, il-Kummissjoni ġabret evidenza fattwali, permezz ta’ ċertifikati tal-qbid tal-Unjoni, ta’ vjolazzjonijiet ripetuti minn bastiment Kambodjan tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-ICCAT li jwassluhom biex ikunu kklassifikati bħala attivitajiet tas-sajd IUU. Dawk il-vjolazzjonijiet kienu jirreferu għal bastiment trasportatur Kambodjan li rċieva ħut fuq il-baħar mingħand purse seiners. Skont ir-Rakkomandazzjoni 06-11 tal-ICCAT, il-purse seiners ma jitħallewx iwettqu trasbord ta’ speċijiet ta’ tonn fuq il-baħar fiż-żona tal-ICCAT. Barra dan, il-bastiment trasportatur Kambodjan ma kienx irreġistrat fir-Reġistru tal-ICCAT ta’ bastimenti trasportaturi intitolati joperaw fiż-żona tal-ICCAT kif imsemmi fis-Sezzjoni 3 tar-Rakkomandazzjoni 06-11 tal-ICCAT.

    (77)

    F’dan ir-rigward huwa mfakkar li, skont l-Artikolu 94(2) b tal-UNCLOS, l-Istat tal-bandiera jassumi l-ġurisdizzjoni skont id-dritt intern tiegħu fuq kull vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu u fuq il-kaptan, l-uffiċjali u l-ekwipaġġ tiegħu. Dan il-prinċipju bażiku huwa msaħħaħ mill-punt 7.1 ta’ APFIC RPOA u mill-punt 8.2.2 ta’ RGRFO-SEA. Il-Kummissjoni tqis li l-eżistenza ta’ bastimenti IUU fil-listi ta’ bastimenti tal-RFMOs li kienu jtajru l-bandiera tal-Kambodja wara li ddaħħlu f’dawn il-listi, kif ukoll il-bastimenti tagħha li ntlemħu jwettqu attivitajiet IUU fl-RFMOs, huma indikazzjonijiet ċari li l-Kambodja naqset li twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha bħala Stat tal-bandiera skont id-dritt internazzjonali. Tabilħaqq, minħabba l-fatt li għandha bastimenti IUU, il-Kambodja naqset li teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha b’mod effikaċi, li tkun konformi mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs u li tiżgura li l-bastimenti tagħha ma jieħdu sehem f’ebda attività li timmina l-effikaċja ta’ miżuri bħal dawn.

    (78)

    Huwa nnutat li l-Istat tal-bandiera għandu d-dmir li jieħu, jew li jikkoopera ma’ Stati oħra biex jittieħdu miżuri bħal dawn għaċ-ċittadini rispettivi tagħhom skont kif ikun meħtieġ għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-ibħra miftuħa. Dan il-prinċipju bażiku huwa msaħħaħ mill-punti 3.1 u 4.1 ta’ APFIC RPOA u mill-punt 8.1.4 ta’ RGRFO-SEA. Skont l-Artikolu 94 tal-UNCLOS u, moqri flimkien mal-punt 7.1 ta’ APFIC RPOA u mal-punt 8.2.7 ta’ RGRFO-SEA, Stat tal-bandiera jeħtieġlu jiżgura li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jkunu konformi mar-regoli ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs.

    (79)

    L-eżistenza ta’ bastimenti IUU fil-listi ta’ bastimenti tal-RFMOs li kienu jtajru l-bandiera tal-Kambodja wara li ddaħħlu f’dawn il-listi, ukoll turi n-nuqqas ta’ ħila tal-Kambodja li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet f’IPOA IUU. Il-punt 34 ta’ IPOA IUU jirrakkomanda li l-Istati jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd li jkunu intitolati jtajru l-bandiera tagħhom ma jwettqux jew jappoġġjaw sajd IUU. Dan il-prinċipju jinsab ukoll fil-punt 7.1 ta’ APFIC RPOA.

    (80)

    Barra dan, ikun f’loku li jkun innutat li l-Kambodja ssemmiet fir-Rapport ta’ NMFS. Skont ir-Rapport ta’ NMFS, diversi bastimenti bil-bandiera Kambodjana ħadu sehem f’attivitajiet tas-sajd li jiksru l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tas-CCAMLR (31). Ir-Rapport ta’ NMFS ma jidentifikax lill-Kambodja bħala pajjiż b’bastimenti li jieħdu sehem f’attività tas-sajd IUU, meqjus il-fatt li ċerti azzjonijiet (it-tneħħija mir-reġistrazzjoni) kienu ttieħdu biex ikunu indirizzati l-attivitajiet illegali tas-sajd ta’ dawk il-bastimenti bil-bandiera Kambodjana. Madankollu, ir-Rapport ta’ NMFS jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-attivitajiet tas-sajd IUU jkunu indirizzati billi jitneħħew bastimenti mir-reġistru minflok ma jkunu applikati sanzjonijiet oħra, u, għaldaqstant il-Kambodja kienet identifikata bħala pajjiż “ta’ interess” mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti.

    (81)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u 31(4)(a) tar-Regolament IUU, li l-Kambodja naqset li taqdi dawk li huma d-dmirijiet tagħha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward tal-bastimenti IUU u tas-sajd IUU imwettaq jew appoġġjat mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħha jew miċ-ċittadini tagħha u li ma kinitx ħadet azzjoni suffiċjenti biex topponi s-sajd IUU dokumentat u ripetut mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha.

    5.2.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni u infurzar (l-Artikolu 31(5) (b), (c) u (d) tar-Regolament IUU)

    (82)

    Il-Kummissjoni analizzat jekk il-Kambodja kinitx ħadet miżuri effikaċi ta’ infurzar fir-rigward tal-operaturi responsabbli għas-sajd IUU u jekk kinux applikati sanzjonijiet ta’ severità suffiċjenti li jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mis-sajd IUU.

    (83)

    Evidenza disponibbli tikkonferma li l-Kambodja ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali fir-rigward ta’ miżuri effikaċi ta’ infurzar. F’dan ir-rigward huwa mfakkar li l-listi ta’ bastimenti IUU tal-RFMOs jirreġistraw bastimenti IUU li kienu jtajru l-bandiera tal-Kambodja wara li ddaħħlu f’dawn il-listi jew fiż-żmien meta kienu elenkati. L-eżistenza ta’ bastimenti IUU bħal dawn turi sewwa n-nuqqas tal-Kambodja li tonora r-responsabbiltajiet tagħha vis-à-vis l-bastimenti tagħha li joperaw fl-ibħra miftuħa kif stabbilit fl-Artikolu 94 tal-UNCLOS, moqri flimkien mal-punt 7.1 ta’ APFIC RPOA u mal-punt 8.2.7 ta’ RGRFO-SEA.

    (84)

    Barra dan, fir-rigward tal-konformità u l-infurzar, il-missjoni msemmija fil-premessa (68) żvelat li l-Kambodja m’għandha ebda leġiżlazzjoni speċifika biex tindirizza l-attivitajiet tas-sajd IUU. L-unika miżura meħuda hija t-tneħħija mir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd. Madankollu, azzjoni bħal din ma timplikax li jsiru investigazzjonijiet tal-attivitajiet illegali tas-sajd imwettqa mill-bastimenti jew li jkunu imposti sanzjonijiet għal vjolazzjonijiet stabbiliti. Tabilħaqq, it-tneħħija ta’ bastiment tas-sajd mir-reġistrazzjoni ma tiżgurax li l-ħatjin ta’ vjolazzjoni jkunu ssanzjonati għall-azzjonijiet tagħhom u jkunu mċaħħdin mill-benefiċċji tal-azzjonijiet tagħhom. Dan huwa wkoll aktar importanti għall-każ tal-Kambodja li, kif spjegat fil-premessa (96), iżżomm Reġistru Internazzjonali tal-Bastimenti responsabbli għar-reġistrazzjoni ta’ bastimenti li jinsab f’post ‘il barra mill-Kambodja u li ma jiżgurax li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Kambodja jkollhom rabta ġenwina mal-pajjiż. Id-deċiżjoni amministrattiva sempliċi li bastiment tas-sajd jitneħħa mir-reġistru mingħajr ma tkun żgurata l-possibbiltà li jkunu imposti pieni oħra hija att li ma jiżgurax effetti ta’ deterrent. Azzjoni bħal din ukoll ma tiżgurax kontroll mill-Istat tal-bandiera fuq il-bastimenti tas-sajd kif meħtieġ skont l-Artikolu 94 tal-UNCLOS. Barra dan, il-prestazzjoni tal-Kambodja fir-rigward tal-konformità u l-infurzar mhijiex skont il-punt 18 ta’ IPOA IUU li jistipula li, meqjusin id-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS, kull Stat għandu jieħu miżuri jew jikkoopera biex jiżgura li ċ-ċittadini soġġetti għall-ġurisdizzjoni tiegħu ma jappoġġjawx jew jieħdu sehem f’sajd IUU. Il-prestazzjoni tal-Kambodja f’dan ir-rigward wkoll mhijiex skont ir-rakkomandazzjonijiet fil-punt 21 ta’ IPOA IUU li jagħti parir lill-Istati li jiżguraw li s-sanzjonijiet għas-sajd IUU mill-bastimenti u, sakemm ikun l-aktar possibbli, miċ-ċittadini fil-ġurisdizzjoni tagħhom, ikunu ta’ severità suffiċjenti biex b’mod effikaċi jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw sajd IUU u jċaħħdu lil ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mill-attivitajiet illegali tagħhom. Dan il-prinċipju jittenna fil-punt 8.2.7 ta’ RGRFO-SEA.

    (85)

    Fir-rigward tal-istorja, in-natura, iċ-ċirkustanzi, id-dimensjoni u l-gravità tal-manifestazzjonijiet tas-sajd IUU li qed jiġi kkunsidrat, il-Kummissjoni qieset l-attivitajiet rikorrenti u ripetittivi ta’ sajd IUU tal-bastimenti bil-bandiera Kambodjana sal-2012.

    (86)

    Fir-rigward tal-kapaċità eżistenti tal-awtoritajiet Kambodjani, għandu jkun innutat li, skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (32), il-Kambodja titqies bħala pajjiż medju fl-iżvilupp tal-bniedem (il-139 minn 187 pajjiż). Min-naħa l-oħra, il-Kambodja hija elenkata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 fil-kategorija ta’ pajjiżi l-anqas żviluppati. F’dan ir-rigward, il-limitazzjonijiet tal-kapaċità finanzjarja u amministrattiva tal-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitqiesu bħala fattur wieħed li jimmina l-kapaċità tal-Kambodja li taqdi d-dmirjiet tagħha ta’ kooperazzjoni u infurzar. Madankollu, huwa mfakkar li n-nuqqasijiet fil-kooperazzjoni u fl-infurzar huma marbutin man-nuqqas ta’ qafas legali adegwat li bih ikunu jistgħu jitwettqu azzjonijiet ta’ segwitu aktar milli bil-kapaċità eżistenti tal-awtoritajiet kompetenti.

    (87)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u 31(5) (b), (c) u (d) tar-Regolament IUU, li l-Kambodja naqset milli taqdi dawk li huma d-dmirijiet tagħha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-isforzi tal-infurzar.

    5.3.   Nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ regoli internazzjonali (l-Artikolu 31(6) tar-Regolament IUU)

    (88)

    Il-Kambodja ma ffirmat jew irratifikat ebda wieħed mill-Ftehimiet internazzjonali li speċifikatament jirregolaw is-sajd. Il-Kambodja rratifikat il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tal-1958 dwar l-Ibħra Miftuħa u ssieħbet fil-Konvenzjoni tal-1958 dwar l-Ibħra Territorjali u ż-Żona Kontigwa. Il-Kambodja hija membru ta’ żewġ korpi konsultattivi, jiġifieri SEAFDEC fejn aċċettat RGRFO-SEA, u APFIC fejn aċċettat APFIC RPOA.

    (89)

    Mill-missjoni tal-Kummissjoni għall-Kambodja ma jirriżultax li l-Kambodja ħadet xi passi lejn l-implimentazzjoni ta’ APFIC RPOA jew tar-rakkomandazzjonijiet ta’ RGRFO-SEA.

    (90)

    Il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni meqjusa rilevanti mid-dejta disponibbli ppubblikata mill-RFMOs, b’mod partikolari l-ICCAT u s-CCAMLR.

    (91)

    Huwa mfakkar li l-Kambodja għandha storja twila ta’ ittri ta’ Identifikazzjoni maħruġin mill-ICCAT. L-ewwel waħda minn dawn l-ittri nħarġet lill-Kambodja fl-2006. L-ittra ta’ Identifikazzjoni l-aktar reċenti maħruġa mill-ICCAT lill-Kambodja hija dik tal-2011 (33). Dik l-ittra tkompli tesprimi tħassib dwar l-attivitajiet IUU li seta’ kien hemm minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Kambodja. Il-Kambodja ma weġbitx għat-talba addizzjonali għall-informazzjoni misjuba fl-ittri ta’ Identifikazzjoni tal-ICCAT tas-16 ta’ Diċembru 2009, tal-4 ta’ Ottubru 2010 u tat-18 ta’ Jannar 2011. Fin-nuqqas ta’ tweġiba mill-Kambodja li tagħti l-informazzjoni addizzjonali mitluba, l-ICCAT iddeċidiet li żżomm fis-seħħ l-identifikazzjoni tal-Kambodja fl-2012. Barra dan, l-ICCAT esprimiet it-tħassib serju tagħha dwar attivitajiet ta’ trasbord li seta’ kien hemm mill-purse seiners tal-Kambodja fil-Golf tal-Ginea.

    (92)

    Fil-laqgħa Annwali tal-2012 tal-ICCAT, l-ICCAT talbet informazzjoni dettaljata mingħand il-Kambodja dwar it-trasbordi allegati fil-Golf tal-Ginea, dwar kull azzjoni meħuda bi tweġiba mill-Kambodja, dwar il-miżuri ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tal-Kambodja u dwar il-proċedura u r-regoli tal-Kambodja għar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, bil-ħsieb li teżamina l-qagħda tal-Kambodja.

    (93)

    In-nuqqas tal-Kambodja li tipprovdi lill-ICCAT l-informazzjoni msemmija fil-premessi (91) u (92) juri n-nuqqas tal-Kambodja li tissodisfa kull tip ta’ obbligu ta’ Stat tal-bandiera b’rabta mal-miżuri ta’ ġestjoni u konservazzjoni msemmija mill-UNCLOS. Il-prestazzjoni tagħha hija wkoll mhux konformi mar-rakkomandazzjonijiet ta’ APFIC RPOA (il-punt 7.1) u ta’ RGRFO-SEA (il-punt 8.2.7).

    (94)

    Barra dan, matul l-2010 s-CCAMLR irrapportat li ntlemħu diversi bastimenti bil-bandiera Kambodjana. Komunikazzjonijiet bħal dawn jinsabu f’ċirkularijiet tas-CCAMLR mibgħuta lill-membri tagħha (34), jiġifieri l-Ilmiħ ta’ COMM CIRC 10/11 ta’ Typhoon-1 u Draco I elenkati bħala bastimenti IUU, l-Ilmiħ 10/45 ta’ Draco I u Trosky, elenkati bħala bastimenti IUU.

    (95)

    Meta aġixxiet bil-mod deskritt fil-premessa ta’ qabel din il-Kambodja naqset milli turi li qed tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 94(2)(b) tal-UNCLOS li jistipula li Stat tal-bandiera jassumi l-ġurisdizzjoni skont id-dritt intern tiegħu fuq kull vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu u fuq il-kaptan, l-uffiċjali u l-ekwipaġġ tiegħu. Tabilħaqq, it-tneħħija ta’ bastimenti tas-sajd mir-reġistru mhix fiha nfisha miżura suffiċjenti li Stat tal-bandiera jieħu, minħabba li dik il-miżura ma tindirizzax l-attività IUU, ma tiżgurax kastig għall-attivitajiet tas-sajd IUU bl-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u/jew kriminali stabbiliti bil-liġi u tħalli lill-bastiment tas-sajd ħieles li jkompli jopera bi ksur ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni stabbiliti internazzjonalment.

    (96)

    Barra dan, kien żvelat mill-missjoni msemmija fil-premessa (68) li l-Kambodja żżomm Reġistru Internazzjonali tal-Bastimenti responsabbli għar-reġistrazzjoni ta’ bastimenti li jinsab f’post ‘il barra mill-Kambodja u li ma jiżgurax li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Kambodja jkollhom rabta ġenwina mal-pajjiż. In-nuqqas ta’ rabta ġenwina bħal din bejn l-Istat u l-bastimenti li jkunu rreġistrati fir-reġistru tiegħu huwa ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti għan-nazzjonalità ta’ vapuri skont l-Artikolu 91 tal-UNCLOS. Din il-konklużjoni hija ikkonfermata aktar mill-ITF li tqis lill-Kambodja bħala bandiera ta’ konvenjenza (35).

    (97)

    Fl-aħħar nett, għandu jkun innotat li, kuntrarju għar-rakkomandazzjonijiet fil-punti 25, 26 u 27 ta’ IPOA IUU, il-Kambodja ma żviluppatx Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali kontra s-sajd IUU.

    (98)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u (6) tar-Regolament IUU, li l-Kambodja naqset li taqdi dawk li huma d-dmirijiet tagħha skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tar-regoli, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni internazzjonali.

    5.4.   Limitazzjonijiet speċifiċi ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw

    (99)

    Huwa mfakkar li, skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (36), il-Kambodja titqies bħala pajjiż medju fl-iżvilupp tal-bniedem (il-139 minn 187 pajjiż). Min-naħa l-oħra, il-Kambodja hija elenkata fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 fil-kategorija ta’ pajjiżi l-anqas żviluppati. Meqjusal-gradazzjoni tal-Kambodja, il-Kummissjoni analizzat jekk l-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni setgħetx ikollha rabta mal-limitazzjonijiet speċifiċi tagħha bħala pajjiż li qed jiżviluppa.

    (100)

    Għalkemm jista’ jkun hemm limitazzjonijiet speċifiċi ta’ kapaċità b’mod ġenerali fir-rigward tal-kontroll u l-monitoraġġ, il-limitazzjonijiet speċifiċi tal-Kambodja li ġejjin mil-livell tagħha ta’ żvilupp ma jistgħux jiġġustifikaw in-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fil-qafas legali nazzjonali b’referenza għal strumenti internazzjonali biex jiġġieldu, jiskoraġġixxu u jeliminaw attivitajiet tas-sajd IUU. Barra dan, dawk il-limitazzjonijiet ma jistgħux jiġġustifikaw in-nuqqas tal-Kambodja li tistabbilixxi sistema ta’ sanzjonijiet għall-vjolazzjonijiet ta’ miżuri internazzjonali ta’ ġestjoni u konservazzjoni fir-rigward ta’ attivitajiet tas-sajd imwettqa f’ibħra miftuħa.

    (101)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni, u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(7) tar-Regolament IUU, li l-istatus ta’ żvilupp tal-Kambodja jista’ jidgħajjef mil-livell tagħha ta’ żvilupp. Madanakollu, meqjusa n-natura tan-nuqqasijiet stabbiliti tal-Kambodja, il-livell ta’ żvilupp ta’ dak il-pajjiż ma jistax jiskuża jew xort’oħra jiġġustifika l-prestazzjoni globali tal-Kambodja bħala Stat tal-bandiera fir-rigward tas-sajd u l-insuffiċjenza tal-azzjonijiet tagħha biex tippreveni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU.

    6.   PROĊEDURA FIR-RIGWARD TAR-REPUBBLIKA TA’ FIĠI

    (102)

    In-notifika tar-Repubblika ta’ Fiġi (Fiġi) bħala Stat tal-bandiera kienet aċċettata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament IUU fl-1 ta’ Jannar 2010.

    (103)

    Mis-16 sal-20 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EFCA, wettqet missjoni ġewwa Fiġi fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU.

    (104)

    Il-missjoni fittxet li tivverifika informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ Fiġi għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li magħhom għandhom ikunu konformi l-bastimenti tas-sajd tiegħu, dwar il-miżuri meħudin minn Fiġi biex jimplimenta l-obbligi tiegħu fil-ġlieda kontra s-sajd IUU u biex jissodisfa r-rekwiżiti u l-punti tiegħu li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-qbid tal-Unjoni.

    (105)

    Ir-rapport finali tal-missjoni ntbagħat lil Fiġi fid-9 ta’ Frar 2012.

    (106)

    Il-kummenti ta’ Fiġi għar-rapport finali tal-missjoni waslu fit-8 ta’ Marzu 2012.

    (107)

    Fiġi huwa membru tad-WCPFC. Fiġi rratifika l-UNCLOS u l-UNFSA.

    (108)

    Biex tevalwa l-konformità ta’ Fiġi mal-obbligi internazzjonali tiegħu bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali msemmija fil-premessa (107) u stabbiliti mll-RFMO rilevanti msemmija fil-premessa (107), il-Kummissjoni kisbet u analizzat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għall-fini ta’ dak l-eżerċizzju.

    (109)

    Il-Kummissjoni użat l-informazzjoni li toħroġ mid-dejta disponibbli ppubblikata mid-WCPFC.

    7.   IL-POSSIBBILTÀ LI FIĠI JIĠI IDENTIFIKAT BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

    (110)

    Skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni analizzat id-dmirijiet ta’ Fiġi bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq. Għall-fini ta’ dan l-eżami l-Kummissjoni qieset il-parametri elenkati fl-Artikolu 31(4) sa (7) tar-Regolament IUU.

    7.1.   Rikorrenza ta’ bastimenti IUU u flussi ta’ kummerċ IUU (l-Artikolu 31(4) (a) tar-Regolament IUU)

    (111)

    Fir-rigward ta’ bastimenti IUU li jtajru l-bandiera ta’ Fiġi huwa nnutat li, abbażi tal-informazzjoni miġjuba mil-listi ta’ bastimenti tal-RFMOs, m’hemmx bastimenti bħal dawn f’listi IUU provviżorji jew finali u ma teżistix evidenza ta’ każijiet fl-imgħoddi ta’ bastimenti IUU li jtajru l-bandiera ta’ Fiġi li biha l-Kummissjoni tista’ tanalizza l-prestazzjoni ta’ Fiġi fir-rigward ta’ attivitajiet rikorrenti tas-sajd IUU.

    (112)

    Fin-nuqqas ta’ informazzjoni u evidenza kif spjegat fil-premessa hawn fuq, skont l-Artikolu 31(3) u 31(4)(a), il-konklużjoni hija li mhemmx ħtieġa li tkun evalwata l-konformità tal-azzjoni ta’ Fiġi biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina sajd IUU, bid-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward ta’ bastimenti IUU u ta’ sajd IUU mwettaq jew appoġġjat mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jew miċ-ċittadini tiegħu.

    7.2.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni u infurzar (l-Artikolu 31(5) (b) u (d) tar-Regolament IUU)

    (113)

    Il-Kummissjoni analizzat jekk Fiġi kienx ħa miżuri effikaċi ta’ infurzar fir-rigward tal-operaturi responsabbli għas-sajd IUU u jekk kinux applikati sanzjonijiet ta’ severità suffiċjenti li jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mis-sajd IUU.

    (114)

    L-evidenza disponibbli tikkonferma li Fiġi ma kienx issodisfa l-obbligi tiegħu skont id-dritt internazzjonali fir-rigward ta’ miżuri effikaċi ta’ infurzar. Tabilħaqq, matul il-missjoni msemmija fil-premessa (103), il-Kummissjoni żvelat li Fiġi ma kien introduċa fid-dritt nazzjonali tiegħu (“Att dwar Spazji tal-Baħar” u “Att dwar is-Sajd”) ebda miżura speċifika għall-ġestjoni u l-kontroll tal-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Fiġi lil hinn mill-ibħra fil-ġurisdizzjoni ta’ Fiġi.

    (115)

    Matul il-missjoni msemmija fil-premessa (103), il-Kummissjoni żvelat li ma hemmx regoli u miżuri speċifiċi fis-sistema legali ta’ Fiġi li jindirizzaw speċifikament vjolazzjonijiet ta’ sajd IUU mwettqin fl-ibħra miftuħa u biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw attivitajiet tas-sajd IUU. Huwa wkoll ċar li ma hemm ebda miżura fil-leġiżlazzjoni ta’ Fiġi li timponi sanzjonijiet mhux biss fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Fiġi iżda wkoll fuq iċ-ċittadini ta’ Fiġi involuti f’attivitajiet tas-sajd IUU magħmula ‘l barra mill-ibħra fil-ġurisdizzjoni ta’ Fiġi.

    (116)

    In-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet legali speċifiċi dwar vjolazzjonijiet ta’ sajd IUU mwettqin fl-ibħra miftuħa huwa indikazzjoni ċara li Fiġi ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 94(2)(b) tal-UNCLOS li jistipula li Stat tal-bandiera jassumi l-ġurisdizzjoni skont id-dritt intern tiegħu fuq kull vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu u fuq il-kaptan, l-uffiċjali u l-ekwipaġġ tiegħu. Barra dan, in-nuqqas ta’ regoli legali speċifiċi li jindirizzaw vjolazzjonijiet ta’ sajd IUU mwettqin fl-ibħra miftuħa juri sewwa n-nuqqas ta’ Fiġi li jonora r-responsabbiltajiet tiegħu vis-à-vis l-bastimenti tiegħu li joperaw fl-ibħra miftuħa kif stabbilit fl-Artikolu 18(1) tal-UNFSA. Barra dan, in-nuqqas ta’ qafas legali biex isaħħaħ u jikkontrolla l-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd huwa bi ksur tal-Artikolu 217 tal-UNCLOS li jesiġi li l-Istati tal-bandiera japplikaw sanzjonijiet speċifiċi ta’ infurzar biex jiżguraw konformità mar-regoli internazzjonali, jinvestigaw vjolazzjonijiet preżunti u jimponu sanzjonijiet b’mod adegwat għal kull vjolazzjoni.

    (117)

    Fiġi naqas ukoll milli juri li huwa konformi mar-rakkomandazzjonijiet fil-punt 18 ta’ IPOA IUU li jistipula li, meqjusin id-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS, kull Stat għandu jieħu miżuri jew jikkoopera biex jiżgura li ċ-ċittadini soġġetti għall-ġurisdizzjoni tiegħu ma jappoġġjawx jew jieħdu sehem f’sajd IUU. Barra dan, Fiġi naqas ukoll milli juri li huwa jikkoopera u jikkoordina attivitajiet ma’ Stati oħra biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU bil-mod stabbilit fil-punt 28 ta’ IPOA IUU.

    (118)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata fil-premessi (113) sa (117), il-konklużjoni hija li l-livell ta’ sanzjonijiet għall-vjolazzjonijiet IUU msemmija fil-leġiżlazzjoni ta’ Fiġi mhumiex skont l-Artikolu 19(2) tal-UNFSA li jgħid li s-sanzjonijiet applikabbli fir-rigward tal-vjolazzjonijiet għandhom ikunu adegwati fis-severità biex ikunu effikaċi li jiżguraw il-konformità u biex jiskoraġġixxu vjolazzjonijiet kull fejn iseħħu u għandhom iċaħħdu lil ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mill-attivitajiet illegali tagħhom. Barra dan, il-prestazzjoni ta’ Fiġi fir-rigward ta’ miżuri effikaċi ta’ infurzar ukoll mhijiex skont ir-rakkomandazzjonijiet fil-punt 21 ta’ IPOA IUU li jagħti parir lill-Istati li jiżguraw li s-sanzjonijiet għas-sajd IUU mill-bastimenti, u sakemm ikun l-aktar possibbli, miċ-ċittadini fil-ġurisdizzjoni tagħhom, ikunu ta’ severità suffiċjenti li b’mod effikaċi jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw s-sajd IUU u li jċaħħdu mill-benefiċċji li joħorġu minn sajd bħal dan.

    (119)

    F’dan ir-rigward huwa mfakkar ukoll li, fl-2007, meta kienet qed tgħin lil Fiġi biex jelabora l-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali tiegħu biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU (NPOA IUU), il-FAO kienet diġà stiednet b’mod urġenti lil Fiġi biex jikkonsolida u jaġġorna l-liġijiet tiegħu dwar il-ġestjoni tas-sajd u biex isaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ infurzar tiegħu biex jiżgura l-konformità mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni (37). Minkejja t-talba tal-FAO u l-impenn li ħa Fiġi fir-rigward ta’ NPOA IUU tiegħu li huwa kien adotta fl-2009, il-leġiżlazzjoni ta’ Fiġi kienet għadha mhix riveduta biex tkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-FAO.

    (120)

    Fir-rigward tal-kapaċità eżistenti tal-awtoritajiet ta’ Fiġi, għandu jkun innutat li skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (38), Fiġi jitqies bħala pajjiż medju fl-iżvilupp tal-bniedem (il-100 minn 187 pajjiż). Dan huwa kkonfermat ukoll mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 fejn Fiġi huwa elenkat fil-kategorija ta’ pajjiżi bi dħul medju superjuri.

    (121)

    Abbażi tal-informazzjoni li toħroġ mill-missjoni msemmija fil-premessa (103) ma jistax jitqies li n-nuqqasijiet spjegati f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni ġejjin minn xi nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji minħabba li n-nuqqasijiet fl-infurzar u, għaldaqstant, fil-kooperazzjoni, huma marbutin b’mod ċar man-nuqqas ta’ qafas legali u amministrattiv meħtieġ.

    (122)

    Barra dan, għandu jkun enfasizzat li, skont ir-rakkomandazzjonijiet fil-punti 85 u 86 ta’ IPOA IUU dwar ħtiġijiet speċjali ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-Unjoni diġà ħarġet fondi għal programm speċifiku ta’ assistenza teknika fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU (39). Fiġi bbenefika minn dan il-programm.

    (123)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u 31(5) (b) u (d) tar-Regolament IUU, li Fiġi naqas milli jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-isforzi tal-infurzar.

    7.3.   Nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ regoli internazzjonali (l-Artikolu 31(6) tar-Regolament IUU)

    (124)

    Fiġi rratifika l-UNCLOS u l-UNFSA. Barra dan, Fiġi huwa membru Kontraenti tad-WCPFC.

    (125)

    Il-Kummissjoni analizzat kull informazzjoni meqjusa rilevanti fir-rigward tal-istatus ta’ Fiġi bħala Membru Kontraenti tad-WCPFC.

    (126)

    Il-Kummissjoni analizzat ukoll kull informazzjoni meqjusa rilevanti fir-rigward tal-ftehim ta’ Fiġi biex japplika l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mid-WCPFC.

    (127)

    Biex tevalwa l-livell ta’ konformità ta’ Fiġi mar-regoli tad-WCPFC ta’ konservazzjoni u ġestjoni u mal-obbligi ta’ rapportar, il-Kummissjoni użat l-abbozz tar-Rapport dwar Skema ta’ Monitoraġġ ta’ Konformità għall-2010 (40) u l-abbozz tar-Rapport Finali dwar Monitoraġġ ta’ Konformità għall-2010 (41).

    (128)

    B’mod partikolari, skont l-informazzjoni disponibbli, Fiġi naqas li jkun konformi mar-rekwiżit li jirrapporta dwar l-għadd ta’ bastimenti tas-sajd għall-pixxispad kif imsemmi fil-Miżura ta’ Konservazzjoni u Ġestjoni tad-WCPFC (CMM) 2009-03. Naqas ukoll li jkun konformi mar-rekwiżit li jipprovdi dejta dwar il-qbid u l-isforz u dejta dwar il-kompożizzjoni tad-daqs għat-Tonn Għajnu Kbira u t-Tonna Safra kif imsemmi fil-Miżura ta’ Konservazzjoni u Ġestjoni tad-WCPFC 2008-01. Naqas ukoll li jkun konformi mar-rekwiżit li jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida tal-FAO u dwar informazzjoni dwar interazzjonijiet ma’ fkieren tal-baħar kif imsemmi fil-Miżura ta’ Konservazzjoni u Ġestjoni tad-WCPFC (CCM) 2008-03. Naqas ukoll li jkun konformi ma’ CMM 2007-01 tad-WCPFC u mal-istandards, mal-ispeċifikazzjonijiet u mal-proċeduri tal-VMS kif iddefiniti fil-punti 7.2.2, 7.2.4 u 7.2.3 tal-Proċeduri dwar Speċifikazzjonijiet ta’ Standards (SSPs) tal-VMS tad-WCPFC. Fl-aħħar nett, Fiġi naqas li jkun konformi mar-rekwiżit ta’ osservaturi mhux nazzjonali msemmi fil-Programm Reġjonali tal-Osservatur kif iddefinit f’CMM 2007-01 tad-WCPFC.

    (129)

    In-nuqqas ta’ Fiġi li jipprovdi lid-WCPFC l-informazzjoni msemmija fil-premessa (128) turi n-nuqqas ta’ Fiġi li jissodisfa l-obbligi tiegħu bħala Stat tal-bandiera skont l-UNCLOS u l-UNFSA.

    (130)

    Tabilħaqq, in-nuqqas li tkun irrapportata dejta dwar il-qbid u l-isforz kif imsemmi fil-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tad-WCPFC, biex tkun żgurata applikazzjoni korretta tar-regoli tal-użu tal-VMS u biex ikun implimentat b’mod korrett il-Programm Reġjonali tal-Osservatur, jimmina l-ħila ta’ Fiġi li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 117 u l-Artikolu 118 tal-UNCLOS li jistipulaw id-dmirijiet tal-Istati li jadottaw miżuri għaċ-ċittadini rispettivi tagħhom għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-ibħra miftuħa u li jikkooperaw dwar miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni għar-riżorsi ħajjin fiż-żoni tal-ibħra miftuħa.

    (131)

    In-nuqqas ta’ Fiġi li jimplimenta l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tad-WCPFC huwa bi ksur tar-rekwiżiti tal-Artikolu 18(3) tal-UNFSA.

    (132)

    Tabilħaqq Fiġi qed jikser l-Artikolu 18(3)(e) tal-UNFSA billi jonqos li jittrażmetti l-pożizzjonijiet tal-bastimenti, il-figuri tal-qabdiet u l-figuri tal-isforzi tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd fl-ibħra miftuħa b’mod konsistenti mar-regoli tal-RFMO rilevanti.

    (133)

    Billi jonqos li jimplimenta b’mod korrett il-Programm Reġjonali tal-Osservatur tal-RFMO rilevanti, Fiġi qed jaġixxi wkoll bi ksur tal-Artikolu 18(3)(g)(ii) tal-UNFSA.

    (134)

    Barra dan, billi jonqos li jimplimenta b’mod korrett is-sistema tal-VMS tal-RFMO rilevanti, Fiġi qed jaġixxi wkoll bi ksur tal-Artikolu 18(3)(g)(iii) tal-UNFSA.

    (135)

    Fl-aħħar nett, Fiġi ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18(h) tal-UNFSA meta titqies l-informazzjoni miġbura matul il-missjoni msemmija fil-premessa (103) li żvelat nuqqas komplet ta’ dispożizzjonijiet legali li jirregolaw it-trasbordi fl-ibħra miftuħa.

    (136)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u (6), li Fiġi naqas li jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tar-regoli, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni internazzjonali.

    7.4.   Limitazzjonijiet speċifiċi ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw

    (137)

    Huwa mfakkar li skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (42), Fiġi jitqies bħala pajjiż medju fl-iżvilupp tal-bniedem (il-100 minn 187 pajjiż). Dan huwa kkonfermat ukoll mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 fejn Fiġi huwa elenkat fil-kategorija ta’ pajjiżi bi dħul medju superjuri.

    (138)

    Meqjusa dik il-gradazzjoni, Fiġi ma jistax jitqies bħala pajjiż li għandu limitazzjonijiet speċifiċi li ġejjin direttament mil-livell tiegħu ta’ żvilupp. Ma setgħet tkun stabbilita ebda evidenza korroborattiva li tindika li n-nuqqas ta’ Fiġi li jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali huwa r-riżultat ta’ nuqqas ta’ żvilupp. Bl-istess mod, ma teżisti ebda evidenza li b’mod dirett tikkorrelata n-nuqqasijiet stabbiliti fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd man-nuqqas ta’ kapaċitajiet u infrastruttura. Fil-fatt għar-raġunijiet spjegati fil-premessa hawn fuq hemm indikazzjonijiet li n-nuqqas ta’ konformità mar-regoli internazzjonali huwa direttament marbut man-nuqqas ta’ strumenti legali xierqa, b’mod partikolari ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fil-qafas legali nazzjonali b’referenza għal miżuri li jiġġieldu, jiskoraġġixxu u jeliminaw attivitajiet tas-sajd IUU.

    (139)

    Fir-rigward tal-kapaċitajiet ta’ kontroll u ġestjoni huwa evidenti li ż-żieda sinifikanti fil-flotta li ttajjar il-bandiera ta’ Fiġi, kif diġà osservat f’Ottubru 2009 mill-FAO fil-Prospett Nazzjonali tas-Settur tas-Sajd (43) tagħha, jeħtiġilha jkollha magħha azzjonijiet rilevanti għat-tisħiħ tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza effikaċi tal-attivitajiet tas-sajd. Madankollu, Fiġi huwa pajjiż bi dħul medju superjuri u ma teżisti ebda evidenza korroborattiva li tikkonferma li hemm limitazzjonijiet ta’ żvilupp direttament marbutin mal-prestazzjoni tiegħu. Fil-fatt għandu jkun enfasizzat li meta awtorizza żieda sinifikanti tal-flotta rreġistrata tiegħu tas-sajd, mingħajr ma adatta s-sistema tiegħu ta’ kontroll u mingħajr ma adatta l-qafas legali tiegħu għall-qafas legali tas-sajd internazzjonali, Fiġi aġixxa b’mod li mhux konsistenti mal-obbligi internazzjonali tiegħu.

    (140)

    Huwa wkoll rilevanti li jkun innutat li l-Unjoni diġà ħarġet fondi, fl-2012, għal azzjoni speċifika ta’ assistenza teknika ġewwa Fiġi fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU (44).

    (141)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni, u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(7) tar-Regolament IUU, li l-istatus ta’ żvilupp u l-prestazzjoni globali ta’ Fiġi fir-rigward tas-sajd mhumiex imdgħajfin mil-livell tiegħu ta’ żvilupp.

    8.   PROĊEDURA FIR-RIGWARD TAR-REPUBBLIKA TAL-GINEA

    (142)

    In-notifika tar-Repubblika tal-Ginea (il-Ginea) bħala Stat tal-bandiera kienet aċċettata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament IUU fl-1 ta’ Jannar 2010.

    (143)

    Mis-16 sal-20 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA), wettqet missjoni fil-Ginea fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU.

    (144)

    Il-missjoni fittxet li tivverifika informazzjoni nnotifikata mill-Ginea lill-Kummissjoni dwar arranġamenti tal-Ginea għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li magħhom għandhom ikunu konformi l-bastimenti tas-sajd tagħha, dwar il-miżuri meħudin mill-Ginea biex timplimenta l-obbligi tagħha fil-ġlieda kontra s-sajd IUU u biex tissodisfa r-rekwiżiti u l-punti tagħha li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-qbid tal-Unjoni.

    (145)

    Ir-rapport finali tal-missjoni ntbagħat lill-Ginea fit-2 ta’ Awwissu 2011.

    (146)

    Missjoni sussegwenti tal-Kummissjoni fil-Ginea tmexxiet mis-27 sat-30 ta’ Settembru 2011 biex ikunu segwiti l-azzjonijiet meħudin fl-ewwel missjoni.

    (147)

    Il-kummenti tal-Ginea dwar ir-rapport finali tal-missjoni waslu fil-15 ta’ Novembru 2011.

    (148)

    Il-Ginea ippreżentat kummenti addizzjonali bil-miktub fil-21 ta’ Novembru 2011, fl-1 ta’ Diċembru 2011, fis-26 ta’ Marzu 2012 u fit-22 ta’ Mejju 2012.

    (149)

    Il-Ginea hija Parti Kontraenti tal-ICCAT u tal-IOTC. Il-Ginea rratifikat l-UNCLOS u l-UNFSA. Il-Ginea hija wkoll membru tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) li huwa korp konsultattiv subreġjonali tas-sajd. L-għan tas-CECAF huwa li jippromwovi l-utilizzazzjoni sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fiż-żona tiegħu ta’ kompetenza b’ġestjoni u żvilupp tajbin tas-sajd u tal-operazzjonijiet tas-sajd.

    (150)

    Biex tevalwa l-konformità tal-Ginea mal-obbligi internazzjonali tagħha bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali ta’ hawn fuq imsemmija fil-premessa (149) u stabbiliti mill-RFMOs rilevanti msemmija fil-premessi (149) u (151), il-Kummissjoni kisbet u analizzat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għall-fini ta’ eżerċizzju bħal dan.

    (151)

    Il-Kummissjoni użat l-informazzjoni li ħarġet mid-dejta disponibbli ppubblikata mill-ICCAT, in-NEAFC, in-NAFO u s-SEAFO jew fl-għamla ta’ Rapporti ta’ Konformità jew fl-għamla ta’ listi ta’ bastimenti IUU, kif ukoll l-informazzjoni disponibbli pubblikament miġjuba mir-Rapport ta’ NMFS.

    9.   IL-POSSIBBILTÀ LI L-GINEA TIĠI IDENTIFIKATA BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

    (152)

    Skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni analizzat id-dmirijiet tal-Ginea bħala Stat tal-bandiera, kostali u tas-suq. Għall-fini ta’ dan l-eżami l-Kummissjoni qieset il-parametri elenkati fl-Artikolu 31(4) sa (7) tar-Regolament IUU.

    9.1.   Rikorrenza ta’ bastimenti IUU u flussi ta’ kummerċ IUU (l-Artikolu 31(4) (a) tar-Regolament IUU)

    (153)

    Il-Kummissjoni stabbiliet, abbażi tal-informazzjoni miġjuba mil-listi ta’ bastimenti IUU tal-RFMOs (45), li hemm żewġ bastimenti IUU li jtajru l-bandiera tal-Ginea fil-listi IUU rilevanti (46). Dawk il-bastimenti huma DANIAA (ismu qabel kien CARLOS) u MAINE.

    (154)

    Il-Kummissjoni stabbiliet, abbażi tal-informazzjoni miġjuba mil-listi ta’ bastimenti IUU tal-RFMOs (47), li bastiment IUU wieħed fil-listi IUU rilevanti (RED, qabel kien jismu KABOU) kien itajjar il-bandiera tal-Ginea wara li ddaħħal f’dawn il-listi (48).

    (155)

    Barra dan, tliet bastimenti purse-seiner li jtajru l-bandiera tal-Ginea kienu qed jaqbdu speċijiet ta’ tonn mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-1 ta’ Ġunju 2011 fiż-żona tal-ICCAT mingħajr ma kellhom liċenzja internazzjonali tas-sajd mogħtija minn Stat tal-bandiera parti tal-ICCAT. L-uniċi liċenzji tas-sajd li kellhom dawk il-bastimenti matul dak il-perjodu jikkorrispondu ma’ liċenzji tas-sajd mogħtija mit-Togo għal attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tat-Togo, li la hu parti kontraenti u lanqas parti kooperatriċi tal-ICCAT. Barra dan, dawk il-bastimenti kienu qed joperaw fiż-żona tal-ICCAT mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-1 ta’ Ġunju 2011 mingħajr strumenti tal-VMS installati abbord bi ksur tar-Rakkomandazzjoni 03-14 tal-ICCAT. Wara li kienu saru talbiet uffiċjali nnotifikati mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet tal-Ginea skont l-Artikolu 26 tar-Regolament IUU fl-14 ta’ Marzu 2011, fis-26 ta’ Lulju 2011 u fl-20 ta’ Settembru 2011, f’April 2011 l-awtoritajiet tal-Ginea applikaw sanzjoni amministrattiva kontra dawk il-bastimenti fir-rigward tal-fatti ddikjarati f’din il-premessa u skont id-dispożizzjonijiet legali rilevanti tal-Gimea. Barra dan, skont l-informazzjoni disponibbli, ġew installati l-istrumenti tas-Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) abbord dawk il-bastimenti f’Ġunju 2011. Barra dan, it-tliet bastimenti għamlu trasbordi llegali ripetuti fuq il-baħar fiż-żona tal-ICCAT mill-1 ta’ Jannar 2010 sad-29 ta’ Mejju 2011 għal bastiment trasportatur li ma kienx imniżżel fir-Reġistru tal-ICCAT ta’ bastimenti trasportaturi (49) intitolati joperaw fiż-żona tal-ICCAT kif imsemmi fir-Rakkomandazzjoni 06-11 tal-ICCAT. Skont dik ir-Rakkomandazzjoni, purse seiners ma jistgħux iwettqu trasbordi fuq il-baħar ta’ speċijiet ta’ tonn fiż-żona tal-ICCAT. Il-Kummissjoni sabet li kienu qed isiru trasbordi rikorrenti fuq il-baħar bi ksur tar-Rakkomandazzjoni 06-11 tal-ICCAT minn Jannar 2010 sa Mejju 2011 b’aktar minn 30 trasbord bħal dawn iddokumenti li saru matul dak il-perjodu.

    (156)

    F’dan ir-rigward huwa mfakkar li, skont l-Artikolu 18(1) u (2) tal-UNFSA, l-Istat tal-bandiera huwa responsabbli vis-à-vis l-bastimenti tiegħu li joperaw fl-ibħra miftuħa. Il-Kummissjoni tqis li l-eżistenza ta’ bastimenti IUU fil-listi IUU tal-RFMOs li attwalment itajru l-bandiera tal-Ginea jew li kienu jtajru l-bandiera tal-Ginea wara li ddaħħlu f’dawn il-listi hija indikazzjoni ċara li l-Ginea naqset li twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha bħala Stat tal-bandiera skont id-dritt internazzjonali. Tabilħaqq, peress li għandha l-għadd imsemmi hawn fuq ta’ bastimenti IUU, il-Ginea naqset li teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha b’mod effikaċi, li tkun konformi mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs u li tiżgura li l-bastimenti tagħha ma jieħdu sehem f’ebda attività li timmina l-effikaċja ta’ miżuri bħal dawn.

    (157)

    Skont l-Artikolu 19(1) u (2) tal-UNFSA, l-Istat tal-bandiera jeħtieġlu jiżgura l-konformità mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu mar-regoli ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs. L-Istati tal-bandiera jeħtiġilhom ukoll imexxu investigazzjonijiet u proċedimenti ġudizzjarji bla telf ta’ żmien. L-Istat tal-bandiera għandu jiżgura wkoll sanzjonijiet adegwati, jiskoraġġixxi ripetizzjoni ta’ vjolazzjonijiet u jċaħħad lil ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mill-attivitajiet illegali tagħhom. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-eżistenza ta’ bastimenti IUU li kienu jtajru l-bandiera tal-Ginea fil-listi IUU tal-RFMOs turi sewwa n-nuqqas tal-Ginea li tħares l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 19(1) u (2) tal-UNFSA.

    (158)

    Barra dan, skont l-Artikolu 20 tal-UNFSA, l-Istati għandhom jikkooperaw jew direttament jew permezz tal-RFMOs biex jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ u infurzar tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs. Sett ta’ rekwiżiti speċifiċi msemmijin f’dak l-Artikolu jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati li jinvestigaw, jikkooperaw ma’ xulxin u jissanzjonaw l-attivitajiet tas-sajd IUU. Huwa previst ukoll li għall-bastimenti rrapportati li ħadu sehem f’attivitajiet li jimminaw l-effikaċja tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs, l-Istati jistgħu jużaw il-proċeduri tal-RFMOs biex jiskoraġġixxu bastimenti bħal dawn sa dak iż-żmien li fih tittieħed azzjoni xierqa mill-Istat tal-bandiera. F’dan ir-rigward, huwa nnutat li l-eżistenza ta’ bastimenti IUU li attwalment itajru jew li qabel kienu jtajru l-bandiera tal-Ginea (wara li kienu ddaħħlu fil-listi ta’ bastimenti IUU tal-RFMOs) li qegħdin fil-listi IUU tal-RFMOs u li għadhom qed iwettqu operazzjonijiet tas-sajd turi n-nuqqas tal-Ginea li tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-infurzar.

    (159)

    Huwa mfakkar ukoll li skont l-Artikolu 118 tal-UNCLOS, l-Istati għandhom jikkooperaw fil-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin fiż-żoni tal-ibħra miftuħa. F’dan ir-rigward l-eżistenza ta’ bastimenti IUU li attwalment itajru jew li qabel kienu jtajru l-bandiera tal-Ginea (wara li kienu ddaħħlu fil-listi ta’ bastimenti IUU tal-RFMOs) li qegħdin fil-listi IUU tal-RFMOs u li għadhom iwettqu operazzjonijiet tas-sajd turi sewwa n-nuqqas tal-Ginea li tissodisfa l-obbligi tagħha bħala Stat tal-bandiera. Tabilħaqq bastimenti tas-sajd IUU rikonoxxuti jimminaw il-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin.

    (160)

    In-nuqqas ta’ konformità tal-Ginea fir-rigward ta’ bastimenti IUU li jtajru l-bandiera tal-Ginea elenkati fil-listi tal-RFMOs huwa wkoll ksur tal-Artikolu 217 tal-UNCLOS li jesiġi li l-Istati tal-bandiera japplikaw sanzjonijiet speċifiċi ta’ infurzar biex jiżguraw il-konformità mar-regoli internazzjonali, jinvestigaw vjolazzjonijiet preżunti u jimponu sanzjonijiet b’mod adegwat għal kull vjolazzjoni.

    (161)

    L-eżistenza ta’ bastimenti IUU li attwalment itajru jew li qabel kienu jtajru (wara li kienu ddaħħlu fil-listi ta’ bastimenti IUU tal-RFMOs) il-bandiera tal-Ginea fil-listi IUU tal-RFMOs ukoll turi n-nuqqas ta’ ħila tal-Ginea li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet f’IPOA IUU. Il-punt 34 ta’ IPOA IUU jirrakkomanda li l-Istati jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd li jkunu intitolati jtajru l-bandiera tagħhom ma jiħdux sehem jew jappoġġjaw sajd IUU.

    (162)

    In-nuqqas tal-Ginea bħala Stat tal-bandiera li tissodisfa l-obbligi tagħha ta’ konformità u infurzar kif stabbiliti fl-Artikolu 19 tal-UNFSA huwa kkonfermat ukoll mill-informazzjoni miġbura matul il-missjoni f’Mejju 2011 u minn informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 25 tar-Regolament IUU. Kif spjegat fil-premessi (174) u (175), il-Kummissjoni stabbiliet li l-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħha kienu qed iwettqu attivitajiet rikorrenti ta’ sajd IUU. Din is-sitwazzjoni ġiegħlet li jinbdew proċeduri skont l-Artikoli 26 u 27 tar-Regolament IUU. Il-proċeduri skont l-Artikolu 27 bħalissa għadhom għaddejjin biex ikun stabbilit jekk l-attivitajiet tas-sajd IUU hux qed ikunu ssanzjonti b’mod adegwat li jiżgura l-konformità, jiskoraġġixxi l-vjolazzjonijiet u jċaħħad lil ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mill-attivitajiet illegali tagħhom.

    (163)

    Abbażi tal-informazzjoni miġbura matul il-missjoni li twettqet f’Mejju 2011, il-Kummissjoni żvelat li l-Ginea ma kinitx ħadet miżuri xierqa biex tipprevjeni, tikxef u tissanzjona attivitajiet rikorrenti tas-sajd IUU mwettqa mill-bastimenti tas-sajd li joperaw fl-ilmijiet tagħha. Tabilħaqq, l-informazzjoni disponibbli tikkonferma li minkejja li hemm informazzjoni biżżejjed biex ikunu nnotifikati vjolazzjonijiet imwettqa minn bastimenti tas-sajd barranin li joperaw fl-ilmijiet tal-Ginea, b’mod partikolari mir-rapporti tal-osservaturi u mir-rapporti tal-qbid, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea ma bdewx proċedimenti u ma ssanzjonawx lill-bastimenti kkonċernati. Barra dan, hemm indikazzjonijiet li d-dispożizzjonijiet ta’ ftehim Statali bejn il-Ginea u pajjiż barrani mhumiex infurzati sewwa mill-awtoritajiet tal-Ginea.

    (164)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u 31(4)(a) tar-Regolament IUU, li l-Ginea naqset li taqdi dawk li huma d-dmirijiet tagħha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera u kostali fir-rigward ta’ bastimenti IUU u ta’ sajd IUU imwettaq jew appoġġjat mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħha jew li joperaw fl-ilmijiet marittimi tagħha jew miċ-ċittadini tagħha, u li ma kinitx ħadet azzjoni suffiċjenti biex topponi s-sajd IUU dokumentat u ripetut minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha jew li joperaw fl-ilmijiet marittimi tagħha.

    9.2.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni u infurzar (l-Artikolu 31(5) tar-Regolament IUU)

    (165)

    Fir-rigward ta’ jekk il-Ginea tikkooperax b’mod effikaċi mal-Kummissjoni dwar l-investigazzjonijiet tas-sajd IUU u l-attivitajiet assoċjati, huwa nnutat li l-evidenza miġbura mill-Kummissjoni tindika li l-Ginea naqset li tissodisfa l-obbligi tagħha bħala Stat tal-bandiera kif stabbiliti mid-dritt internazzjonali.

    (166)

    F’dan ir-rigward issir referenza għas-sitwazzjoni fir-rigward tat-tliet bastimenti purse-seiner li jtajru l-bandiera tal-Ginea kif spjegat fil-premessa (154). F’dan il-kuntest huwa nnutat li meqjus li l-awtoritajiet tal-Ginea naqsu li jikkooperaw fil-qafas tal-Artikolu 26 tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura tal-Artikolu 27 ta’ dak ir-Regolament vis-à-vis l-operatur ikkonċernat.

    (167)

    Il-fatti deskritti fil-premessi (154) u (166) jindikaw li l-Ginea naqset li tieħu azzjoni ta’ infurzar bi tweġiba għal sajd IUU bħal dan wara li kienu saru talbiet rilevanti mill-Kummissjoni Ewropea.

    (168)

    Il-fatti deskritt fil-premessi (154) u (166) jindikaw li l-Ginea naqset li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 94(2)(b) tal-UNCLOS li jistipula li Stat tal-bandiera jassumi l-ġurisdizzjoni skont id-dritt intern tiegħu fuq kull vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu u fuq il-kaptan, l-uffiċjali u l-ekwipaġġ tiegħu. Barra dan, il-Ginea ma tissodisfax l-obbligi tagħha ta’ konformità u infurzar bħala Stat tal-bandiera stipulati fl-Artikolu 19 tal-UNFSA minħabba li naqset li turi li hija aġixxiet u operat skont ir-regoli dettaljati stabbiliti f’dak l-Artikolu.

    (169)

    Din is-sitwazzjoni tindika li l-Ginea naqset ukoll li tikkoopera u tikkoordina attivitajiet ma’ Stati oħra biex tippreveni, tiskoraġġixxi u telimina sajd IUU bil-mod stabbilit fil-punt 28 ta’ IPOA IUU. Il-Ginea wkoll naqset li tqis ir-rakkomandazzjonijiet fil-punt 24 ta’ IPOA IUU li jagħtu parir lill-Istati tal-bandiera li jiżguraw il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza komprensivi u effikaċi (MCS) tas-sajd minn meta jibda, sal-punt tal-ħatt l-art, sad-destinazzjoni finali, inkluż li jimplimentaw is-Sistema ta’ Monitoraġġ ta’ Bastimenti (VMS) skont l-istandards nazzjonali, reġjonali u internazzjonali rilevanti, inkluż ir-rekwiżit għal bastimenti fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jġorru VMS abbord. Bl-istess mod, il-Ginea naqset li tqis ir-rakkomandazzjonijiet fil-punt 45 ta’ IPOA IUU li jagħtu parir lill-Istati tal-bandiera li jiżguraw li kull bastiment intitolat li jtajjar il-bandiera tagħhom waqt li jkun qed jistad f’ilmijiet ‘il barra mis-sovranità jew mill-ġurisdizzjoni tagħhom ikollu awtorizzazzjoni valida biex jistad maħruġa mill-Istat tal-bandiera kkonċernat.

    (170)

    Il-Kummissjoni analizzat jekk il-Ginea kinitx ħadet miżuri effikaċi ta’ infurzar fir-rigward ta’ operaturi responsabbli għal sajd IUU u jekk kinux applikati sanzjonijiet ta’ severità suffiċjenti li jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mis-sajd IUU.

    (171)

    Huwa nnotat li l-evidenza disponibbli tikkonferma li l-Ginea ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali fir-rigward ta’ miżuri effikaċi ta’ infurzar. F’dan ir-rigward huwa mfakkar li hemm bastimenti fil-listi IUU tal-RFMOs li attwalment itajru l-bandiera tal-Ginea jew li kienu jtajru l-bandiera tal-Ginea wara li ddaħħlu f’dawn il-listi. L-eżistenza ta’ bastimenti IUU bħal dawn turi sewwa n-nuqqas tal-Ginea li tonora r-responsabbiltajiet tagħha vis-à-vis l-bastimenti tagħha li joperaw fl-ibħra miftuħa kif stabbilit fl-Artikolu 18(1) u (2) tal-UNFSA. Barra dan, dik is-sitwazzjoni hija wkoll indikazzjoni li l-Ginea mhix qed tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 19(1) tal-UNFSA li jistabbilixxi regoli għall-Istati tal-bandiera dwar il-konformità u l-infurzar. Il-prestazzjoni tal-Ginea f’din il-ħaġa wkoll mhijiex skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 19(2) tal-UNFSA li jistipula, fost l-oħrajn, li s-sanzjonijiet għandhom ikunu adegwati fis-severità u għandhom iċaħħdu lil ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mill-attivitajiet illegali tagħhom.

    (172)

    Barra dan il-prestazzjoni tal-Ginea fir-rigward ta’ miżuri effikaċi ta’ infurzar ukoll mhijiex skont ir-rakkomandazzjonijiet fil-punt 21 ta’ IPOA IUU li jagħtu parir lill-Istati li jiżguraw li s-sanzjonijiet għas-sajd IUU mill-bastimenti, u sakemm ikun l-aktar possibbli, miċ-ċittadini fil-ġurisdizzjoni tagħhom, ikunu ta’ severità suffiċjenti biex b’mod effikaċi jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU u jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu minn sajd bħal dan.

    (173)

    Matul il-missjoni li wettqet f’Mejju 2011, il-Kummissjoni osservat li hemm ħtieġa li jkunu eżaminati s-sanzjonijiet applikabbli fir-rigward ta’ vjolazzjonijiet, kif imsemmi fid-Digriet tal-Ginea D/97/017/PRG/SGG’ tad-19 ta’ Frar 1977. Il-Ginea kienet irriformat is-sistema ta’ sanzjonijiet tagħha billi adottat, fl-1 ta’ Marzu 2012, digriet ġdid li ħassar dak ta’ qablu (imsemmi hawn fuq f’din il-premessa) u żied il-livelli ta’ sanzjoni skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 19 tal-UNFSA. Madankollu, s’issa, ma hemm ebda informazzjoni konkreta dwar il-mod kif qed ikun applikat dan il-qafas legali ġdid.

    (174)

    F’dan ir-rigward, abbażi ta’ evidenza dokumentarja miġbura skont il-Kapitoli III u V tar-Regolament IUU, kien żvelat li t-tliet bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ginea msemmijin fil-premessa (166) li kienu joperaw fiż-żona tal-ICCAT mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-1 ta’ Ġunju 2011 mingħajr strumenti tal-VMS installati abbord bi ksur tar-Rakkomandazzjoni 03-14 tal-ICCAT, kienu qabdu mill-anqas 8 922 tunnellata ta’ speċijiet ta’ tonn (l-aktar tonn Palamit) fl-2010. Din is-sitwazzjoni ġiegħlet li jinbdew proċeduri skont l-Artikolu 26 u l-Artikolu 27 tar-Regolament IUU. Il-proċedura skont l-Artikolu 27 bħalissa għadha għaddejja.

    (175)

    Bl-istess mod, abbażi ta’ evidenza dokumentarja miġbura skont il-Kapitolu III u V tar-Regolament IUU, kien żvelat li t-tliet bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ginea msemmijin fil-premessa (166) kienu għamlu aktar minn 30 trasbord fuq il-baħar li jirrappreżentaw 14 200 tunnellata ta’ tonn minn Jannar 2010 sa Mejju 2011 bi ksur tar-Rakkomandazzjoni 06-11 tal-ICCAT. Din is-sitwazzjoni ġiegħlet li jinbdew proċeduri skont l-Artikolu 26 u l-Artikolu 27 tar-Regolament IUU. Il-proċedura skont l-Artikolu 27 bħalissa għadha għaddejja.

    (176)

    Matul il-missjoni li wettqet f’Mejju 2011, il-Kummissjoni osservat li minkejja li hemm informazzjoni biżżejjed biex ikunu nnotifikati vjolazzjonijiet imwettqa minn bastimenti tas-sajd barranin li joperaw fl-ilmijiet tal-Ginea, b’mod partikolari mir-rapporti tal-osservaturi u mir-rapporti tal-qbid, l-awtoritajiet kompetenti tal-Ginea kienu qed jonqsu milli jieħdu azzjoni minnufih biex jibdew proċedimenti u, fejn jixraq, jissanzjonaw lill-bastimenti kkonċernati. Skont l-Artikolu 62 tal-UNCLOS, Stat kostali għandu jippromwovi l-objettivi tal-aqwa utilizzazzjoni tar-riżorsi ħajjin fiż-ŻEE. Barra dan, iċ-ċittadini ta’ Stati oħra tas-sajd fiż-ŻEE għandhom ikunu konformi mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ma’ termini u kundizzjonijiet oħra stabbiliti fil-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat kostali. F’dan ir-rigward, il-prattiki amministrattivi osservati fil-Ginea mhumiex konsistenti mal-obbligi internazzjonali ta’ Stati kostali skont l-UNCLOS.

    (177)

    Skont l-Artikolu 20 tal-UNFSA, l-Istati għandhom jikkooperaw minnufih u mingħajr telf ta’ żmien biex jiżguraw il-konformità ma’ u l-infurzar tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni u jindirizzaw kull vjolazzjoni allegata.

    (178)

    Meħud kont tas-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni, huwa meqjus li l-proċeduri ta’ infurzar implimentati mill-Ginea bħala Stat kostali mhumiex konsistenti mal-UNFSA. Ir-raġuni hija li l-politika segwita mill-Ginea hija nieqsa mill-kooperazzjoni internazzjonali fil-pront fl-infurzar u, għaldaqstant, dan jimmina l-effikaċja ta’ kull miżura ta’ infurzar fir-rigward tal-operaturi responsabbli għas-sajd IUU.

    (179)

    Fir-rigward tal-istorja, in-natura, iċ-ċirkustanzi, id-dimensjoni u l-gravità tal-manifestazzjonijiet tas-sajd IUU li qed ikun ikkunsidrat, il-Kummissjoni qieset l-attivitajiet rikorrenti u ripetittivi ta’ sajd IUU minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ginea sal-2012.

    (180)

    Fir-rigward tal-kapaċità eżistenti tal-Ginea bħala pajjiż li qed jiżviluppa, għandu jitqies li, skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (50), il-Ginea titqies bħala pajjiż ta’ żvilupp baxx tal-bniedem (il-178 minn 187 pajjiż). Dan huwa kkonfermat ukoll mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 fejn il-Ginea hija elenkata fil-kategorija ta’ pajjiżi l-anqas żviluppati. F’dan ir-rigward, il-limitazzjonijiet tal-kapaċità finanzjarja u amministrattiva tal-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitqiesu bħala fattur wieħed li jimmina l-ħila tal-Ginea li taqdi d-dmirijiet tagħha ta’ kooperazzjoni u infurzar. Madankollu, għandu jitqies li l-kapaċità amministrattiva tal-Ginea ssaħħet dan l-aħħar b’għajnuna finanzjarja u teknika mill-Unjoni tul dawn l-aħħar 3 snin fil-qafas tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd li daħal fis-seħħ fl-2009 (51), u bi programm ta’ għajnuna teknika fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU (52).

    (181)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u 31(5) tar-Regolament IUU, li l-Ginea naqset milli taqdi dawk li huma d-dmirijiet tagħha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-isforzi tal-infurzar.

    9.3.   Nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ regoli internazzjonali (l-Artikolu 31(6) tar-Regolament IUU)

    (182)

    Il-Ginea rratifikat l-UNCLOS u l-UNFSA. Barra dan, il-Ginea hija membru Kontraenti tal-IOTC u l-ICCAT.

    (183)

    Il-Kummissjoni analizzat kull informazzjoni meqjusa rilevanti fir-rigward tal-istatus tal-Ginea bħala Membru Kontraenti tal-IOTC u l-ICCAT.

    (184)

    Il-Kummissjoni analizzat ukoll kull informazzjoni meqjusa rilevanti fir-rigward tal-ftehim tal-Ginea biex tapplika l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-ICCAT u l-IOTC.

    (185)

    Huwa mfakkar li l-ICCAT kienet ħarġet ittra ta’ Identifikazzjoni lill-Ginea dwar in-nuqqasijiet tagħha ta’ rapportar fl-2010 (53). Tabilħaqq fl-ittra ta’ Identifikazzjoni tagħha l-Ginea kienet identifikata għan-nuqqas tagħha li tikkonforma mal-obbligu tagħha li tikkomunika statistika kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni 05-09 tal-ICCAT. Fl-istess ittra l-ICCAT ġabet għall-attenzjoni l-fatt li l-Ginea ma kinitx tat id-dejta u l-informazzjoni kollha meħtieġa bħar-Rapport Annwali, it-tabelli ta’ konformità, id-dejta dwar l-Inkarigu I (statistika b’referenza għall-flotta) u l-Inkarigu II (daqs tal-qabdiet), l-informazzjoni b’rabta ma’ miżuri ta’ ġestjoni għall-bastimenti għall-qbid tat-tonn bil-konz fuq skala kbira, ir-rapport dwar il-miżuri interni għal bastimenti ta’ aktar minn 20 metru tul – dawn ma kinux trażmessi lis-Segretarjat tal-ICCAT. Ir-rekwiżiti rilevanti huma pprovduti f’sett ta’ riżoluzzjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT elenkati fil-premessi (188) u (190). Huwa wkoll rilevanti li jkun innotat li l-Ginea kienet identifikata mill-ICCAT fl-2009; l-identifikazzjoni nżammet fis-seħħ fl-2010 u fl-2011.

    (186)

    Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-informazzjoni disponibbli mill-ICCAT dwar il-konformità tal-Ginea mar-regoli u l-obbligi ta’ rapportar tal-ICCAT. Għal dan il-Kummissjoni użat it-Tabelli ta’ Sommarju ta’ Konformità tal-2010 tal-ICCAT (54), kif ukoll it-Tabelli ta’ Sommarju ta’ Konformità tal-2011 ta’l-CCAT (55).

    (187)

    Fir-rigward tal-2010, il-Ginea ma bagħtitx: ir-Rapporti Annwali u Statistika, l-informazzjoni b’referenza għal miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni u tabelli ta’ konformità. Barra dan, il-Ginea naqset li tirrapporta lill-ICCAT l-azzjonijiet meħudin fir-rigward ta’ bastiment wieħed fil-lista IUU tal-ICCAT.

    (188)

    B’mod partikolari, skont l-informazzjoni disponibbli, fl-2010 l-Ginea ma bagħtitx lill-ICCAT informazzjoni dwar: ir-Rapporti Annwali (Xjentifiċi) (ipprovduti għall-Konvenzjoni tal-ICCAT, għar-Riżoluzzjoni 01-06 u għar-Referenza 04-17), ir-Rapporti Annwali (il-Kummissjoni tal-ICCAT (ipprovduti għall-Konvenzjoni tal-ICCAT, għar-Riżoluzzjoni 01-06 u għar-Referenza 04-17), is-Sottomissjoni ta’ Miżuri fil-Kummerċ ta’ importazzjonijiet u dejta dwar il-ħatt l-art (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 06-13), id-Dikjarazzjonijiet dwar it-trasbordi (fuq il-baħar) (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 06-11), ir-Rapporti dwar it-trasbordi (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 06-11), id-Dejta dwar in-nuqqas ta’ Konformità (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 08-09), ir-Rapporti dwar l-azzjonijiet interni għal bastimenti ta’ 20 m (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 02-22/09-08), il-Lista annwali ta’ bastimenti għall-alonga (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 98-08), il-Lista ta’ bastimenti Mediterranju-SWO (pixxispad) (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 09-04/09-08), l-Istandard ta’ Ġestjoni għal Bastimenti tas-Sajd bil-Konz għat-Tonn fuq Skala Kbira (LSTLV) (ipprovdut għar-Rakkomandazzjoni 01-20), in-Noleġġ ta’ bastimenti (ipprovdut għar-Rakkomandazzjoni 02-21), il-Bastimenti involuti f’sajd IUU (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 09-10), ir-Rapporti dwar allegazzjonijiet IUU (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 09-10), l-Ilmieħ ta’ bastimenti (ipprovduti għar-Riżoluzzjoni 94-09), ir-Rapporti dwar l-ispezzjonijiet fil-port (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 97-10), id-Dejta minn programmi ta’ dokumenti tal-istatistika tal-ICCAT (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 01-21 u għar-Rakkomandazzjoni 01-22), is-Siġilli u l-firem ta’ validazzjoni għad-Dokumenti dwar ill-Qbid tat-tonn (BCD) (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 08-12/09-11), il-Punti ta’ kuntatt għall-BCD (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 08-12/09-11), il-Leġiżlazzjoni dwar il-BCD (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 08-12/09-11), is-Sommarju dwar it-twaħħil ta’ lametti għall-BCD (ipprovdut għar-Rakkomandazzjoni 08-12/09-11), id-Dokumenti dwar il-qbid tat-tonn (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 08-12/09-11), ir-Rapport Annwali dwar il-BCD (ipprovdut għar-Rakkomandazzjoni 08-12/09-11), il-Konformità mal-għeluq staġjonali għal med SWO (pixxispad) (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 09-04), il-Proċedura interna għall-konformità ma’ żoni/staġuni magħluqa fil-Golf tal-Ginea (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 09-04), it-tabelli ta’ konformità (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 98-14), is-sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar it-Tonn tal-Atlantiku tal-Grigal u tal-Mediterran (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 06-07, għar-Rakkomandazzjoni 08/05 u 09-11).

    (189)

    Fir-rigward tal-2011, il-Ginea ma bagħtitx: ir-Rapport Annwali, id-Dejta dwar l-Inkarigu I b’rabta ma’ karatteristiċi tal-flotta u d-Dejta dwar l-Inkarigu II (daqs tal-qabdiet), l-informazzjoni b’referenza għall-Miżuri ta’ Konservazzjoni u Ġestjoni dwar bastimenti ta’ aktar minn 20 metru tul u t-tabelli ta’ konformità. Barra dan, il-Ginea naqset li tirrapporta lil-ICCAT l-azzjonijiet meħudin fir-rigward ta’ bastiment wieħed fil-lista IUU tal-ICCAT.

    (190)

    B’mod partikolari, skont l-informazzjoni disponibbli, fl-2011 il-Ginea ma bagħtitx lill-ICCAT informazzjoni dwar: ir-Rapporti Annwali (Xjentifiċi) (ipprovduti għall-Konvenzjoni tal-ICCAT, għar-Riżoluzzjoni 01-06 u għar-Referenza 04-17), ir-Rapporti Annwali (il-Kummissjoni tal-ICCAT) (ipprovduti għall-Konvenzjoni tal-ICCAT, għar-Riżoluzzjoni 01-06 u għar-Referenza 04-17), id-Dikjarazzjonijiet dwar it-trasbord (fuq il-baħar) (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 06-11), ir-Rapporti dwar it-trasbord (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 06-11), il-Bastimenti (trasportaturi) tat-trasbord (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 06-11), il-Bastimenti akbar minn 20 m tul (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 09-08), ir-Rapporti dwar l-azzjonijiet interni għal bastimenti ta’ 20 m (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 02-22/09-08), il-Lista annwali ta’ bastimenti għall-alonga (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 98-08), l-Istandard ta’ ġestjoni għal Bastimenti tas-Sajd bil-Konz għat-Tonn fuq Skala Kbira (LSTLV) (ipprovdut għar-Rakkomandazzjoni 01-20), in-Noleġġ ta’ bastimenti (ipprovdut għar-Rakkomandazzjoni 02-21), l-Approċċ alternattiv ta’ monitoraġġ xjentifiku (ipprovdut għar-Rakkomandazzjoni 10-10), il-Proċedura interna għall-konformità ma’ żoni/staġuni magħluqa fil-Golf tal-Ginea (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 09-04), it-tabelli ta’ konformità (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 98-14), is-sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar Tonn tal-Atlantiku tal-Grigal u tal-Mediterran (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 06-07, għar-Rakkomandazzjoni 08/05 u 09-11).

    (191)

    Barra dan, kien żvelat għadd ta’ elementi matul il-missjoni li l-Kummissjoni wettqet fil-Ginea f’Mejju 2011. Waqt li għandhom jitwaħħlu strumenti tas-Sistema ta’ Monitoraġġ ta’ Bastimenti (VMS) abbord il-bastimenti li joperaw f’żona tal-ICCAT (skont ir-Rakkomandazzjoni 03-14 tal-ICCAT), matul dik il-missjoni kien żvelat li s-sistema tal-VMS fiċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd ma kinitx qed tiffunzjona. Abbażi ta’ każijiet konkreti, kien żvelat li, għall-2010 kienet parzjalment disponibbli dejta storika. Minħabba problemi tekniċi, is-sistema tal-VMS ma setgħet la tintuża għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-bastimenti tal-Ginea li joperaw fl-ibħra miftuħa, u lanqas għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd barranin li joperaw fl-ilmijiet tal-Ginea.

    (192)

    Bl-istess mod, matul il-missjoni li l-Kummissjoni wettqet f’Mejju 2011 kien żvelat li l-Ginea ma kinitx qed twettaq monitoraġġ tal-operazzjonijiet tat-trasbord fuq il-baħar ta’ purse seiners li jtajru l-bandiera tagħha u li joperaw fiż-żona tal-ICCAT. F’dan ir-rigward il-vjolazzjonijiet rikorrenti tar-Rakkomandazzjoni 06-11 tal-ICCAT kienu saħansitra awtorizzati mill-awtoritajiet tal-Ginea li kienu vvalidaw 22 ċertifikat tal-qbid li jsemmu t-trasbordi fuq il-baħar magħmulin minn tliet (3) purse seiners tal-Ginea li kienu qed joperaw fiż-żona tal-ICCAT.

    (193)

    Barra dan, matul il-missjoni li l-Kummissjoni wettqet f’Mejju 2011 kien osservat li l-mezzi operazzjonali u finanzjarji biex jitmexxew l-operazzjonijiet ta’ sorveljanza fuq il-baħar ma kinux suffiċjenti biex jiżguraw il-monitoraġġ effiċjenti tal-attivitajiet imwettqa minn bastimenti tas-sajd barranin fl-ilmijiet tal-awtoritajiet tal-Ginea. Kien osservat ukoll li diversi dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tas-Sajd tal-Ginea ma kinux implimentati u infurzati mill-awtoritajiet tal-Ginea. Dawk id-dispożizzjonijiet, li għandhom x’jaqsmu mal-obbligu li l-ġurnali ta’ abbord tas-sajd ikunu kkomunikati wara kull kampanja tas-sajd u mal-obbligu li t-trasbordi jsiru biss f’port kif ipprovdut fil-“Plan de pêche” tal-Ginea, ma kinux implimentati u infurzati mill-awtoritajiet tal-Ginea. Għaldaqstant, l-omissjoni tal-awtoritajiet tal-Ginea li jinfurzaw dawk id-dispożizzjonijiet naqqset l-effikaċja tal-liġijiet u tar-regolamenti applikabbli.

    (194)

    Matul il-missjoni li wettqet f’Mejju 2011, il-Kummissjoni osservat ukoll li minkejja l-mezzi ta’ Monitoraġġ, Kontroll u Sorveljanza, u minkejja l-konsulenza xjentifika rilevanti biex ikun determinat il-qbid permissibbli ta’ riżorsi ħajjin fiż-ŻEE tagħha (ma kienet saret ebda valutazzjoni diretta ta’ stokkijiet mill-2009 ‘l hawn), il-Ginea ħarġet awtorizzazzjonijiet għas-sajd għal aktar minn 60 bastiment tas-sajd barrani fl-2010 u għal 56 bastiment bħal dawn f’Ġunju 2011. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-awtoritajiet tal-Ginea li joħorġu dawk l-awtorizzazzjonijiet naqqset l-effikaċja tal-liġijiet u tar-regolamenti applikabbli.

    (195)

    Il-Kummissjoni analizzat ukoll informazzjoni disponibbli mill-IOTC dwar il-konformità tal-Ginea mar-regoli u l-obbligi tar-rapportar tal-IOTC. L-IOTC kkaratterizzat il-livell ġenerali ta’ implimentazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-IOTC mill-Ginea fl-2011 kif ġej: “Nuqqas ġenerali ta’ konformità mal-miżuri tal-IOTC u tweġiba” u “ebda rapport ta’ implimentazzjoni u ma kinitx preżenti biex tiddiskuti l-kwistjoni ta’ konformità”. Għall-2012, l-IOTC kkaratterizzat il-kwistjoni identifikata ta’ nuqqas ta’ konformità għall-Ginea kif ġej: “Nuqqas ġenerali ta’ konformità mal-miżuri tal-IOTC u tweġiba” (56).

    (196)

    Ir-Rapport ta’ Konformità (57) maħruġ mill-IOTC għall-Ginea fl-2011 tefa’ l-attenzjoni fuq ħafna punti ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward tar-rapporti annwali, ir-rapportar dwar il-lista ta’ bastimenti attivi li l-mira tagħhom kienet li jaqbdu t-tonn u l-pixxispad (ir-Riżoluzzjoni 09/02), il-monitoraġġ ta’ bastimenti domestiċi u r-rapportar dwar lista ta’ bastimenti attivi (ir-Riżoluzzjoni 09/02), sistema VMS f’postha minħabba li ma kienet irrapportata ebda informazzjoni (ir-Riżoluzzjoni 06/03), ir-rapportar dwar il-qbid, il-qbid inċidentali u d-dejta dwar l-isforzi (ir-Riżoluzzjoni 10/02), l-iskema reġjonali tal-osservatur minħabba li ma kienet ingħatat ebda informazzjoni dwar il-livell ta’ implimentazzjoni (ir-Riżoluzzjoni 10/04), ir-reġistrazzjoni tal-qbid mill-bastimenti tas-sajd minħabba li ma kienet ingħatat ebda informazzjoni dwar il-livell ta’ implimentazzjoni (ir-Riżoluzzjoni 10/03), it-tnaqqis fil-qbid inċidentali tal-għasafar tal-baħar b’kaċċa bil-konz minħabba li ma kienet irrapportata ebda informazzjoni (ir-Riżoluzzjoni 10/06), il-livell ta’ parteċipazzjoni fl-IOTC.

    (197)

    Ir-Rapport ta’ Konformità (58) maħruġ minll-IOTC għall-Ginea fl-2012 tefa’ l-attenzjoni fuq ħafna punti ta’ nuqqas ta’ konformità f’termini tar-rapporti annwali, l-immarkar tal-bastimenti, l-immarkar tal-irkapti u tal-ġurnali ta’ abbord minħabba li ma ngħatat ebda informazzjoni dwar dawn il-punti (ir-Riżoluzzjoni 01/02), il-komunikazzjoni ta’ miżuri legali u amministrattivi għall-implimentazzjoni tal-għeluq taż-żona (ir-Riżoluzzjoni 10/01), ir-rapportar dwar lista ta’ bastimenti attivi (ir-Riżoluzzjoni 10/08), ir-rapportar dwar il-lista ta’ bastimenti attivi li għandhom fil-mira t-tonn u l-pixxispad (ir-Riżoluzzjoni 09/02), il-monitoraġġ ta’ bastimenti domestiċi u r-rapportar dwar lista ta’ bastimenti attivi (ir-Riżoluzzjoni 09/02), l-implimentazzjoni tal-VMS għal bastimenti ta’ aktar minn 15-il metru tul minħabba li ma kienet irrapportata ebda informazzjoni (ir-Riżoluzzjoni 06/03), ir-rekwiżiti ta’ statistika (ir-Riżoluzzjoni 10/02), l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u qbid inċidentali ta’ speċijiet mhux tal-IOTC, l-iskema reġjonali tal-osservatur minħabba li ma ngħatat ebda informazzjoni dwar il-livell ta’ implimentazzjoni (ir-Riżoluzzjoni 10/04).

    (198)

    In-nuqqas tal-Ginea li tipprovdi lill-ICCAT u lill-IOTC l-informazzjoni msemmija fil-premessi (185) sa (197) turi n-nuqqas tal-Ginea li tissodisfa l-obbligi tagħha bħala Stat tal-bandiera stabbiliti fl-UNCLOS u fl-UNFSA.

    (199)

    In-nuqqasijiet żvelati mill-missjoni f’Mejju 2011 u msemmija fil-premessi (191) sa (194) jipprovdu aktar evidenza tan-nuqqas tal-Ginea li tissodisfa l-obbligi tagħha bħala Stat tal-bandiera stabbiliti fl-UNFSA.

    (200)

    Tabilħaqq in-nuqqas li tingħata informazzjoni dwar il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni, il-kwoti u l-limiti tal-qbid u r-rapporti annwali u l-istatistika jimmina l-ħila tal-Ginea li tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 117 u l-Artikolu 118 tal-UNCLOS li jistipulaw id-dmirijiet tal-Istati li jadottaw miżuri għaċ-ċittadini rispettivi tagħhom għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-ibħra miftuħa u li jikkooperaw dwar miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni għar-riżorsi ħajjin fiż-żoni tal-ibħra miftuħa.

    (201)

    Il-prestazzjoni tal-Ginea kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni hija bi ksur tar-rekwiżiti tal-Artikolu 18(3) tal-UNFSA.

    (202)

    Minħabba n-nuqqas tagħha li tikkontrolla l-bastimenti fl-ibħra miftuħa skont ir-regoli ta-RFMOs u n-nuqqas tagħha li tiżgura l-konformità tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, il-Ginea qed taġixxi bi ksur tal-Artikolu 18(3)(a) tal-UNFSA li jesiġi li l-Istati li l-bastimenti tagħhom jistadu fl-ibħra miftuħa jieħdu miżuri ta’ kontroll biex jiżguraw li dawk il-bastimenti jkunu konformi mar-regoli tal- RFMOs.

    (203)

    Il-Ginea mhijiex konformi mar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni u r-rapportar f’waqtu tal-Artikolu 18(3)(e) tal-UNFSA minħabba n-nuqqas tagħha li tibgħat lill-ICCAT informazzjoni dwar ir-rapporti annwali, l-Inkarigu I (karatteristiċi tal-flotta), ir-rapporti dwar l-azzjonijiet interni għal bastimenti itwal minn 20 m, it-tabelli ta’ konformità u l-informazzjoni b’rabta mal-miżuri ta’ ġestjoni għall-bastimenti għall-qbid tat-tonn bil-konz fuq skala kbira.

    (204)

    Barra dan, il-Ginea ma tissodisfax l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 18(3), (f) u (i) u l-Artikolu 18(4) tal-UNFSA minħabba n-nuqqas tagħha li tirrapporta lill-IOTC dejta relatata mal-qbid, dejta dwar programmi nazzjonali għall-osservaturi, il-lista ta’ bastimenti attivi u l-qbid, il-qbid inċidentali u dejta dwar l-isforzi.

    (205)

    Il-Ginea ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18(3)(g) tal-UNFSA meqjusal-informazzjoni miġbura matul il-missjoni f’Mejju 2011 dwar il-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tal-Ginea għall-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza, in-nuqqas tal-Ginea li tirrapporta lill-IOTC dwar l-implimentazzjoni tal-VMS u n-nuqqas osservat ta’ implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT (ir-Riżoluzzjoni 10/02) dwar is-sorveljanza bil-VMS tal-bastimenti li joperaw fiż-żona tal-ICCAT.

    (206)

    Il-prestazzjoni tal-Ginea kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni hija bi ksur tar-rekwiżiti tal-UNCLOS fir-rigward tal-Istati kostali.

    (207)

    Skont l-Artikolu 61 tal-UNCLOS, l-Istat kostali għandu jiddetermina l-qbid permissibbli tar-riżorsi ħajjin fiż-ŻEE tiegħu. L-Istat kostali, meqjusal-aħjar evidenza xjentifika, għandu jiżgura permezz ta’ miżuri xierqa ta’ konservazzjoni u ġestjoni li ż-żamma tar-riżorsi ħajjin fiż-ŻEE ma tisfax fil-periklu ta’ esplojtazzjoni eċċesiva. F’dan ir-rigward, in-nuqqas ta’ valutazzjoni diretta tal-istokkijiet tas-sajd fil-Ginea mill-2009 ‘l hawn, in-nuqqas ta’ infurzar tar-regoli applikabbli f’termini ta’ komunikazzjoni tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd u tat-trasbordi fuq il-baħar, u n-nuqqas li jinbdew proċedimenti jew li jkunu applikati sanzjonijiet meta jinkixfu vjolazzjonijiet, mhumiex konsistenti mal-obbligi internazzjonali tal-Istati kostali skont l-UNCLOS.

    (208)

    In-nuqqas ta’ kooperazzjoni internazzjonali effikaċi f’azzjonijiet ta’ infurzar relatati mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni, kif spjegat fil-premessa (175), juri li l-Ginea qed tonqos milli tkun konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 61 u l-Artikolu 62 tal-UNCLOS. Għall-istess raġuni, il-Ginea naqset bħala Stat kostali li tqis ir-rakkomandazzjonijiet fil-punt 51 ta’ IPOA IUU li jagħtu parir lill-Istati kostali li jimplimentaw miżuri biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw s-sajd IUU fiż-ŻEE. Fost dawk il-miżuri li l-Istati kostali għandhom iqisu hemm il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza effikaċi tal-attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE, biex ikun żgurat li t-trasbordi fuq il-baħar fl-ilmijiet kostali tal-Istat ikunu awtorizzati mill-Istat kostali, jew li jitwettqu b’konformità mar-regolamenti ta’ ġestjoni xierqa u r-regolamentazzjoni ta’ aċċess għas-sajd fl-ilmijiet tiegħu b’mod li jgħin għall-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u l-eliminazzjoni ta’ sajd IUU.

    (209)

    Għandu jkun innotat ukoll li, kuntrarju għar-rakkomandazzjonijiet fil-punti 25, 26 u 27 ta’ IPOA IUU, il-Ginea ma żviluppatx Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali kontra s-sajd IUU.

    (210)

    Fl-aħħar nett, matul il-missjoni li wettqet f’Mejju 2011, il-Kummissjoni osservat li l-liġi tal-Ginea tipprovdi għall-possibbiltà li tingħata reġistrazzjoni temporanja taħt il-bandiera tal-Ginea bil-possibbiltà li din ir-reġistrazzjoni temporanja tiġġedded kull 6 xhur mingħajr limitu. Barra dan, dik il-possibbiltà ma tkunx soġġetta għall-kundizzjoni tas-soltu li titħassar ir-reġistrazzjoni taħt il-bandiera ta’ qabel, u ma tkunx timplika identifikazzjoni attwali tas-sid benefiċjarju tal-bastiment. Fil-fatt, l-amministrazzjoni tal-Ginea żżomm biss reġistrazzjoni tal-identità tar-rappreżentant tal-Ginea tal-bastiment fil-Ginea. F’dan ir-rigward għandu jkun innutat li l-importanza ta’ azzjonijiet effikaċi vis-à-vis s-sidien benefiċjarji hija kkonfermata mid-dokumentazzjoni rilevanti tal-FAO u tal-OECD li tenfasizza l-importanza ta’ informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji fil-ġlieda kontra attivitajiet illeċiti (59) u l-ħtieġa li jkun hemm reġistrazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd u tal-proprjetà benefiċjarja (60). Dik il-prattika amministrattiva, li tista’ tattira operaturi IUU għar-reġistrazzjoni ta’ bastimenti IUU, mhijiex konformi mal-Artikolu 94 tal-UNCLOS.

    (211)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u (6) tar-Regolament IUU, li l-Ginea naqset li taqdi dawk li huma d-dmirijiet tagħha skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tar-regoli, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni internazzjonali.

    9.4.   Limitazzjonijiet speċifiċi ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw

    (212)

    Huwa mfakkar li, skont l-indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (61), il-Ginea titqies bħala pajjiż ta’ żvilupp baxx tal-bniedem (il-178 minn 187 pajjiż). Dan huwa kkonfermat ukoll mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 fejn il-Ginea hija elenkata fil-kategorija ta’ pajjiżi l-anqas żviluppati. Meqjusal-gradazzjoni tal-Ginea, il-Kummissjoni analizzat jekk l-informazzjoni miġbura setgħetx ikollha rabta mal-limitazzjonijiet speċifiċi tagħha bħala pajjiż li qed jiżviluppa.

    (213)

    Għandu jkun innutat li n-notifika tal-Ginea bħala Stat tal-bandiera kienet aċċettata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament IUU fl-1 ta’ Jannar 2010. Il-Ginea, għaldaqstant, ikkonfermat, kif jiddikjara l-Artikolu 20(1) tar-Regolament IUU, li hija għandha l-arranġamenti nazzjonali lesti għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li magħhom għandhom ikunu konformi l-bastimenti tas-sajd tagħha.

    (214)

    Il-Kummissjoni għarrfet lill-Ginea dwar d-diversi nuqqasjiet li hija kienet sabet matul iż-żewġ missjonijiet li wettqet. Il-Kummissjoni fittxet li tikseb il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet tal-Ginea u l-progress fl-azzjonijiet korrettivi fir-rigward tan-nuqqasijiet li sabet. S’issal-Ginea naqset li tieħu azzjonijiet korrettivi konkreti u li tilħaq żviluppi pożittivi biex tirranġa n-nuqqasijiet stabbiliti ħlief fir-rigward tar-reviżjoni reċenti tas-sistema tagħha ta’ sanzjonijiet (Digriet tal-1 ta’ Marzu 2012) li għandha l-għan li tistabbilixxi sanzjonijiet f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 19 tal-UNFSA.

    (215)

    Barra dan, il-kapaċità amministrattiva tal-Ginea reċentement issaħħet b’għajnuna finanzjarja u teknika mill-Unjoni mogħtija fis-snin l-imgħoddija. Dik l-għajnuna kellha x’taqsam mal-Ftehim dwar Sħubija fis-Sajd bejn l-Unjoni u l-Ginea li kien implimentat għal sena waħda fl-2009, u ma’ għajnuna teknika mogħtija fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU fl-2012 (62).

    (216)

    Il-Kummissjoni, għalhekk, qieset il-limitazzjonijiet ta’ żvilupp tal-Ginea u offriet żmien biżżejjed biex il-Ginea timplimenta azzjonijiet biex tirranġa n-nuqqas tagħha ta’ konformità mal-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali b’mod koerenti, effikaċi u li ma jagħmilx ħsara.

    (217)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(7) tar-Regolament IUU, li l-istatus ta’ żvilupp tal-Ginea jista’ jiddgħajjef mil-livell tagħha ta’ żvilupp. Iżda, meqjusin in-natura tan-nuqqasijiet stabbiliti tal-Ginea, l-għajnuna mogħtija mill-Unjoni u l-azzjonijiet meħudin biex titranġa s-sitwazzjoni, il-livell ta’ żvilupp ta’ dak il-pajjiż ma jistax ikun ta’ skuża għalkollox jew xort’oħra ta’ ġustifikazzjoni għall-prestazzjoni globali tal-Ginea bħala l-Istat tal-bandiera jew kostali fir-rigward tas-sajd u għall-insuffiċjenza tal-azzjoni tagħha biex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU.

    10.   PROĊEDURA FIR-RIGWARD TAR-REPUBBLIKA TAL-PANAMA

    (218)

    In-notifika tar-Repubblika tal-Panama (il-Panama) bħala Stat tal-bandiera kienet aċċettata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament IUU fit-3 ta’ Frar 2010.

    (219)

    Mill-21 sal-25 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-EFCA, wettqet missjoni fil-Panama fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU.

    (220)

    Il-missjoni fittxet li tivverifika informazzjoni dwar arranġamenti tal-Panama għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li magħhom għandhom ikunu konformi l-bastimenti tas-sajd tiegħu, dwar il-miżuri meħudin mill-Panama biex jimplimenta l-obbligi tiegħu fil-ġlieda kontra s-sajd IUU u biex jissodisfa r-rekwiżiti u l-punti tiegħu li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-qbid tal-Unjoni.

    (221)

    Ir-rapport finali tal-missjoni ntbagħat lill-Panama fid-29 ta’ Novembru 2010.

    (222)

    Mit-13 sas-16 ta’ April 2011 twettqet missjoni sussegwenti tal-Kummissjoni lill-Panama biex issegwi l-azzjonijiet meħudin fl-ewwel missjoni.

    (223)

    Il-kummenti tal-Panama dwar ir-rapport finali tal-missjoni waslu fl-10 ta’ Mejju 2011.

    (224)

    Il-Panama ssottometta kummenti addizzjonali bil-miktub fil-15 ta’ April 2011, fit-12 ta’ Novembru 2011 u fil-5 ta’ Jannar 2012. Huwa ta wkoll tweġibiet bil-fomm matul laqgħat li saru fi Brussell fit-18 ta’ Lulju 2011, fil-21 ta’ Settembru 2011, fit-13 ta’ Ottubru 2011, fl-14 ta’ Ottubru 2011, fit-23 ta’ Novembru 2011, fis-6 ta’ Marzu 2012 u fl-20 ta’ Ġunju 2012.

    (225)

    Il-Panama huwa Parti Kontraenti tal-IATTC, l-ICCAT u huwa Kooperatur mhux Membru tad-WCPFC. Il-Panama rratifika l-UNCLOS u l-UNFSA.

    (226)

    Biex tevalwa l-konformità tal-Panama mal-obbligi internazzjonali tiegħu bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali imsemmija fil-premessa (225) u stabbiliti mill-RFMOs rilevanti msemmija fil-premessi (225) u (227), il-Kummissjoni kisbet u analizzat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għall-fini ta’ eżerċizzju bħal dan.

    (227)

    Il-Kummissjoni użat l-informazzjoni li toħroġ mid-dejta disponibbli ppubblikata mill-ICCAT, is-CCAMLR, id-WCPFC, in-NEAFC, in-NAFO u s-SEAFO jew fl-għamla ta’ Rapporti ta’ Konformità jew fl-għamla ta’ listi ta’ bastimenti IUU, kif ukoll informazzjoni disponibbli pubblikament miġjuba mir-Rapport ta’ NMFS.

    11.   IL-POSSIBBILTÀ LI L-PANAMA JIĠI IDENTIFIKAT BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

    (228)

    Skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni analizzat id-dmirijiet tal-Panama bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq. Għall-fini ta’ dan l-eżami l-Kummissjoni qieset il-parametri elenkati fl-Artikolu 31(4) sa (7) tar-Regolament IUU.

    11.1.   Rikorrenza ta’ bastimenti IUU u flussi ta’ kummerċ IUU (l-Artikolu 31(4) (a) tar-Regolament IUU)

    (229)

    Il-Kummissjoni stabbiliet, abbażi tal-informazzjoni miġjuba mil-listi ta’ bastimenti IUU tal-RFMOs (63) li kien hemm għadd ta’ bastimenti IUU li jtajru l-bandiera tal-Panama fil-listi IUU rilevanti (64). Dawk il-bastimenti huma Alboran II (ismu qabel kien White Enterprise), Challenge (l-ismijiet tiegħu qabel kienu: Mila/Perseverance), Eros Dos (ismu qabel kien Furabolos), Heavy Sea (l-ismijiet tiegħu qabel kienu: Duero/Keta), Iannis 1, Red (ismu qabel kien Kabou), Senta (ismu qabel kien Shin Takara Maru) u Yucatan Basin (l-ismijiet tiegħu qabel kienu: Enxembre/Fonte Nova).

    (230)

    Il-Kummissjoni stabbiliet abbażi tal-informazzjoni miġjuba mil-listi ta’ bastimenti IUU tal-RFMOs (65) li għadd ta’ bastimenti IUU fil-listi IUU rilevanti kienu jtajru l-bandiera tal-Panama wara li ddaħħlu f’dawn il-listi (66). Dawk il-bastimenti huma Lila No 10, Melilla No 101, Melilla No 103, No 101 Gloria (ismu qabel kien Golden Lake), Sima Qian Baru 22 (l-ismijiet tiegħu qabel kienu: Corvus/Galaxy), Tching Ye No 6, Xiong Nu Baru 33 (l-ismijiet tiegħu qabel kienu: Draco-1, Liberty).

    (231)

    F’dan ir-rigward huwa mfakkar li, skont l-Artikolu 18(1) u (2) tal-UNFSA, l-Istat tal-bandiera huwa responsabbli vis-à-vis l-bastimenti tiegħu li joperaw fl-ibħra miftuħa. Il-Kummissjoni tqis li l-eżistenza ta’ bastimenti IUU li attwalment itajru l-bandiera tal-Panama jew li kienu jtajru l-bandiera tal-Panama wara li ddaħħlu fil-listi IUU tal-RFMOs hija indikazzjoni ċara li l-Panama naqas li jwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu bħala Stat tal-bandiera skont id-dritt internazzjonali. Tabilħaqq, peress li għandu l-għadd imsemmi hawn fuq ta’ bastimenti IUU, il-Panama naqas li jeżerċita r-responsabbiltajiet tiegħu b’mod effikaċi, li jkun konformi mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs u li jiżgura li l-bastimenti tiegħu ma jieħdu sehem f’ebda attività li timmina l-effikaċja ta’ miżuri bħal dawn.

    (232)

    Barra dan, bastiment trasportatur li jtajjar il-bandiera tal-Panama kien spezzjonat fi Stat Membru wieħed f’Marzu 2011. Dik l-ispezzjoni żvelat informazzjoni li tindika it-twettiq preżunt ta’ sajd IUU u attivitajiet assoċjati. Dak il-bastiment ma kienx jopera b’liċenzja valida maħruġa mill-Panama għat-trasport, it-trasbord u l-appoġġ għall-attivitajiet tas-sajd. Il-bastiment wettaq trasbordi mhux awtorizzati fl-ilmijiet taż-ŻEE tar-Repubblika tal-Ginea-Bissau (il-Ginea-Bissau) u rċieva ħut maqbud minn bastimenti f’ilmijiet li għalihom ir-Repubblika tal-Liberja (il-Liberja) kienet imponiet miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni u ġestjoni f’każ ta’ kontravenzjoni ta’ dawn il-miżuri. Il-bastimenti tas-sajd li kienu joperaw taħt kundizzjonijiet illegali fl-ilmijiet Liberjani u l-bastiment trasportatur li kien ġabar il-prodotti relatati tas-sajd kienu kollha proprjetà benefiċjarja tal-istess entità legali. L-awtoritajiet tal-Panama kienu mgħarrfin fil-21 ta’ Marzu 2011 dwar l-attivitajiet ta’ trasport tas-sajd mill-awtoritajiet tal-Istat Membru rilevanti u wieġbu fil-15 ta’ April 2011 li huma ma kinux taw liċenzja valida għat-trasport, it-trasbord u l-appoġġ għall-attivitajiet tas-sajd u li ma kinux jafu dwar awtorizzazzjonijiet għat-trasbord maħruġin għal dak il-bastiment trasportatur mill-Ginea-Bissau, mill-Ginea jew mil-Liberja. Minkejja dak l-għarfien, dak il-bastiment kompla bl-attivitajiet normali tiegħu fil-Punent tal-Afrika tul l-2011 mingħajr ebda miżura speċifika ma tkun irrapportata li kienet ittieħded dwaru mill-Panama.

    (233)

    Skont l-Artikolu 19(1) u (2) tal-UNFSA, Stat tal-bandiera jeħtieġlu jiżgura konformità mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu mar-regoli ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs. L-Istati tal-bandiera jeħtiġilhom ukoll jwettqu investigazzjonijiet u proċedimenti ġudizzjarji bla telf ta’ żmien. L-Istat tal-bandiera għandu jiżgura wkoll sanzjonijiet adegwati, jiskoraġġixxi ripetizzjoni ta’ vjolazzjonijiet u jċaħħad lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mill-attivitajiet illegali tagħhom. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-eżistenza ta’ għadd ta’ bastimenti IUU li jtajru l-bandiera tal-Panama fil-listi IUU tal-RFMOs turi sewwa n-nuqqas tal-Panama li jħares l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 19(1) u (2) tal-UNFSA.

    (234)

    In-nuqqas tal-Panama li jħares l-obbligi tiegħu ta’ konformità u infurzar skont l-Artikolu 19 tal-UNFSA huwa kkonfermat ukoll mill-informazzjoni miġbura matul il-missjoni f’Ġunju 2010. Il-missjoni żvelat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Panama ma kellhomx is-setgħa iwettqu investigazzjonijiet amministrattivi biex jiġbru evidenza essenzjali minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi, l-irkupru stess ta’ multi imposti ma deherx li kien effikaċi, filwaqt li f’każijiet fejn l-operaturi jew is-sidien benefiċjarji ma kinux ibbażati fil-Panama iżda kienu joperaw fil-forma legali ta’ kumpaniji lil hinn mix-xtut, l-infurzar tad-deċiżjonijiet ta’ sanzjonijiet ma kienx żgurat sewwa minħabba li kien hemm nuqqas ta’ mekkaniżmi adattati ta’ kooperazzjoni bejn il-Panama u l-pajjiżi terzi rilevanti. F’dan ir-rigward għandu jkun innutat li l-importanza ta’ azzjonijiet effikaċi vis-à-vis s-sidien benefiċjarji hija kkonfermata mid-dokumentazzjoni rilevanti tal-FAO u tal-OECD li tenfasizza l-importanza ta’ informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji fil-ġlieda kontra l-attivitajiet illeċiti (67) u l-ħtieġa li jkun hemm reġistrazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd u tal-proprjetà benefiċjarja (68).

    (235)

    Barra dan, skont l-Artikolu 20 tal-UNFSA, l-Istati għandhom jikkooperaw jew direttament jew permezz tal-RFMOs biex jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ u infurzar tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs. Sett ta’ rekwiżiti speċifiċi msemmijin f’dak l-Artikolu jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati li jinvestigaw, jikkooperaw ma’ xulxin u jissanzjonaw attivitajiet tas-sajd IUU. Huwa previst ukoll li għall-bastimenti rrapportati li jkunu ħadu sehem f’attivitajiet li jimminaw l-effikaċja tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs, l-Istati jistgħu jużaw il-proċeduri tal-RFMOs biex jiskoraġġixxu bastimenti bħal dawn sa dak iż-żmien li fih tittieħed azzjoni xierqa mill-Istat tal-bandiera. F’dan ir-rigward, huwa nnutat li l-eżistenza ta’ għadd ta’ bastimenti IUU li attwalment itajru l-bandiera tal-Panama jew li kienu jtajru l-bandiera tal-Panama wara li ddaħħlu fil-listi IUU tal-RFMOs li għadhom joperaw turi n-nuqqas tal-Panama li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont id-dritt internazzjonali fir-rigward ta’ kooperazzjoni internazzjonali fl-infurzar.

    (236)

    Huwa mfakkar ukoll li, skont l-Artikolu 118 tal-UNCLOS, l-Istati għandhom jikkooperaw fil-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin fiż-żoni tal-ibħra miftuħa. F’dan ir-rigward l-eżistenza ta’ għadd ta’ bastimenti IUU li attwalment itajru l-bandiera tal-Panama jew li kienu jtajru l-bandiera tal-Panama wara li ddaħħlu fil-listi IUU tal-RFMOs li għadhom qed jieħdu sehem f’operazzjonijiet tas-sajd turi sewwa n-nuqqas tal-Panama li jissodisfa l-obbligi tiegħu bħala Stat tal-bandiera. Tabilħaqq bastimenti għal sajd IUU rikonoxxuti jimminaw il-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin.

    (237)

    In-nuqqas ta’ konformità mill-Panama fir-rigward ta’ bastimenti IUU li jtajru l-bandiera tal-Panama elenkati fil-listi tal-RFMOs hija wkoll bi ksur tal-Artikolu 217 tal-UNCLOS li jesiġi li l-Istati tal-bandiera japplikaw sanzjonijiet speċifiċi ta’ infurzar biex jiżguraw konformità mar-regoli internazzjonali, jinvestigaw il-vjolazzjonijiet preżunti u jissanzjonaw b’mod adegwat kull vjolazzjoni.

    (238)

    L-eżistenza ta’ għadd ta’ bastimenti IUU li attwalment itajru l-bandiera tal-Panama jew li kienu jtajru l-bandiera tal-Panama wara li ddaħħlu fil-listi IUU tal-RFMOs ukoll turi n-nuqqas ta’ ħila tal-Panama li jsegwi r-rakkomandazzjonijiet f’IPOA IUU. Il-punt 34 ta’ IPOA IUU jirrakkomanda li l-Istati jiżguraw li bastimenti tas-sajd li jkunu intitolati jtajru l-bandiera tagħhom ma jiħdux sehem jew jappoġġjaw sajd IUU.

    (239)

    Barra dan, huwa xieraq li jkun innutat li l-Panama kien identifikat fir-Rapport ta’ NMFS bħala pajjiż li għandu bastimenti li jieħdu sehem f’attivitajiet tas-sajd IUU. Skont ir-Rapport ta’ NMFS diversi bastimenti bil-bandiera tal-Panama li jieħdu sehem f’attivitajiet tas-sajd kisru miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-IATTC (69). Barra dan, ir-Rapport ta’ NMFS indika informazzjoni addizzjonali dwar attivitajiet illegali tas-sajd bi ksur tar-regoli tal-IATTC, kif ukoll bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Panama fil-lista IUU tas-CCAMLR li ntlemħu joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tas-CCAMLR (70). Din l-informazzjoni tikkorrobora l-fatti stabbiliti dwar in-nuqqas tal-Panama li jissodisfa l-obbligi tiegħu bħala Stat tal-bandiera fir-rigward tas-sajd IUU.

    (240)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u 31(4)(a) tar-Regolament IUU, li l-Panama naqas li jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward ta’ bastimenti IUU u ta’ sajd IUU imwettaq jew appoġġjat mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jew miċ-ċittadini tiegħu u li ma ħax azzjoni suffiċjenti biex jopponi sajd IUU dokumentat u ripetut minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu.

    11.2.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni u infurzar (l-Artikolu 31(5) tar-Regolament IUU)

    (241)

    Fir-rigward ta’ jekk il-Panama jikkooperax b’mod effikaċi mal-Kummissjoni dwar l-investigazzjonijiet tas-sajd IUU u l-attivitajiet assoċjati, huwa nnutat li l-evidenza miġbura mill-Kummissjoni tindika li l-Panama naqas li jissodisfa l-obbligi tiegħu bħala Stat tal-bandiera kif stabbiliti mid-dritt internazzjonali.

    (242)

    Fir-rigward tal-kwistjoni spjegata fil-premessa (231) huwa nnutat li fit-28 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Panama b’talba uffiċjali għall-investigazzjoni skont l-Artikolu 26 tar-Regolament IUU. Il-Panama wieġeb fil-21 ta’ Novembru 2011 li kien se jinvestiga l-kwistjoni billi jinnotifika lis-sid tal-bastiment ikkonċernat u jtih terminu ta’ skadenza ta’ 20 jum biex iwieġeb. Il-Kummissjoni bagħtet tfakkar lill-Panama dwar it-talba tagħha fis-16 ta’ Diċembru 2011. L-awtoritajiet tal-Panama wieġbu fil-11 ta Jannar 2012 billi reġgħu bagħtu biss kopja tal-ittra tagħhom tal-21 ta’ Novembru 2011. L-awtoritajiet tal-Panama ngħataw perjodu addizzjonali ta’ sitt ġimgħat biex jibagħtu tweġiba. Fin-nuqqas ta’ azzjoni fil-pront jew tweġiba mill-awtoritajiet tal-Panama, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura tal-Artikolu 27 tar-Regolament IUU vis-à-vis l-operatur kkonċernat fit-2 ta’ Marzu 2012. Fit-2 ta’ Mejju 2012, jiġifieri ħames xhur wara l-komunikazzjoni inizjali mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-Panama għarrfu lill-Kummissjoni li huma kienu imponew multa li kienet tkopri biss parti mill-vjolazzjonijiet imwettqa minħabba li ppenalizzat il-fatt li l-operatur ma kellux il-liċenċja t-tajba biex iwettaq trasport u trasbordi fuq il-baħar ta’ prodotti tas-sajd. Madankollu, dik is-sanzjoni ma kinitx tkopri l-fatt li kienu nġabru minn fuq l-baħar prodotti tas-sajd maqbudin illegalment fil-Liberja bi ksur ta’ moratorium fis-seħħ għall-attivitajiet industrijali tas-sajd. Minħabba li l-bastimenti tas-sajd ta’ provvista u l-bastiment trasportatur riċevitur kienu proprjetà tal-istess entità legali, kull argument preżunt bona fide li jispjega l-imġiba tal-operatur ekonomiku ma jkunx sostnut mill-fatti. Il-proċedura skont l-Artikolu 27 bħalissa għadha għaddejja iżda l-fatti jindikaw li l-Panama naqas li jagħti tweġiba fil-pront fi żmien aktar milli raġonevoli għat-talbiet magħmulin mill-Kummissjoni biex jinvestiga, jagħti tagħrif dwar x’kien qed jiġri u x’sar wara dwar is-sajd IUU u l-attivitajiet assoċjati. Barra dan, it-tweġibiet mibgħuta ma kinux jindirizzaw l-attivitajiet IUU żvelati kollha.

    (243)

    Billi aġixxa bil-mod deskritt, hemm indikazzjonijiet li l-Panama ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 94(2)(b) tal-UNCLOS li jistipula li Stat tal-bandiera jassumi l-ġurisdizzjoni skont id-dritt intern tiegħu fuq kull vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu u fuq il-kaptan, l-uffiċjali u l-ekwipaġġ tiegħu. Tabilħaqq, il-każ deskritt fil-premessa (242) juri li l-Panama mhux f’qagħda li jkun jaf bin-natura tal-attivitajiet imwettqa mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu. F’dak il-każ, l-awtoritajiet tal-Panama ma kinux jafu li l-bastiment ikkonċernat kien qed jitħaddem għal diversi snin biex isiru trasbordi u trasport ta’ prodotti tas-sajd, li huma attivitajiet soġġetti għal liċenzji u regoli speċifiċi.

    (244)

    Fik-każ spjegat fil-premessa (242) hemm indikazzjonijiet li l-Panama ma jissodisfax ir-rakkomandazzjonijiet fil-punt 18 ta’ IPOA IUU skont il-paragrafu 18 li jistipula li fd-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS kull Stat għandu jieħu miżuri jew jikkoopera biex jiżgura li ċ-ċittadini soġġetti għall-ġurisdizzjoni tiegħu ma jappoġġjawx jew ma jiħdux sehem f’sajd IUU. Il-Panama naqas ukoll milli juri li huwa jikkoopera u jikkoordina attivitajiet ma’ Stati oħra biex jippreveni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU bil-mod stabbilit fil-punt 28 ta’ IPOA IUU. Il-Panama naqas ukoll li jqis ir-rakkomandazzjonijiet fil-punt 48 ta’ IPOA IUU li jagħtu parir lill-Istati tal-bandiera li jiżguraw li l-bastimenti trasportaturi u ta’ appoġġ ma jappoġġjawx jew jieħdu sehem f’sajd IUU, u fil-punt 49 ta’ IPOA IUU li, fost oħrajn, huwa tal-parir li l-Istati tal-bandiera jiżguraw li l-bastimenti trasportaturi u ta’ appoġġ involuti fi trasbord fuq il-baħar ikollhom awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasbord maħruġa mill-Istat tal-bandiera.

    (245)

    Il-Kummissjoni analizzat jekk il-Panama kienx ħa miżuri effikaċi ta’ infurzar fir-rigward tal-operaturi responsabbli għas-sajd IUU u jekk kinux applikati sanzjonijiet ta’ severità suffiċjenti li jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mis-sajd IUU. Huwa nnutat li l-evidenza disponibbli tikkonferma li l-Panama ma kienx ħares l-obbligi tiegħu skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tal-miżuri effikaċi ta’ infurzar. F’dan ir-rigward huwa mfakkar li hemm għadd ta’ bastimenti IUU li attwalment itajru l-bandiera tal-Panama jew li kienu tajru l-bandiera tal-Panama wara li ddaħħlu fil-listi IUU tal-RFMOs. L-eżistenza ta’ bastimenti IUU bħal dawn turi sewwa n-nuqqas tal-Panama li jonora r-responsabbiltajiet tiegħu vis-à-vis l-bastimenti tiegħu li joperaw fl-ibħra miftuħa kif stabbilit fl-Artikolu 18(1) u (2) tal-UNFSA.

    (246)

    Barra dan, is-sitwazzjoni kif spjegata fil-premessa hawn fuq hija wkoll indikazzjoni ċara li l-Panama mhux qed jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 19(1) tal-UNFSA li jistabbilixxi regoli għall-Istati tal-bandiera dwar il-konformità u l-infurzar. Il-prestazzjoni tal-Panama f’din il-ħaġa hija wkoll mhux skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 19(2) tal-UNFSA li jistipula, fost oħrajn, li s-sanzjonijiet għandhom ikunu adegwati fis-severità u jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mill-attivitajiet illegali tagħhom. Barra dan, il-prestazzjoni tal-Panama fir-rigward tal-miżuri effikaċi ta’ infurzar ukoll mhijiex skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-punt 21 ta’ IPOA IUU li jagħtu parir lill-Istati li jiżguraw li s-sanzjonijiet għas-sajd IUU mill-bastimenti u, sakemm ikun l-aktar possibbli, miċ-ċittadini fil-ġurisdizzjoni tagħhom, ikunu ta’ severità suffiċjenti biex b’mod effikaċi jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw sajd IUU u biex iċaħħdu lil ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu minn sajd bħal dan.

    (247)

    Fir-rigward tal-istorja, in-natura, iċ-ċirkustanzi, id-dimensjoni u l-gravità tal-manifestazzjonijiet ta’ sajd IUU li qed ikun ikkunsidrat, il-Kummissjoni qieset l-attivitajiet rikorrenti u ripetittivi ta’ sajd IUU ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Panama sal-2012.

    (248)

    Fir-rigward tal-kapaċità eżistenti tal-awtoritajiet tal-Panama għandu jkun innutat li, skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (71), il-Panama jitqies bħala pajjiż ta’ żvilupp għoli tal-bniedem (it-58 minn 187 pajjiż). Dan huwa kkonfermat ukoll mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 fejn il-Panama huwa elenkat fil-kategorija ta’ pajjiżi bi dħul medju superjuri. Meta jittieħed kont tal-qagħda tiegħu ma titqisx meħtieġa analiżi tal-kapaċità eżistenti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Panama. Ir-raġuni hija li l-livell ta’ żvilupp tal-Panama, kif muri fil-premessa attwali, ma jistax jitqies bħala fattur li jimmina l-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jikkooperaw ma’ pajjiżi oħra u li jsegwu azzjonijiet ta’ infurzar.

    (249)

    Abbażi ta’ informazzjoni li toħroġ mill-missjoni f’Ġunju 2010 ma jistax jitqies li l-awtoritajiet tal-Panama m’għandhomx riżorsi finanzjarji iżda aktarx jonqoshom l-ambjent amministrattiv u legali meħtieġ u t-tisħiħ biex jaqdu dmirijiethom.

    (250)

    Barra dan, għandu jkun enfasizzat li, skont ir-rakkomandazzjonijiet fil-punti 85 u 86 ta’ IPOA IUU dwar ħtiġijiet speċjali ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-Unjoni diġà ħarġet fondi għal programm speċifiku ta’ assistenza teknika fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU (72). Il-Panama bbenefika minn dan il-programm.

    (251)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u 31(5) tar-Regolament IUU, li l-Panama naqas milli jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-isforzi tal-infurzar.

    11.3.   Nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ regoli internazzjonali (l-Artikolu 31(6) tar-Regolament IUU)

    (252)

    Il-Panama rratifika l-UNCLOS u l-UNFSA. Barra dan, il-Panama huwa membru Kontraenti tal-IATTC u l-ICCAT u Pajjiż Kooperatur mhux Membru tad-WCPFC.

    (253)

    Il-Kummissjoni analizzat kull informazzjoni meqjusa rilevanti fir-rigward tal-istatus tal-Panama bħala Membru Kontraenti tal-IATTC u l-ICCAT u Pajjiż Kooperatur mhux Membru tad-WCPFC.

    (254)

    Il-Kummissjoni analizzat ukoll kull informazzjoni meqjusa rilevanti fir-rigward tal-ftehim tal-Panama biex japplika l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-IATTC, l-ICCAT u d-WCPFC.

    (255)

    Huwa mfakkar li l-ICCAT kienet ħarġet ittra ta’ Identifikazzjoni lill-Panama dwar in-nuqqasijiet tiegħu ta’ rapportar fl-2010 (73). Fl-ittra tagħha ta’ Identifikazzjoni l-Panama kien identifikat għan-nuqqas tiegħu li jħares l-obbligu tiegħu li jikkomunika statistika kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni 05-09 tal-ICCAT. Fl-istess ittra l-ICCAT enfasizzat li l-Panama ma kienx ta d-dejta u l-informazzjoni kollha meħtieġa bħar-Rapport Annwali, id-dejta dwar l-Inkarigu I (statistika b’referenza għal dejta dwar il-flotta) intbagħtet tard; id-dejta dwar l-Inkarigu II (dejta dwar id-daqs tal-qabdiet) jew intbagħtet tard jew ma ntbagħtet xejn; ma ntbagħtux it-tabelli ta’ konformità, u ma ntbagħtetx lis-Segretarjat tal-ICCAT l-informazzjoni relatata mal-istandards ta’ ġestjoni tal-bastimenti għall-qbid tat-tonn bil-konz fuq skala kbira. Ir-rekwiżiti rilevanti huma pprovduti f’sett ta’ riżoluzzjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT elenkati fil-premessi (258) u (260). Huwa wkoll rilevanti jkun innutat li l-Panama kien identifikat mill-ICCAT fl-2009; l-identifikazzjoni nżammet fis-seħħ fl-2010 u fl-2011.

    (256)

    Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-informazzjoni disponibbli mingħand l-ICCAT dwar il-livell ta’ konformità tal-Panama mar-regoli ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-ICCAT u mal-obbligi tar-rapportar. Għal dan il-Kummissjoni użat it-Tabelli ta’ Sommarju ta’ Konformità tal-2010 tal-ICCAT (74), kif ukoll it-Tabelli ta’ Sommarju ta’ Konformità tal-2011 tal-ICCAT (75).

    (257)

    Fir-rigward tal-2010, il-Panama ma bagħatx: ir-Rapporti Annwali u l-Istatistika, l-informazzjoni b’referenza għall-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni u l-informazzjoni dwar il-kwoti u l-limiti tal-qbid.

    (258)

    B’mod partikolari, skont l-informazzjoni disponibbli, fl-2010 l-Panama ma bagħatx lill-ICCAT informazzjoni dwar: ir-Rapporti Annwali (Xjentifiċi) (ipprovduti għall-Konvenzjoni tal-ICCAT, għar-Riżoluzzjoni 01-06 u għar-Referenza 04-17), ir-Rapporti Annwali (il-Kummissjoni tal-ICCAT) (ipprovduti għall-Konvenzjoni tal-ICCAT, għar-Riżoluzzjoni 01-06 u għar-Referenza 04-17), is-Sottomissjoni ta’ Miżuri fil-Kummerċ ta’ importazzjonijiet u d-dejta dwar il-ħatt l-art (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 06-13), id-Dikjarazzjonijiet dwar it-trasbordi (fuq il-baħar) (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 06-11), ir-Rapporti dwar it-trasbordi (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 06-11), id-Dejta dwar in-nuqqas ta’ Konformità (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 08-09), ir-Rapporti dwar l-azzjonijiet interni għal bastimenti ta’ 20 m (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 02-22/09-08), il-Lista Annwali ta’ bastimenti għall-alonga (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 98-08), il-Bastimenti tat-trasbord - informazzjoni sottomessa biss għal bastimenti riċevituri (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 06-11), il-Lista ta’ bastimenti Med-SWO (il-pixxispad) (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 09-04/09-08), l-Istandard ta’ ġestjoni għal Bastimenti tas-Sajd bil-Konz għat-Tonn fuq Skala Kbira (LSTLV) (ipprovdut għar-Rakkomandazzjoni 01-20), l-Istandard ta’ ġestjoni (ipprovdut għar-Riżoluzzjoni 01-20), in-Noleġġ ta’ bastimenti (ipprovdut għar-Rakkomandazzjoni 02-21), il-Bastimenti involuti f’sajd IUU (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 09-10), ir-Rapporti dwar allegazzjonijiet IUU (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 09-10), id-Dehriet ta’ bastimenti (ipprovduti għar-Riżoluzzjoni 94-09), ir-Rapporti dwar l-ispezzjonijiet fil-port (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 97-10), id-Dejta minn programmi ta’ dokumenti tal-istatistika tal-ICCAT (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 01-21 u għar-Rakkomandazzjoni 01-22), is-Siġilli u l-firem ta’ validazzjoni għad-Dokumenti dwar il-Qbid tat-tonn (BCD ‘Bluefin tuna catch documents’), (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 08-12/09-11), il-Punti ta’ kuntatt għall-BCD (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 08-12/09-11), il-Leġiżlazzjoni dwar il-BCD (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 08-12/09-11), is-Sommarju dwar it-twaħħil ta’ lametti għall-BCD (ipprovdut għar-Rakkomandazzjoni 08-12/09-11), id-Dokumenti dwar il-qbid tat-tonn (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 08-12/09-11), ir-Rapport Annwali dwar il-BCD (ipprovduti għar-Rakkomandazzjoni 08-12/09-11), il-Konformità mal-għeluq staġonal għal med SWO (il-pixxispad) (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 09-04), il-Proċedura interna għall-konformità ma’ żoni/staġuni magħluqa fil-Golf tal-Ginea (ipprovduta għar-Rakkomandazzjoni 09-04).

    (259)

    Fir-rigward tal-2011, il-Panama ma bagħatx: informazzjoni parzjali dwar irRapporti Annwali u l-Istatistika, l-informazzjoni b’referenza għall-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni u l-informazzjoni dwar il-kwoti u l-limiti tal-qbid.

    (260)

    B’mod partikolari, skont l-informazzjoni disponibbli, il-Panama ma bagħatx informazzjoni dwar: ir-Rapporti Annwali (Xjentifiċi)(ipprovduti għall-Konvenzjoni tal-ICCAT, għar-Riżoluzzjoni 01-06 u għar-Referenza 04-17), ir-Rapporti Annwali (il-Kummissjoni tal-ICCAT) (ipprovuti għall-Konvenzjoni tal-ICCAT, għar-Riżoluzzjoni 01-06 u għar-Referenza 04-17), it-Tabelli ta’ Konformità (ir-Rakkomandazzjoni 98-14), ir-Rapport dwar l-azzjonijiet interni għal bastimenti ta’ 20 m (ir-Rakkomandazzjoni 09-08), l-Istandard ta’ ġestjoni għal Bastimenti tas-Sajd bil-Konz għat-Tonn fuq Skala Kbira (LSTLV) (ipprovdut għar-Rakkomandazzjoni 01-20), l-Istandard ta’ ġestjoni (ir-Riżoluzzjoni 01-20), id-Dejta minn programmi Nazzjonali għall-Osservaturi (ir-Rakkomandazzjoni 10-04).

    (261)

    Barra dan, matul il-missjoni li l-Kummissjoni wettqet fil-Panama f’Ġunju 2010 kien żvelat għadd ta’ elementi. Fir-rigward tal-kapaċitajiet operazzjonali tas-sistema tal-VMS kien żvelat li għal każijiet konkreti, il-pożizzjonijiet tal-VMS ta’ bastimenti li joperaw ġewwa ż-żona tal-ICCAT ma kinux disponibbli għall-awtoritajiet tal-Panama. Għal bastimenti oħra, il-pożizzjonijiet kienu disponibbli biss permezz ta’ aċċess għall-Internet onlajn fejn id-dejta ma kinitx disponibbli b’applikazzjoni viżiva ta’ kartografija u setgħet tinġieb biss għax-xahrejn qabel iż-żmien ta’ kontroll tal-pożizzjoni tal-bastiment. Fir-rigward tal-iskema tal-ispezzjonijiet kien żvelat ukoll li ma kienx hemm skema ta’ spezzjonijiet għal bastimenti li joperaw fl-ibħra miftuħa, ebda mudell ta’ formola, linji gwida jew metodoloġija mfassla biex isostnu l-attivitajiet ta’ spezzjoni u ebda mezz operazzjonali bl-ajru jew bil-baħar biex isiru l-ispezzjonijiet. Fir-rigward tal-ħatt l-art kien żvelat li ma kienx hemm mezzi biex tkun żgurata superviżjoni tal-attivitajiet tal-ħatt l-art f’diversi portijiet ‘il barra miż-ŻEE tal-Panama. Fir-rigward tal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza kienu identifikati diversi nuqqasijiet. Minn għadd ta’ testijiet li saru fuq każijiet konkreti kien żvelat li ċerta dejta ma kinitx disponibbli għall-bastimenti li joperaw fiż-żona tal-ICCAT. Fl-aħħar nett fir-rigward tar-regolamentazzjoni tat-trasbordi, l-informazzjoni disponibbli mibgħuta mill-Panama tissuġġerixxi li l-Panama kien ħassar mir-reġistru tiegħu ħames bastimenti ta’ appoġġ tas-sajd fil-Baħar Mediterran minħabba nuqqasijiet fil-ħila tiegħu li jirregola t-trasbordi.

    (262)

    Fir-rigward tad-WCPFC l-informazzjoni disponibbli (76) turi li l-Panama naqas li jagħti informazzjoni kif stabbilit bir-regoli tad-WCPFC. Tabilħaqq il-Panama kien intalab jagħti informazzjoni supplimentari dwar bastimenti IUU skont il-punt 3(c) tal-Miżura ta’ Konservazzjoni u Ġestjoni tal-2009-11 tad-WCPFC, kif ukoll biex jagħti l-Parti I u l-Parti II tar-Rapporti għall-2011.

    (263)

    Fir-rigward tal-IATTC L-informazzjoni disponibbli li ġejja mir-Rapport ta’ NMFS, kif spjegat fil-premessa (239), u mill-IATTC (77) tindika ksur tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Panama.

    (264)

    In-nuqqas tal-Panama li jagħti lill-ICCAT l-informazzjoni msemmija fil-premessi (258) sa (260) turi n-nuqqas tal-Panama li jħares l-obbligi tiegħu bħala Stat tal-bandiera stabbiliti fl-UNCLOS u fl-UNFSA.

    (265)

    In-nuqqasijiet żvelati mill-missjoni f’Ġunju 2010 u msemmija fil-premessa (261) jipprovdu aktar evidenza tan-nuqqas tal-Panama li jissodisfa l-obbligi tiegħu bħala Stat tal-bandiera stabbiliti fl-UNFSA.

    (266)

    Tabilħaqq in-nuqqas li tingħata informazzjoni dwar il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni, il-kwoti u l-limiti tal-qbid u r-rapporti annwali u l-istatistika jimmina l-ħila tal-Panama li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 117 u l-Artikolu 118 tal-UNCLOS li jistipulaw id-dmirijiet tal-Istati li jadottaw miżuri nazzjonali għaċ-ċittadini rispettivi tagħhom għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-ibħra miftuħa u li jikkooperaw dwar miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni għar-riżorsi ħajjin fiż-żoni tal-ibħra miftuħa.

    (267)

    Il-prestazzjoni tal-Panama kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni hija bi ksur tar-rekwiżiti tal-Artikolu 18(3) tal-UNFSA.

    (268)

    Minħabba n-nuqqas tiegħu li jikkontrolla l-bastimenti f’ibħra miftuħa skont ir-regoli tal-RFMOs, il-Panama qed jaġixxi bi ksur tal-Artikolu 18(3)(a) tal-UNFSA li jesiġi li l-Istati li l-bastimenti tagħhom jistadu fl-ibħra miftuħa jieħdu miżuri ta’ kontroll biex jiżguraw li dawk il-bastimenti jkunu konformi mar-regoli tal-RFMOs.

    (269)

    Il-Panama mhux konformi mar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni u r-rapportar f’waqtu tal-Artikolu 18(3)(e) tal-UNFSA minħabba n-nuqqas tiegħu li jibgħat lill-ICCAT informazzjoni dwar ir-rapporti annwali, l-Inkarigu I (ikaratteristiċi tal-flotta), ir-rapporti dwar l-azzjonijiet interni għal bastimenti itwal minn 20 m, it-tabelli ta’ konformità u l-istandard ta’ ġestjoni għal Bastimenti tas-Sajd bil-Konz għat-Tonn fuq Skala Kbira.

    (270)

    Barra dan, il-Panama ma jissodisfax l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 18(3)(f) tal-UNFSA minħabba n-nuqqas tiegħu li jirrapporta lill-ICCAT dejta relatata mal-qbid, dejta dwar il-programmi nazzjonali tal-osservaturi, u informazzjoni dwar materji relatati mat-trasbordi, in-nuqqas tiegħu ta’ skema ta’ spezzjonijiet, in-nuqqas tiegħu ta’ mezzi li jiżguraw superviżjoni tal-attivitajiet tal-ħatt l-art f’portijiet mhux tal-Panama u n-nuqqas tiegħu ta’ statistika tas-suq dwar dejta ta’ importazzjonijiet u ħatt l-art.

    (271)

    Il-Panama ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18(3)(g) tal-UNFSA, meqjusal-informazzjoni miġbura matul il-missjoni f’Ġunju 2010, dwar il-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tal-Panama li jwettqu monitoraġġ, kontroll u sorveljanza.

    (272)

    Il-Panama ma jissodisfax l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 23 tal-UNFSA minħabba l-fatt li ma bagħatx lill-ICCAT ir-rapport dwar l-ispezzjoni fil-port għall-2010.

    (273)

    Barra dan, kif spjegat fil-premessi (262) u (263), l-informazzjoni mid-WCPFC u l-IATTC tissuġġerixxi li l-Panama mhux qed jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 117 tal-UNCLOS u tal-Artikolu 18 tal-UNFSA fir-rigward ta’ miżuri ta’ ġestjoni u konservazzjoni.

    (274)

    Barra dan, matul il-missjoni f’Ġunju 2010 kien żvelat li r-Reġistru ta’ Bastimenti tal-Panama ma jiżgurax li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Panama jkollhom rabta ġenwina mal-pajjiż. In-nuqqas ta’ rabta ġenwina bħal din bejn dak l-Istat u l-bastimenti li jkunu rreġistrati fir-reġistru tiegħu huwa ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti għan-nazzjonalità tal-vapuri skont l-Artikolu 91 tal-UNCLOS. Din il-konklużjoni hija ulterjorment ikkonfermata mill-ITF li tqis lill-Panama bħala bandiera ta’ konvenjenza (78).

    (275)

    Fl-aħħar nett, għandu jkun innotat li, kuntrarju għar-rakkomandazzjonijiet fil-punti 25, 26 u 27 ta’ IPOA IUU, il-Panama ma żviluppax Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali kontra s-sajd IUU.

    (276)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u (6) tar-Regolament IUU, li l-Panama naqas li jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tar-regoli, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni internazzjonali.

    11.4.   Limitazzjonijiet speċifiċi ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw

    (277)

    Huwa mfakkar li, skont l-indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (79), il-Panama jitqies bħala pajjiż ta’ żvilupp għoli tal-bniedem (it-58 minn 187 pajjiż). Huwa mfakkar ukoll li, skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006, il-Panama huwa elenkat fil-kategorija ta’ pajjiżi bi dħul medju superjuri.

    (278)

    Meqjusa dawn il-gradazzjonijiet il-Panama ma jistax jitqies bħala pajjiż li għandu limitazzjonijiet speċifiċi li ġejjin direttament mil-livell tiegħu ta’ żvilupp. Ma setgħet tkun stabbilita ebda evidenza korroborattiva li tissuġġerixxi li n-nuqqas tal-Panama li jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali huwa r-riżultat ta’ nuqqas ta’ żvilupp. Bl-istess mod, ma teżisti ebda evidenza li tikkorrelata n-nuqqasijiet stabbiliti ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza ta’ attivitajiet tas-sajd man-nuqqas ta’ kapaċitajiet u infrastruttura.

    (279)

    Huwa wkoll rilevanti jkun innutat li l-Unjoni diġà ħarġet fondi għal azzjoni speċifika ta’ assistenza teknika fil-Panama fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU (80). Ma teżisti ebda evidenza li l-Panama jew qies il-parir mogħti li jirranġa n-nuqqasijiet ikkonċernati jew li talab azzjoni ta’ segwitu mill-Unjoni biex jibni l-kapaċità tiegħu.

    (280)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(7) tar-Regolament IUU, li l-istatus ta’ żvilupp u l-prestazzjoni globali tal-Panama fir-rigward tas-sajd mhumiex imdgħajfin mil-livell tiegħu ta’ żvilupp.

    12.   PROĊEDURA FIR-RIGWARD TAR-REPUBBLIKA SOĊJALISTA DEMOKRATIKA TAS-SRI LANKA

    (281)

    In-notifika tar-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka (is-Sri Lanka) bħala Stat tal-bandiera kienet aċċettata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament IUU fl-1 ta’ Jannar 2010.

    (282)

    Mid-29 ta’ Novembru sat-3 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EFCA, wettqet missjoni fis-Sri Lanka fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU.

    (283)

    Il-missjoni fittxet li tivverifika informazzjoni dwar l-arranġamenti tas-Sri Lanka għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li magħhom għandhom ikunu konformi l-bastimenti tas-sajd tagħha, dwar il-miżuri meħudin mis-Sri Lanka biex timplimenta l-obbligi tagħha fil-ġlieda kontra s-sajd IUU u biex tissodisfa r-rekwiżiti u l-punti tagħha li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-qbid tal-Unjoni.

    (284)

    Ir-rapport finali tal-missjoni ntbagħat lis-Sri Lanka fit-3 ta’ Frar 2011. Minħabba li s-Sri Lanka m’għarrfitx lill-Kummissjoni dwar il-bidla tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Sajd u r-Riżorsi Akkwatiċi, ir-rapport ma wasalx għand id-destinatarju tiegħu u wara reġa’ ntbagħat fis-7 ta’ April 2011.

    (285)

    Il-kummenti tas-Sri Lanka għar-rapport finali tal-missjoni waslu fit-12 ta’ Mejju 2011.

    (286)

    Mill-5 sas-7 ta’ Ottubru 2011 twettqet missjoni sussegwenti mill-Kummissjoni fis-Sri Lanka biex issegwi kull azzjoni meħuda mis-Sri Lanka wara l-ewwel missjon.

    (287)

    Is-Sri Lanka bagħtet kummenti addizzjonali bil-miktub fil-15 ta’ Novembru 2011.

    (288)

    Is-Sri Lanka hija membru tal-IOTC. Is-Sri Lanka rratifikat l-UNCLOS u l-UNFSA u ssieħbet fil-Ftehim tal-FAO dwar il-Miżuri ta’ Stat tal-Port.

    (289)

    Biex tevalwa l-konformità tas-Sri Lanka mal-obbligi internazzjonali tagħha bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali msemmija fil-premessa (288) u stabbiliti mill-IOTC, il-Kummissjoni kisbet u analizzat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għall-fini ta’ eżerċizzju bħal dan.

    (290)

    Il-Kummissjoni użat l-informazzjoni li toħroġ md-dejta disponibbli ppubblikata mill-IOTC, kif ukoll mill-missjonijiet immexxija mill-Kummissjoni fis-Sri Lanka.

    13.   IL-POSSIBBILTÀ LI S-SRI LANKA TIĠI IDENTIFIKATA BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

    (291)

    Skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni analizzat id-dmirijiet tas-Sri Lanka bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq. Għall-fini ta’ dan l-eżami l-Kummissjoni qieset il-parametri elenkati fl-Artikolu 31(4) sa (7) tar-Regolament IUU.

    13.1.   Rikorrenza ta’ bastimenti IUU u flussi ta’ kummerċ IUU (l-Artikolu 31(4) (a) tar-Regolament IUU)

    (292)

    Matul il-missjonijiet tagħha, kif ukoll permezz ta’ informazzjoni miġjuba mill-IOTC, kien żvelat li s-Sri Lanka ma għandhiex leġiżlazzjoni li tipprovdi għal-liċenzjar għas-sajd f’ibħra miftuħa (81). Dan fil-fatt jimplika li 3 307 bastimenti, elenkati mis-Sri Lanka fir-reġistru ta’ bastimenti awtorizzati tal-IOTC, qed jistadu illegalment meta jkunu qed jitwettqu l-attivitajiet tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC, ‘il barra miż-ŻEE tas-Sri Lanka. F’dan ir-rigward huwa mfakkar li, skont l-Artikolu 18(3)(b)(ii) tal-UNFSA, Stat tal-bandiera għandu jieħu miżuri biex jipprojbixxi sajd fl-ibħra miftuħa mill-bastimenti tiegħu li ma jkunux illiċenzjati kif imiss jew awtorizzati jistadu. Li s-Sri Lanka elenkat aktar minn 3 000 bastiment fir-reġistru ta’ bastimenti awtorizzati tal-IOTC mingħajr ma kellha leġiżlazzjoni li tipprovdi għal dawk il-bastimenti b’liċenzja legali, juri biċ-ċar li s-Sri Lanka mhix qed taġixxi skont ir-responsabbiltajiet tagħha bħala Stat tal-bandiera.

    (293)

    Barra dan, il-Kummissjoni stabbiliet, abbażi tal-informazzjoni miġjuba mill-IOTC (82), li għadd ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tas-Sri lanka kienu nqabdu u weħlu multa minn ċerti Stati kostali minħabba li kienu qed jistadu illegalment fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC. Dawk il-bastimenti tas-sajd huma Lek Sauro, Madu Kumari 2, Anuska Putha 1, Sudeesa Marine 5, Rashmi, Chmale, Shehani Duwa, Dory II, Randika Putah 1 u Vissopa Matha fl-2010, Sudharma, Speed Bird 7, Pradeepa 2, Kasun Putha 1, Win Marine 1, Speed Bird 3, Muthu Kumari u Little Moonshine fl-2011 u Helga Siril fl-2012.

    (294)

    F’dan ir-rigward huwa mfakkar li, skont l-Artikolu 18(1) u (2) tal-UNFSA, l-Istat tal-bandiera huwa responsabbli vis-à-vis l-bastimenti tiegħu li joperaw fl-ibħra miftuħa. Il-Kummissjoni tqis li l-preżenza kontinwa ta’ bastimenti bil-bandiera tas-Sri Lanka jistadu illegalment fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC hija indikazzjoni ċara li s-Sri Lanka naqset li twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha bħala Stat tal-bandiera skont id-dritt internazzjonali. Tabilħaqq, peress li għandha l-għadd imsemmi hawn fuq ta’ bastimenti tas-sajd mingħajr liċenzja u, għalhekk, illegalment, is-Sri Lanka naqset li teżerċita r-responsabbiltajiet tagħha b’mod effikaċi, li tkun konformi mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMO u li tiżgura li l-bastimenti tagħha ma jieħdu sehem f’ebda attività li timmina l-effikaċja ta’ miżuri bħal dawn.

    (295)

    Skont l-Artikolu 19(1) u (2) tal-UNFSA, Stat tal-bandiera jeħtieġlu jiżgura konformità mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu mar-regoli ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMO. L-Istati tal-bandiera jeħtiġilhom ukoll imexxu investigazzjonijiet u proċedimenti ġudizzjarji bla telf ta’ żmien. L-Istat tal-bandiera għandu jiżgura wkoll sanzjonijiet adegwati, jiskoraġġixxi ripetizzjoni ta’ vjolazzjonijiet u jċaħħad lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mill-attivitajiet illegali. F’dan ir-rigward huwa nnutat li m’hemmx leġiżlazzjoni fis-Sri Lanka li tipprovdi għall-għoti ta’ liċenzji tas-sajd lill-bastimenti bil-bandiera tas-Sri Lanka biex joperaw ‘il barra miż-ŻEE tas-Sri Lanka. Li s-Sri Lanka elenkat aktar minn 3 000 bastiment tas-sajd fir-reġistru ta’ bastimenti awtorizzati tal-IOTC juri biċ-ċar li s-Sri Lanka tippermetti lill-bastimenti tagħha jistadu f’ibħra miftuħa b’kontravenzjoni tar-regoli tal-IOTC minħabba li s-Sri Lanka m’għandhiex leġiżlazzjoni li tipprovdi għall-għoti ta’ liċenzji għall-attivitajiet tas-sajd fl-ibħra miftuħa. Dan juri biċ-ċar sewwa n-nuqqas tas-Sri Lanka li tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 19(1) u (2) tal-UNFSA.

    (296)

    Barra dan, skont l-Artikolu 20 tal-UNFSA, l-Istati għandhom jikkooperaw jew direttament jew permezz tal-RFMOs biex jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ u infurzar tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs. Sett ta’ rekwiżiti speċifiċi msemmijin f’dak l-Artikolu jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati li jinvestigaw, jikkooperaw ma’ xulxin u jissanzjonaw attivitajiet tas-sajd IUU. F’dan il-kuntest, għandu jkun imfakkar li s-Sri Lanka kellha 13-il bastimenti elenkati fl-abbozz tal-lista ta’ bastimenti IUU għal-laqgħa annwali tal-IOTC li saret f’Marzu 2011 (83). L-IOTC qablet, minkejja nuqqas ta’ kunsens, li ma telenkax dawk il-bastimenti. Iżda l-IOTC talbet lis-Sri Lanka biex tirrapporta kull xahar dwar fejn ikunu dawk il-bastimenti, kif ukoll dwar id-deċiżjoni finali tal-qrati tas-Sri Lanka fir-rigward ta’ kull bastiment. Huwa nnutat li s-Sri Lanka naqset li tissodisfa l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-infurzar minħabba li rrapportat biss lill-IOTC fir-rigward ta’ erbgħa minn 12-il xahar minkejja t-talba tal-IOTC.

    (297)

    Huwa mfakkar ukoll li, skont l-Artikolu 118 tal-UNCLOS, l-Istati għandhom jikkooperaw fil-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ riżorsi ħajjin fiż-żoni tal-ibħra miftuħa. F’dan ir-rigward il-preżenza ta’ għadd ta’ bastimenti bil-bandiera tas-Sri Lanka jistadu illegalment fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC turi sewwa n-nuqqas tas-Sri Lanka li tissodisfa l-obbligi tagħha bħala Stat tal-bandiera. Tabilħaqq bastimenti tas-sajd maqbudin jistadu illegalment jimminaw il-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin.

    (298)

    In-nuqqas ta’ konformità mis-Sri Lanka fir-rigward tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tas-Sri Lanka jistadu illegalment fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC huwa wkoll ksur tal-Artikolu 217 tal-UNCLOS li jesiġi li l-Istati tal-bandiera japplikaw sanzjonijiet speċifiċi ta’ infurzar biex jiżguraw il-konformità mar-regoli internazzjonali, jinvestigaw vjolazzjonijiet preżunti u jissanzjonaw b’mod adegwat kull vjolazzjoni.

    (299)

    L-eżistenza ta’ għadd ta’ bastimenti bil-bandiera tas-Sri Lanka jistadu illegalment fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC ukoll turi n-nuqqas ta’ ħila tas-Sri Lanka li ssegwi l-parir ta’ IPOA IUU. Il-punt 34 ta’ IPOA IUU jagħti parir lill-Istati li jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd li jkunu intitolati jtajru bandiera tagħhom ma jiħdux sehem jew jappoġġjaw sajd IUU.

    (300)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u 31(4)(a) tar-Regolament IUU, li s-Sri Lanka naqset li taqdi dawk li huma d-dmirijiet tagħha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward ta’ bastimenti IUU u ta’ sajd IUU imwettaq jew appoġġjat mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħha jew miċ-ċittadini tagħha u li ma kinitx ħadet azzjoni suffiċjenti biex topponi sajd IUU dokumentat u ripetut minn bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha.

    13.2.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni u infurzar (l-Artikolu 31(5) tar-Regolament IUU)

    (301)

    Fir-rigward ta’ jekk is-Sri Lanka tikkooperax b’mod effikaċi mal-Kummissjoni dwar l-investigazzjonijiet ta’ sajd IUU u l-attivitajiet assoċjati, huwa nnutat li evidenza miġbura mill-Kummissjoni tindika li s-Sri Lanka naqset li tissodisfa l-obbligi tagħha bħala Stat tal-bandiera kif stabbiliti mid-dritt internazzjonali.

    (302)

    Kif imsemmi fil-premessa (296), is-Sri Lanka kellha 13-il bastiment elenkat fl-abbozz tal-lista’ ta’ bastimenti IUU għal-laqgħa annwali f’Marzu 2011. L-IOTC qablet, minkejja nuqqas ta’ kunsens, li ma telenkax il-bastimenti. Madankollu, l-IOTC talbet fil-fatt lis-Sri Lanka biex tirrapporta kull xahar dwar fejn ikunu dawk il-bastimenti, kif ukoll dwar id-deċiżjoni finali tal-qrati tas-Sri Lanka. Madankollu. minkejja t-talba tal-IOTC, is-Sri Lanka rrapportat biss lill-IOTC fir-rigward ta’ erbgħa mit-12-il xahar.

    (303)

    Meta aġixxiet bil-mod deskritt fil-premessa hawn fuq is-Sri Lanka naqset milli turi li qed tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 94(2)(b) tal-UNCLOS li jistipula li Stat tal-bandiera jassumi l-ġurisdizzjoni skont id-dritt intern tiegħu fuq kull vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu u fuq il-kaptan, l-uffiċjali u l-ekwipaġġ tiegħu.

    (304)

    Is-Sri Lanka naqset ukoll milli turi li tissodisfa r-rakkomandazzjonijiet fil-punt 18 ta’ IPOA IUU li jistipula li, meqjusin id-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS, kull Stat għandu jieħu miżuri jew jikkoopera biex jiżgura li ċ-ċittadini soġġetti għall-ġurisdizzjoni tiegħu ma jappoġġjawx jew jieħdu sehem f’sajd IUU. Barra dan, is-Sri Lanka naqset ukoll milli turi li hija tikkoopera u tikkoordina attivitajiet ma’ Stati oħra biex tippreveni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd IUU bil-mod stabbilit fil-punt 28 ta’ IPOA IUU.

    (305)

    Il-Kummissjoni analizzat jekk is-Sri Lanka kinitx ħadet miżuri effikaċi ta’ infurzar fir-rigward tal-operaturi responsabbli għas-sajd IUU u jekk kinux applikati sanzjonijiet ta’ severità suffiċjenti li jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu minn sajd IUU.

    (306)

    Huwa nnutat li l-evidenza disponibbli tikkonferma li s-Sri Lanka ma kinitx issodisfat l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tal-miżuri effikaċi ta’ infurzar. F’dan ir-rigward l-informazzjoni miġjuba mir-rapporti ta’ imbarkazzjoni (84) minn ċerti awtoritajiet ta’ Stati kostali dwar bastimenti li jtajru l-bandiera tas-Sri Lanka li jistadu illegalment barra miż-ŻEE tas-Sri Lanka turi li l-immarkar tal-bastimenti, ir-rekwiżit li tinġarr dokumentazzjoni abbord, inklużi l-ġurnali ta’ abbord, mhumiex infurzati mis-Sri Lanka. Il-preżenza tal-bastimenti tas-Sri Lanka fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC mingħajr immarkar xieraq u mingħajr dokumentazzjoni abbord turi sewwa n-nuqqas tas-Sri Lanka li tonora r-responsabbiltajiet tagħha vis-à-vis l-bastimenti tagħha li joperaw fl-ibħra miftuħa kif stabbilit fl-Artikolu 18(1), (2) u (3) tal-UNFSA.

    (307)

    Barra dan, il-preżenza kontinwa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tas-Sri Lanka li jistadu illegalment fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC hija wkoll indikazzjoni ċara li s-Sri Lanka mhix qed tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 19(1) tal-UNFSA li jistabbilixxi regoli għall-Istati tal-bandiera dwar il-konformità u l-infurzar. Il-prestazzjoni tas-Sri Lanka f’din il-ħaġa wkoll mhijiex skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 19(1) tal-UNFSA li jistipula, fost l-oħrajn, li s-sanzjonijiet għandhom ikunu adegwati fis-severità u jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mill-attivitajiet illegali tagħhom. Barra dan, il-prestazzjoni tas-Sri Lanka fir-rigward tal-miżuri effikaċi ta’ infurzar ukoll mhijiex skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-punt 21 ta’ IPOA IUU li jagħti l-parir li l-Istati li jiżguraw li s-sanzjonijiet għas-sajd IUU mill-bastimenti, u sakemm ikun l-aktar possibbli, miċ-ċittadini fil-ġurisdizzjoni tagħhom, ikunu ta’ severità suffiċjenti biex b’mod effikaċi jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw sajd IUU u jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu minn sajd bħal dan.

    (308)

    Fir-rigward tal-istorja, in-natura, iċ-ċirkustanzi, id-dimensjoni u l-gravità tal-manifestazzjonijiet ta’ sajd IUU li qed ikun ikkunsidrat, il-Kummissjoni qieset l-attivitajiet rikorrenti u ripetittivi ta’ sajd IUU ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tas-Sri Lanka sal-2012.

    (309)

    Fir-rigward tal-kapaċità eżistenti tal-awtoritajiet tas-Sri Lanka, għandu jkun innutat li, skont l-indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (85), is-Sri Lanka titqies bħala pajjiż medju fl-iżvilupp tal-bniedem (is-97 minn 187 pajjiż). Dan huwa kkonfermat ukoll mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 fejn is-Sri Lanka hija elenkata fil-kategorija ta’ pajjiż bi dħul medju inferjuri.

    (310)

    Abbażi ta’ informazzjoni li toħroġ mill-ewwel missjoni ma jistax jitqies li l-awtoritajiet tas-Sri Lanka jonqsuhom riżorsi finanzjarji iżda aktarx jonqoshom l-ambjent legali u amministrattiv meħtieġ, kif ukoll riżorsi umani biex jaqdu dmirijiethom.

    (311)

    Barra dan, għandu jkun enfasizzat, skont ir-rakkomandazzjonijiet fil-punti 85 u 86 ta’ IPOA IUU dwar ħtiġijiet speċjali ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, li l-Unjoni diġà ħarġet fondi għal programm speċifiku ta’ assistenza teknika fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU (86).

    (312)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u 31(5) tar-Regolament IUU, li s-Sri Lanka naqset milli taqdi dawk li huma d-dmirijiet tagħha skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-isforzi tal-infurzar.

    13.3.   Nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ regoli internazzjonali (l-Artikolu 31(6) tar-Regolament IUU)

    (313)

    Is-Sri Lanka rratifikat l-UNCLOS u l-UNFSA. Barra dan, is-Sri Lanka hija membru tal-IOTC.

    (314)

    Il-Kummissjoni analizzat kull informazzjoni meqjusa rilevanti fir-rigward tal-istatus tas-Sri Lanka bħala Membru tal-IOTC.

    (315)

    Il-Kummissjoni analizzat ukoll kull informazzjoni meqjusa rilevanti fir-rigward tal-ftehim tas-Sri Lanka biex tapplika l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-IOTC.

    (316)

    Huwa mfakkar li l-IOTC kienet ħarġet ittra ta’ Tħassib lis-Sri Lanka fit-22 ta’ Marzu 2011 (87) dwar ir-Rapport ta’ Konformità tagħha għall-2011. It-tħassib ewlieni msemmi f’dik l-ittra kien dwar ir-rapport ta’ implimentazzjoni li kien intbagħat tard, il-livell ta’ konformità tal-bastimenti tas-Sri Lanka fir-rigward tal-iskemi tal-VMS u tal-osservatur, l-inkonsistenzi fil-Pjan ta’ Żvilupp tal-Flotta, in-nuqqas ta’ rapportar dwar il-qabdiet inċidentali ta’ fkieren u għasafar tal-baħar, in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-ħatt l-art minn bastimenti ta’ pajjiżi terzi f’portijiet tas-Sri Lanka u l-konformità parzjali dwar ir-rekwiżit ta’ rapportar ta’ statistika.

    (317)

    Ulterjorment għas-sitwazzjoni kif spjegata fil-premessa hawn fuq, il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni disponibbli mill-IOTC dwar il-konformità tas-Sri Lanka mar-regoli ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-IOTC u mal-obbligi tar-rapportar. Għal dan il-Kummissjoni użat ir-Rapport ta’ Konformità tal-IOTC għall-2011 (88), kif ukoll ir-Rapport ta’ Konformità tal-IOTC għall-2012 (89).

    (318)

    Fir-rigward tar-Rapport ta’ Konformità għall-2011, is-Sri Lanka ma bagħtitx: ir-Rapporti Annwali u l-Istatistika, informazzjoni b’referenza għall-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni u informazzjoni dwar il-kwoti u l-limiti tal-qbid.

    (319)

    B’mod partikolari, skont l-informazzjoni disponibbli, fl-2010 s-Sri Lanka ma bagħtitx lill-IOTC informazzjoni dwar: ir-Rapport ta’ Implimentazzjoni u r-Rapport Nazzjonali lill-Kumitat Xjentifiku; il-pjan ta’ żvilupp tal-flotta, il-lista ta’ bastimenti attivi li kellhom fil-mira it-tonnijiet tropikali matul l-2006, il-lista ta’ bastimenti attivi li kellhom fil-mira l-pixxispad ul-alongi matul 2007 (ipprovduta fir-Riżoluzzjoni 09/02); il-lista ta’ bastimenti attivi (ipprovduta fir-Riżoluzzjoni 10/08); l-abbozz ta’ lista ta’ bastimenti IUU minkejja li kellha 13 mill-bastimenti tagħha stess f’din il-lista (previst mir-Riżoluzzjoni 09/03); qil-abdiet inċidentali ta’ fkieren u għasafar tal-baħar (ipprovduti fir-Riżoluzzjoni 10/02); il-kodifikar mill-ġdid tal-qabdiet mill-bastimenti tas-sajd (ipprovduti fir-Riżoluzzjoni 10/03); il-portijiet magħżula (ipprovduti fir-Riżoluzzjoni 10/11).

    (320)

    Fir-rigward tar-Rapport ta’ Konformità għall-2012, is-Sri Lanka ma bagħtitx: l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-istatistika, l-informazzjoni b’referenza għall-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni u l-informazzjoni dwar il-kwoti u l-limiti tal-qbid.

    (321)

    Fir-rigward tal-2011, skont l-informazzjoni disponibbli, is-Sri Lanka ma bagħtet ebda informazzjoni, lanqas parzjali, dwar: l-adozzjoni tal-VMS għall-bastimenti kollha li jkunu itwal minn 15-il metru u s-sommarju tar-reġistrazzjonijiet tal-VMS (ipprovduti fir-Riżoluzzjonijiet 06/03 u 10/01); il-pjan ta’ żvilupp tal-flotta (ipprovdut fir-Riżoluzzjoni 09/02); il-lista ta’ bastimenti attivi (ipprovduta fir-Riżoluzzjoni 10/08); il-projbizzjoni ta’ sajd għall-pixxivolpi ta’ kull speċi u r-rapport dwar il-fkieren tal-baħar (ipprovduti fir-Riżoluzzjonijiet 10/12 u 09/06); l-iskemi reġjonali tal-osservaturi (ipprovduti fir-Riżoluzzjoni 11/04); l-awtorità kompetenti maħtura u rapporti ta’ spezzjonijiet dwar l-ispezzjonijiet fil-port (ipprovduti fir-Riżoluzzjoni 10/11); il-bastimenti u ċ-ċittadini identifikati bħala involuti f’sajd IUU (ipprovduti fir-Riżoluzzjonijiet 11/03 u 07/01).

    (322)

    Barra dan, kien żvelat għadd ta’ elementi matul l-ewwel missjoni fis-Sri Lanka. Bastimenti tas-sajd tas-Sri Lanka li joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC, barra miż-ŻEE tas-Sri Lanka, ma setax isirilhom monitoraġġ minħabba n-nuqqas tal-VMS. Is-Sri Lanka ma kellhiex leġiżlazzjoni li tipprovdi għar-rapportar tal-qbid. Ma kien hemm ebda linji gwida jew metodoloġija għall-ħatt l-art minn bastimenti ta’ pajjiżi terzi, l-aktar dwar każijiet ta’ ċaħdiet ta’ ħatt l-art li ma jkunux innotifikati lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment. Dik il-missjoni identifikat b’mod ċar diversi nuqqasijiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza.

    (323)

    In-nuqqas tas-Sri Lanka li tipprovdi lill-IOTC l-informazzjoni msemmija fil-premessi (316) sa (321) turi n-nuqqas tas-Sri Lanka li tissodisfa l-obbligi tagħha bħala Stat tal-bandiera, stabbiliti fl-UNCLOS u fl-UNFSA.

    (324)

    In-nuqqasijiet żvelati mill-ewwel missjoni u msemmija fil-premessa (322) jipprovdu aktar evidenza tan-nuqqas tas-Sri Lanka li tissodisfa l-obbligi tagħha bħala Stat tal-bandiera stabbiliti fl-UNFSA.

    (325)

    Tabilħaqq in-nuqqas li tgħati informazzjoni dwar il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni, il-kwoti u l-limiti tal-qbid u r-rapporti annwali u tal-istatistika jimmina l-ħila tas-Sri Lanka li tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikol 117 u l-Artikolu 118 tal-UNCLOS li jistipulaw id-dmirijiet tal-Istati li jadottaw miżuri nazzjonali għaċ-ċittadini rispettivi tagħhom għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-ibħra miftuħa u li jikkooperaw dwar miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni għar-riżorsi ħajjin fiż-żoni tal-ibħra miftuħa.

    (326)

    Is-Sri Lanka, kuntrarju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18(3)(a) tal-UNFSA, ma għandhiex kontroll tal-bastimenti f’ibħra miftuħa. Is-Sri Lanka issottomettiet lista ta’ aktar minn 3 000 bastiment awtorizzat għar-reġistrazzjoni tal-IOTC minkejja li ma kellhiex leġiżlazzjoni biex tipprovdi lil dawn il-bastimenti b’liċenzji leġittimi għas-sajd. Dan ifisser li l-parti tal-flotta tas-Sri Lanka li kellha liċenzja li tawtorizza waqfa fuq il-baħar għal aktar minn jum wieħed (1), kienet qed tistad illegalment fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC, barra miż-ŻEE tas-Sri Lanka.

    (327)

    Is-Sri Lanka ma tissodisfax l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 18(3)(b) tal-UNFSA minħabba li jonqosha l-leġiżlazzjoni dwar il-liċenzjar u l-operazzjoni ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tagħha li jistadu fl-ibħra miftuħa.

    (328)

    Is-Sri Lanka mhix konformi mar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni u r-rapportar f’waqtu skont l-Artikolu 18(3)(e) tal-UNFSA minħabba n-nuqqas tagħha li tibgħat lill-IOTC informazzjoni dwar il-pjan ta’ żvilupp tal-flotta, il-lista ta’ bastimenti attivi u r-rapport dwar il-fkieren tal-baħar.

    (329)

    Barra dan, is-Sri Lanka ma tissodisfax l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 18(3)(f) tal-UNFSA fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità tagħha mar-rekwiżiti tal-IOTC dwar il-VMS għall-bastimenti tagħha, in-nuqqas tagħha ta’ skema ta’ spezzjonijiet u n-nuqqas tagħha ta’ mezzi biex tiżgura s-superviżjoni tal-attivitajiet tal-ħatt l-art f’portijiet mhux tas-Sri Lanka.

    (330)

    Is-Sri Lanka ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18(3)(g) tal-UNFSA minħabba n-nuqqas ta’ skemi tal-osservatur skont ir-rekwiżiti tal-IOTC u l-informazzjoni miġbura matul l-ewwel missjoni dwar il-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tas-Sri Lanka li jwettqu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza.

    (331)

    L-analiżi tal-premessi (326) sa (330) turi biċ-ċar li l-prestazzjoni tas-Sri Lanka hija bi ksur tal-Artikolu 18(3) tal-UNFSA.

    (332)

    Is-Sri Lanka ma tissodisfax l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 23 tal-UNFSA minħabba l-fatt li ma bagħtitx lill-IOTC il-programm ta’ spezzjonijiet fil-port.

    (333)

    Barra dan, kif spjegat fil-premessi (316) sa (321), l-informazzjoni mill-IOTC tindika li s-Sri Lanka mhix qed tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 117 tal-UNCLOS u l-Artikolu 18 tal-UNFSA fir-rigward tal-miżuri ta’ ġestjoni u konservazzjoni.

    (334)

    Fl-aħħar nett, għandu jkun innotat li, kuntrarju għar-rakkomandazzjonijiet fil-punti 25, 26 u 27 ta’ IPOA IUU, is-Sri Lanka ma żviluppatx Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali kontra s-sajd IUU.

    (335)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u (6) tar-Regolament IUU, li s-Sri Lanka naqset li taqdi dawk li huma d-dmirijiet tagħha skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tar-regoli, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni internazzjonali.

    13.4.   Limitazzjonijiet speċifiċi ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw

    (336)

    Huwa mfakkar li, skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (90), is-Sri Lanka titqies bħala pajjiż medju fl-iżvilupp tal-bniedem (is-97 minn 187 pajjiż). Dan huwa kkonfermat ukoll mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 fejn is-Sri Lanka hija elenkata fil-kategorija ta’ pajjiż bi dħul medju inferjuri.

    (337)

    Meqjusa dik il-gradazzjoni, is-Sri Lanka ma tistax titqies bħala pajjiż li għandu limitazzjonijiet speċifiċi li ġejjin direttament mil-livell tiegħu ta’ żvilupp. Ma setgħet tkun stabbilita ebda evidenza korroborattiva li tissuġġerixxi li n-nuqqas tas-Sri Lanka li taqdi dawk li huma d-dmirijiet tagħha skont id-dritt internazzjonali huwa r-riżultat ta’ nuqqas ta’ żvilupp. Bl-istess mod, ma teżisti ebda evidenza li tikkorrelata n-nuqqasijiet stabbiliti ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd man-nuqqas ta’ kapaċitajiet u infrastruttura. Fil-fatt għar-raġunijiet spjegati fil-premessa ta’ qabel din jidher li n-nuqqas ta’ konformità mar-regoli internazzjonali huwa direttament marbut man-nuqqas ta’ strumenti legali xierqa u n-nuqqas ta’ rieda li jittieħdu azzjonijiet effikaċi.

    (338)

    Huwa wkoll rilevanti jkun innutat li l-Unjoni diġà ħarġet fondi, fl-2012, għal azzjoni speċifika ta’ assistenza teknika fis-Sri Lanka fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU (91).

    (339)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kollha kif spjegata f’din is-Sezzjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(7) tar-Regolament IUU, li l-istatus ta’ żvilupp u l-prestazzjoni globali tas-Sri Lanka fir-rigward tas-sajd mhumiex imdgħajfin mil-livell tagħha ta’ żvilupp.

    14.   PROĊEDURA FIR-RIGWARD TAR-REPUBBLIKA TAT-TOGO

    (340)

    Mid-29 ta’ Marzu sal-1 ta’ April 2011, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EFCA, wettqet missjoni fir-Repubblika tat-Togo (it-Togo) fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU.

    (341)

    Il-missjoni fittxet li tivverifika informazzjoni dwar l-arranġamenti tat-Togo għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li magħhom għandhom ikunu konformi l-bastimenti tas-sajd tiegħu, dwar il-miżuri meħudin mit-Togo biex jimplimenta l-obbligi tiegħu fil-ġlieda kontra s-sajd IUU u biex jissodisfa r-rekwiżiti u l-punti tiegħu li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-qbid tal-Unjoni.

    (342)

    Il-Kummissjoni talbet kjarifiki bil-miktub mit-Togo fil-11 ta’ Mejju 2011 u fil-5 ta’ Lulju 2011 bħala segwitu għall-missjoni.

    (343)

    It-Togo bagħat kummenti bil-miktub u informazzjoni fis-17 ta’ Mejju 2011, fl-14 ta’ Lulju 2011, fid-19 ta’ Lulju 2011 u fis-26 ta’ Lulju 2011.

    (344)

    It-Togo mhux Parti Kontraenti jew Kooperatur mhux Membru ta’ xi RFMO. It-Togo huwa membru tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) u tal-Kumitat tas-Sajd tal-Golf tal-Punent u Ċentrali tal-Ginea (FCWC), li huma korpi konsultattivi reġjonali għas-sajd. L-għan tas-CECAF huwa li jippromwovi l-utilizzazzjoni sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fiż-żona tiegħu ta’ kompetenza b’ġestjoni u żvilupp xierqa tas-sajd u tal-operazzjonijiet tas-sajd. Bl-istess mod, l-għan tal-FCWC huwa li jippromwovi l-kooperazzjoni fost il-Partijiet Kontraenti biex jiżgura, permezz ta’ ġestjoni xierqa, il-konservazzjoni u l-aqwa utilizzazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar koperti mill-Konvenzjoni tal-FCWC u jinkoraġġixxi l-iżvilupp sostenibbli tas-sajd abbażi ta’ riżorsi bħal dawn.

    (345)

    It-Togo rratifika l-UNCLOS.

    (346)

    Biex tevalwa l-konformità tat-Togo mal-obbligi internazzjonali tiegħu bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq stabbiliti fil-ftehim internazzjonali msemmi fil-premessa ta’ qabel din u stabbiliti mill-RFMOs rilevanti msemmija fil-premessa (347), il-Kummissjoni kisbet u analizzat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għall-fini ta’ eżerċizzju bħal dan.

    (347)

    Il-Kummissjoni użat l-informazzjoni li toħroġ mid-dejta disponibbli ppubblikata mill-RFMOs, b’mod partikolari l-ICCAT, is-CCAMLR, id-WCPFC, in-NEAFC, in-NAFO u s-SEAFO jew fl-għamla ta’ Rapporti ta’ Konformità jew fl-għamla ta’ listi ta’ bastimenti IUU, kif ukoll l-informazzjoni disponibbli pubblikament miġjuba mir-Rapport ta’ NMFS u mir-Rapport Tekniku Finali li jipprovdi “Għajnuna għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni reġjonali tal-FCWC dwar sajd IUU” ippubblikat mill-FCWC.

    15.   IL-POSSIBBILTÀ LI T-TOGO JIĠI IDENTIFIKAT BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

    (348)

    Skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni analizzat ir-responsabbiltajiet tat-Togo bħala Stat tal-bandiera, tal-port, jew kostali jew tas-suq. Għall-fini ta’ dan l-eżami l-Kummissjoni qieset il-parametri elenkati fl-Artikolu 31(4) sa (7) tar-Regolament IUU.

    15.1.   Rikorrenza ta’ bastimenti IUU u flussi ta’ kummerċ IUU (l-Artikolu 31(4) (a) tar-Regolament IUU)

    (349)

    Il-Kummissjoni stabbiliet abbażi tal-informazzjoni miġjuba mil-listi ta’ bastimenti IUU tal-RFMOs li għadd ta’ bastimenti IUU f’dawn il-listi kienu jtajru l-bandiera tat-Togo wara li ddaħħlu fil-listi ta’ bastimenti IUU tal-RFMOs (92). Dawk il-bastimenti huma Aldabra (elenkat waqt li kien bil-bandiera tat-Togo), Amorinn, Cherne, Kuko (elenkat waqt li kien bil-bandiera tat-Togo), Lana, Limpopo, Murtosa (elenkat waqt li kien bil-bandiera tat-Togo), Pion, Seabull 22, Tchaw (elenkat waqt li kien bil-bandiera tat-Togo), Xiong Nu Baru 33 (elenkat waqt li kienu bil-bandiera tat-Togo).

    (350)

    F’dan ir-rigward huwa mfakkar li, skont l-Artikolu 94(1) u (2) tal-UNCLOS, kull Stat għandu jeżerċita b’mod effikaċi l-ġurisdizzjoni u l-kontroll tiegħu fuq vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu. Il-Kummissjoni tqis li l-eżistenza ta’ bastimenti IUU fil-listi IUU tal-RFMOs li kienu jtajru l-bandiera tat-Togo wara li ddaħħlu f’dawn il-listi hija indikazzjoni ċara li t-Togo naqas li jwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu bħala l-Istat tal-bandiera skont id-dritt internazzjonali. Tabilħaqq, peress li hemm l-għadd imsemmi ta’ bastimenti IUU rikorrenti, it-Togo naqas li jeżerċita r-responsabbiltajiet tiegħu b’mod effikaċi, li jkun konformi mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs u li jiżgura li l-bastimenti tiegħu ma jagħmlu ebda attività li timmina l-effikaċja ta’ miżuri bħal dawn.

    (351)

    Skont l-Artikolu 94 tal-UNCLOS, Stat tal-bandiera jeħtieġlu jiżgura konformità mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u jassumi ġurisdizzjoni skont id-dritt intern tiegħu fuq kull vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu u fuq il-kaptan, l-uffiċjali u l-ekwipaġġ tiegħu. Barra dan, skont l-Artikolu 117 tal-UNCLOS, l-Istat tal-bandiera għandu d-dmir li jieħu, jew li jikkoopera ma’ Stati oħra biex jittieħdu miżuri bħal dawn għaċ-ċittadini rispettivi tagħhom skont kif ikun meħtieġ għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-ibħra miftuħa. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-eżistenza tul iż-żmien ta’ għadd ta’ bastimenti IUU li kienu jtajru l-bandiera tat-Togo wara li ddaħħlu fil-listi ta’ bastimenti IUU tal-RFMOs turi sewwa n-nuqqas tat-Togo li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-UNCLOS.

    (352)

    Huwa mfakkar ukoll li, skont l-Artikolu 118 tal-UNCLOS, l-Istati għandhom jikkooperaw fil-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin fiż-żoni tal-ibħra miftuħa. F’dan ir-rigward l-eżistenza ta’ għadd ta’ bastimenti fil-listi IUU tal-RFMOs li kienu jtajru l-bandiera tat-Togo wara li ddaħħlu f’dawn il-listi, li għadhom qed jieħdu sehem f’operazzjonijiet tas-sajd, turi sewwa n-nuqqas tat-Togo li jissodisfa l-obbligi tiegħu bħala Stat tal-bandiera. Tabilħaqq bastimenti għas-sajd IUU rikonoxxuti jimminaw il-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin.

    (353)

    L-eżistenza ta’ għadd ta’ bastimenti fil-listi IUU tal-RFMOs li kienu jtajru l-bandiera tat-Togo wara li ddaħħlu f’dawn il-listi hija wkoll ksur tal-Artikolu 217 tal-UNCLOS li jesiġi li l-Istati tal-bandiera japplikaw sanzjonijiet speċifiċi ta’ infurzar biex jiżguraw il-konformità mar-regoli internazzjonali, jinvestigaw vjolazzjonijiet preżunti u jissanzjonaw b’mod adegwat kull vjolazzjoni.

    (354)

    L-eżistenza ta’ għadd ta’ bastimenti IUU fil-listi IUU tal-RFMOs li kienu jtajru l-bandiera tat-Togo wara li ddaħħlu f’dawn il-listi wkoll turi n-nuqqas ta’ ħila tat-Togo li jsegwi l-parir ta’ IPOA IUU. Il-punt 34 ta’ IPOA IUU jagħti parir lill-Istati li jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd intitolati jtajru l-bandiera tagħhom ma jiħdux sehem jew jappoġġjaw sajd IUU.

    (355)

    Barra dan, ikun f’loku li jkun innutat li t-Togo kien inkluż fir-Rapport ta’ NMFS. Skont ir-Rapport ta’ NMFS, diversi bastimenti li jtajru l-bandiera tat-Togo li kienu jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ sajd kienu jiksru l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tas-CCAMLR (93). Ir-Rapport ta’ NMFS ma jidentifikax lit-Togo bħala pajjiż b’bastimenti li kienu jieħdu sehem f’attività tas-sajd IUU, meqjus il-fatt li ċerti azzjonijiet (it-tneħħija mir-reġistrazzjoni) kienu ttieħdu biex ikunu indirizzati l-attivitajiet illegali tas-sajd ta’ dawk il-bastimenti li kienu jtajru l-bandiera tat-Togo. Iżda r-Rapport ta’ NMFS jesprimi tħassib dwar li l-attivitajiet tas-sajd IUU jkunu indirizzati billi jitneħħew bastimenti mir-reġistru minflok ma jkunu applikati sanzjonijiet oħra.

    (356)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tal-elementi kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u 31(4)(a) tar-Regolament IUU, li t-Togo naqas li jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward tal-bastimenti IUU u tas-sajd IUU mwettaq jew appoġġjat mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jew miċ-ċittadini tiegħu u li ma kienx ħa azzjoni suffiċjenti biex jopponi s-sajd IUU dokumentat u ripetut minn bastimenti li qabel kienu jtajru l-bandiera tiegħu.

    15.2.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni u infurzar (l-Artikolu 31(5) tar-Regolament IUU)

    (357)

    Fir-rigward ta’ jekk it-Togo jikkooperax b’mod effikaċi mal-Kummissjoni dwar l-investigazzjonijiet tas-sajd IUU u l-attivitajiet assoċjati, huwa nnutat li l-evidenza miġbura mill-Kummissjoni tindika li t-Togo naqas li jissodisfa l-obbligi tiegħu bħala Stat tal-bandiera kif stabbiliti mid-dritt internazzjonali.

    (358)

    F’diversi okkażjonijiet, il-Kummissjoni talbet lit-Togo biex jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa fir-rigward ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tat-Togo li kienu joperaw fiż-Żona tal-Konvenzjoni tas-CCAMLR u elenkati fil-lista ta’ bastimenti IUU tas-CCAMLR. Kien biss wara li ntbagħtu tliet ittri ta’ tfakkira mill-Kummissjoni li t-Togo ħareġ ċertifikati ta’ tneħħija mir-reġistru ta’ disa’ bastimenti IUU tiegħu, billi indika l-ittri tal-Kummissjoni fil-premessi ta’ dawk iċ-ċertifikati. Żewġ bastimenti tas-sajd IUU oħra tat-Togo wkoll tneħħew mir-reġistru wara diversi kjarifiki mitluba mill-Kummissjoni dwar l-istatus tagħhom. Madankollu, barra minn din it-tneħħija mir-reġistru tal-bastimenti, it-Togo naqas li jwettaq kull azzjoni oħra biex jindirizza s-sajd IUU stabbilit u rikorrenti.

    (359)

    Meta aġixxa bil-mod deskritt fil-premessa hawn fuq it-Togo naqas milli juri li qed jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 94(2)(b) tal-UNCLOS li jistipula li Stat tal-bandiera jassumi l-ġurisdizzjoni skont id-dritt intern tiegħu fuq kull vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu u fuq il-kaptan, l-uffiċjali u l-ekwipaġġ tiegħu.

    (360)

    Il-Kummissjoni analizzat jekk it-Togo kienx ħa miżuri effikaċi ta’ infurzar fir-rigward tal-operaturi responsabbli għas-sajd IUU u jekk kinux applikati sanzjonijiet ta’ severità suffiċjenti li jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu minn sajd IUU.

    (361)

    Evidenza disponibbli tikkonferma li t-Togo ma kienx issodisfa l-obbligi tiegħu skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tal-miżuri effikaċi ta’ infurzar. F’dan ir-rigward huwa mfakkar li hemm għadd sinifikanti ta’ bastimenti IUU fil-listi IUU tal-RFMOs li kienu jtajru l-bandiera tat-Togo wara li ddaħħlu f’dawn il-listi. L-eżistenza ta’ bastimenti IUU bħal dawn turi sewwa n-nuqqas tat-Togo li jonora r-responsabbiltajiet tiegħu vis-à-vis l-bastimenti tiegħu li joperaw fl-ibħra miftuħa kif stabbilit fl-Artikolu 94 tal-UNCLOS.

    (362)

    Barra dan, fir-rigward tal-konformità u l-infurzar, il-missjoni żvelat li t-Togo m’għandu ebda leġiżlazzjoni speċifika biex jindirizza attivitajiet tas-sajd IUU. L-unika miżura meħuda hija t-tneħħija mir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd. Madankollu, azzjoni bħal din ma timplikax investigazzjonijiet dwar l-attivitajiet illegali tas-sajd imwettqa mill-bastimenti, jew impożizzjoni ta’ sanzjoni għal vjolazzjonijiet stabbiliti. Tabilħaqq, it-tneħħija ta’ bastiment tas-sajd mir-reġistru ma tiżgurax li l-ħatjin ta’ vjolazzjoni jkunu ssanzjonati għall-azzjonijiet tagħhom u jkunu mċaħħdin mill-benefiċċji li joħorġu mill-azzjonijiet tagħhom. Id-deċiżjoni amministrattiva sempliċi li bastiment tas-sajd jitneħħa mir-reġistru mingħajr ma tkun żgurata l-possibbiltà li jkunu imposti pieni oħra hija att li ma jiżgurax effetti ta’ deterrent. Azzjoni bħal din ma tiżgurax il-kontroll mill-Istat tal-bandiera fuq il-bastimenti tas-sajd kif meħtieġ skont l-Artikolu 94 tal-UNCLOS. Barra dan, il-prestazzjoni tat-Togo fir-rigward tal-konformità u l-infurzar mhijiex skont il-punt 18 ta’ IPOA IUU li jistipula li, meqjusin id-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS, kull Stat għandu jieħu miżuri jew jikkoopera biex jiżgura li ċ-ċittadini soġġetti għall-ġurisdizzjoni tiegħu ma jappoġġjawx jew jieħdu sehem f’sajd IUU. Il-prestazzjoni tat-Togo f’dan ir-rigward ukoll mhijiex skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-punt 21 ta’ IPOA IUU li jagħti parir lill-Istati li jiżguraw li s-sanzjonijiet għas-sajd IUU mill-bastimenti u, sakemm ikun l-aktar possibbli, miċ-ċittadini fil-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu ta’ severità suffiċjenti biex b’mod effikaċi jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw sajd IUU u jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mill-attivitajiet illegali tagħhom.

    (363)

    In-nuqqas tat-Togo li jissodisfa l-obbligi tiegħu ta’ infurzar huwa kkonfermat ukoll mill-korrispondenza skambjata bejn il-Kummissjoni u t-Togo, kif ukoll mid-diskussjonijiet li kien hemm matul il-missjoni tal-Kummissjoni fit-Togo. It-Togo iddikjara f’diversi okkażjonijiet li l-leġiżlazzjoni tiegħu ma tipprovdix għal sanzjonijiet għall-ħatjin ta’ sajd IUU.

    (364)

    Fir-rigward tal-istorja, in-natura, iċ-ċirkustanzi, id-dimensjoni u l-gravità tal-manifestazzjonijiet tas-sajd IUU li qed ikun ikkunsidrat, il-Kummissjoni qieset l-attivitajiet rikorrenti u ripetittivi ta’ bastimenti għal sajd IUU bil-bandiera tat-Togo sal-2012.

    (365)

    Fir-rigward tal-kapaċità eżistenti tal-awtoritajiet tat-Togo, għandu jkun innutat li, skont l-indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (94), it-Togo jitqies bħala pajjiż ta’ żvilupp baxx tal-bniedem (il-162 minn 187 pajjiż). Dan huwa kkonfermat ukoll mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 fejn it-Togo huwa elenkat fil-kategorija ta’ pajjiżi l-anqas żviluppati F’dan ir-rigward, il-limiti tal-kapaċità finanzjarja u amminsitratti tal-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitqiesu bħala fattur wieħed li jnaqqas il-ħila tat-Togo li jissodisfa d-dmijiet ta’ kooperazzjoni u infurzar tiegħu. Madankollu, wieħed ifakkar li n-nuqqasijiet fil-kooperazzjoni u l-infurzar huma marbuta man-nuqqas ta’ qafas legali adegwat li jippermetti l-azzjonijeit ta’ segwitu xierqa aktar milli mal-kapaċità eżistenti tal-awtoritajiet kompetenti.

    (366)

    Barra dan, għandu jkun enfasizzat li, skont ir-rakkomandazzjonijiet fil-punti 85 u 86 ta’ IPOA IUU dwar il-ħtiġijiet speċjali ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-Unjoni għenet lit-Togo fl-applikazzjoni tar-Regolament IUU permezz ta’ programm speċifiku ta’ assistenza teknika ffinanzjat mill-Kummissjoni (95).

    (367)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet kollha magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u 31(5) tar-Regolament IUU, li t-Togo naqas milli jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-isforzi tal-infurzar.

    15.3.   Nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ regoli internazzjonali (l-Artikolu 31(6) tar-Regolament IUU)

    (368)

    It-Togo reċentement irratifika l-UNCLOS u mhuwiex Parti Kontraenti jew Kooperatur mhux Membru ta’ xi RFMO.

    (369)

    Il-Kummissjoni analizzat kull informazzjoni meqjusa rilevanti fir-rigward tat-Togo derivata mill-FCWC u s-CCAMLR.

    (370)

    F’dan ir-rigward huwa nnutat li t-Togo huwa membru tal-FCWC li huwa korp konsultattiv subreġjonali tas-sajd. It-Tielet (3) Sessjoni tal-Konferenza Ministerjali tal-FCWC ltaqgħet f’Diċembru 2009 u adottat l-Azzjoni tal-Pjan Reġjonali tal-FCWC dwar is-sajd IUU fiż-żoni marittimi tal-pajjiżi Membri tal-FCWC (FCWC RPOA). Il-Ministri taw l-awtorità lill-President tal-Konferenza Ministerjali u lis-Segretarju Ġenerali tal-FCWC “biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan reġjonali” (96). L-ewwel laqgħa tal-grupp ta’ ħidma għall-ġlieda kontra sajd Illegali, Mhux Irrapportat u Mhux Irregolat tal-FCWC saret fil-Gana bejn it-28 u t-30 ta’ April 2010. Il-laqgħa rrakkomandat u qablet dwar skeda ta’ xogħol li tinkludi ċerti azzjonijiet li kellhom jitlestew (metodi għar-reġistrazzjoni tal-bastimenti, kooperazzjoni bejn il-pajjiżi Membri tal-FCWC biex tinħoloq sensibilizzazzjoni, ftehim dwar il-miżuri tal-Istati tal-port u l-istabbiliment ta’ lista ta’ bastimenti industrijali awtorizzati f’kull pajjiż Membru tal-FCWC), biex jittieħdu f’livell nazzjonali (97).

    (371)

    Fir-rigward tas-sitwazzjoni kif spjegata fil-premessa hawn fuq huwa nnutat li mill-korrispondenza u mill-missjoni tal-Kummissjoni fit-Togo ma jirriżultax li t-Togo kien ħa xi passi għall-implimentazzjoni tal-FCWC RPOA jew fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-ewwel laqgħa tal-grupp ta’ ħidma IUU tal-FCWC.

    (372)

    Barra dan, matul l-2010 u l-2011, is-CCAMLR irrapportat diversi ilmiħ ta’ bastimenti IUU li jtajru l-bandiera tat-Togo jew ta’ bastimenti IUU fil-listi IUU tal-RFMOs li kienu jtajru l-bandiera tat-Togo wara li ddaħħlu f’dawn il-listi. Eżempji ta’ komunikazzjonijiet bħal dawn jinsabu f’ċirkularijiet tas-CCAMLR mibgħutin lill-membri tagħha (98): id-dokument COMM CIRC 10/11 Ilmiħ tal-bastimenti elenkati IUU Typhoon-1 u Draco I, id-dokument 10/23 Ilmiħ tal-bastimenti elenkati IUU Typhoon-1 u Draco I, id-dokument 10/37 Ilmiħ tal-bastiment elenkat IUU Bigaro, id-dokument 10/38 Aġġornament tal-lista ta’ bastimenti IUU ta’ NCP – Triton I (isem mibdul – Zeus u bandiera – it-Togo), id-dokument 10/72 Ilmiħ tal-bastiment elenkat IUU Bigaro, id-dokument 10/133 Ilmiħ tal-bastiment elenkat IUU Kuko (li qabel kien jismu Typhoon 1), id-dokument 11/03 Ilmiħ tal-bastimenti elenkati IUU u aġġornamenti tal-lista ta’ bastimenti IUU ta’ NCP-IUU – Typhoon-1, Zeus u Bigaro.

    (373)

    Is-CCAMLR qieset ukoll informazzjoni li, matul l-2010, kien irrapportat li t-Togo kien irtira l-bandiera mill-bastimenti Bigaro, Carmela, Typhoon-1, Chu Lim, Rex u Zeus, li kollha kemm huma kienu inklużi fil-lista ta’ bastimenti IUU tal-Partijiet Mhux Kontraenti. Madankollu, diversi rapporti ta’ ilmiħ sussegwenti indikaw li għadd ta’ bastimenti kkonċernati kienu għadhom jippretendu li kellhom il-bandiera tat-Togo (kif iddikjarat fid-dokument SCIC-10/4 tas-CCAMLR) (99).

    (374)

    Barra dan, il-missjoni mmexxija mill-Kummissjoni żvelat li l-awtoritajiet tat-Togo jonqoshom il-qafas legali u l-kapaċitajiet meħtieġa ta’ monitoraġġ u sorveljanza biex jaqdu dmirijiethom bħala Stat tal-bandiera.

    (375)

    Meta aġixxa bil-mod deskritt f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni t-Togo naqas milli juri li kien qed jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 94(2)(b) tal-UNCLOS li jistipula li Stat tal-bandiera jassumi l-ġurisdizzjoni skont id-dritt intern tiegħu fuq kull vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu u fuq il-kaptan, l-uffiċjali u l-ekwipaġġ tiegħu. Tabilħaqq, it-tneħħija ta’ bastimenti tas-sajd mir-reġistru mhijiex fiha nfisha miżura suffiċjenti li Stat tal-bandiera jieħu, minħabba li dik il-miżura ma tindirizzax l-attività IUU, ma tiżgurax piena għall-attivitajiet tas-sajd IUU bl-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u/jew kriminali stabbiliti bil-liġi u tħalli lill-bastiment tas-sajd ħieles li jkompli jopera bi ksur ta’ miżuri stabbiliti internazzjonalment ta’ konservazzjoni u ġestjoni.

    (376)

    Barra dan, il-missjoni mmexxija mill-Kummissjoni żvelat li l-proċeduri tat-Togo għar-reġistrazzjoni tal-bastimenti ma jqisu ebda storja ta’ attivitajiet IUU li l-bastimenti jista’ jkollhom. Din il-prattika amministrattiva, li tista’ tattira operaturi IUU għar-reġistrazzjoni ta’ bastimenti IUU, mhijiex konformi mal-Artikolu 94 tal-UNCLOS.

    (377)

    Fl-aħħar nett, għandu jkun innutat li, kuntrarju għar-rakkomandazzjonijiet fil-punti 25, 26 u 27 ta’ IPOA IUU, it-Togo ma żviluppax Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali kontra s-sajd IUU.

    (378)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u (6) tar-Regolament IUU, li t-Togo naqas li jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tar-regoli, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni internazzjonali.

    15.4.   Limitazzjonijiet speċifiċi ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw

    (379)

    Huwa mfakkar li, skont l-indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (100), it-Togo jitqies bħala pajjiż ta’ żvilupp baxx tal-bniedem (it-162 minn 187 pajjiż). Dan huwa kkonfermat ukoll mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 fejn it-Togo huwa elenkat fil-kategorija ta’ pajjiżi l-anqas żviluppati. Meqjusal-gradazzjoni tat-Togo l-Kummissjoni analizzat jekk l-informazzjoni miġbura setgħetx ikollha rabta mal-limitazzjonijiet speċifiċi tiegħu bħala pajjiż li qed jiżviluppa.

    (380)

    Għalkemm jista’ jkun hemm limitazzjonijiet speċifiċi ta’ kapaċità b’mod ġenerali fir-rigward tal-kontroll u l-monitoraġġ, il-limitazzjonijiet speċifiċi tat-Togo li ġejjin mil-livell tiegħu ta’ żvilupp ma jistgħux jiġġustifikaw nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fil-qafas legali nazzjonali b’referenza għall-istrumenti internazzjonali biex jiġġieldu, jiskoraġġixxu u jeliminaw attivitajiet tas-sajd IUU. Barra dan, dawk il-limitazzjonijiet ma jistgħux jiġġustifikaw in-nuqqas tat-Togo li jistabbilixxi sistema ta’ sanzjonijiet għal vjolazzjonijiet ta’ miżuri internazzjonali ta’ ġestjoni u konservazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet tas-sajd imwettqa f’ibħra miftuħa.

    (381)

    It-Togo talab għajnuna mill-Unjoni biex jiġġieled kontra s-sajd IUU. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-Unjoni diġà ħarġet fondi għal azzjoni speċifika ta’ assistenza teknika għall-eżami u l-aġġornament tar-regolament tal-1998 dwar il-liġi tas-sajd u tar-regolamenti ta’ implimentazzjoni tiegħu fir-Repubblika tat-Togo (101), kif ukoll għall-azzjoni speċifika ta’ assistenza teknika fit-Togo fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU (102).

    (382)

    Wara l-missjoni tal-Kummissjoni, it-Togo ħabbar ċerti miżuri li kellhom ikunu imposti fuq il-bastimenti tiegħu ta’ kumpaniji barranin. Madankollu, sa issa, ma ġie introdottot jew infurzat ebda qafas legali ċar. Għalhekk, il-konklużjoni hija li t-Togo ma jistax jinvoka nuqqas ta’ kapaċità amministrattiva biex jevadi l-obbligi internazzjonali tiegħu, peress li l-Kummissjoni qieset il-limitazzjonijiet ta’ żvilupp tat-Togo u offriet għajnuna adegwata.

    (383)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(7) tar-Regolament IUU, li l-istatus ta’ żvilupp tat-Togo jista’ jidgħajjef mil-livell tiegħu ta’ żvilupp. Iżda meqjusa n-natura tan-nuqqasijiet stabbiliti tat-Togo, l-għajnuna pprovduta mill-Unjoni u l-azzjonijiet meħudin biex titranġa s-sitwazzjoni, il-livell ta’ żvilupp ta’ dak il-pajjiż ma jistax ikun għalkollox ta’ skuża jew xort’oħra ta’ ġustifikazzjoni għall-prestazzjoni globali tat-Togo bħala l-Istat tal-bandiera jew kostali fir-rigward tas-sajd u għall-insuffiċjenza tal-azzjoni tiegħu biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU.

    16.   PROĊEDURA FIR-RIGWARD TAR-REPUBBLIKA TAL-VANWATU

    (384)

    Mit-23 sal-25 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EFCA, wettqet missjoni fir-Repubblika tal-Vanwatu (il-Vanwatu) fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament IUU.

    (385)

    Il-missjoni fittxet li tivverifika informazzjoni dwar l-arranġamenti tal-Vanwatu għall-implimentazzjoni, il-kontroll u l-infurzar tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni li magħhom għandhom ikunu konformi l-bastimenti tas-sajd tiegħu, dwar il-miżuri meħudin mill-Vanwatu biex jimplimenta l-obbligi tiegħu fil-ġlieda kontra s-sajd IUU u biex jissodisfa r-rekwiżiti u l-punti tiegħu li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-qbid tal-Unjoni.

    (386)

    Ir-rapport finali tal-missjoni ntbagħat lill-Vanwatu fl-14 ta’ Frar 2012.

    (387)

    Il-kummenti tal-Vanwatu dwar ir-rapport finali tal-missjoni waslu fil-11 ta’ Mejju 2012.

    (388)

    Il-Vanwatu huwa Parti Kontraenti tal-IATTC, l-ICCAT, id-WCPFC u l-IOTC. Il-Vanwatu huwa Kooperatur mhux Parti Kontraenti tas-CCAMLR. Il-Vanwatu rratifika l-UNCLOS u ffirma l-UNFSA.

    (389)

    Biex tevalwa l-konformità tal-Vanwatu mal-obbligi internazzjonali tiegħu bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali msemmija fil-premessa (388) u stabbiliti mill-RFMOs rilevanti msemmija fil-premessa (388)), il-Kummissjoni kisbet u analizzat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għall-fini ta’ eżerċizzju bħal dan.

    (390)

    Il-Kummissjoni użat l-informazzjoni li toħroġ minn dejta disponibbli ppubblikata mill-ICCAT, l-IOTC u d-WCPFC.

    17.   IL-POSSIBBILTÀ LI L-VANWATU JIĠI IDENTIFIKAT BĦALA PAJJIŻ TERZ LI MA JIKKOOPERAX

    (391)

    Skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni analizzat id-dmirijiet tal-Vanwatu bħala Stat tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq. Għall-fini ta’ dan l-eżami l-Kummissjoni qieset il-parametri elenkati fl-Artikolu 31(4) sa (7) tar-Regolament IUU.

    17.1.   Rikorrenza ta’ bastimenti IUU u flussi ta’ kummerċ IUU (l-Artikolu 31(4) (a) tar-Regolament IUU)

    (392)

    Il-Kummissjoni stabbiliet, abbażi ta’ informazzjoni miġjuba mil-listi ta’ bastimenti IUU tal-RFMOs li bastiment wieħed bil-bandiera tal-Vanwatu kien tqiegħed fil-lista ta’ bastimenti IUU tal-IOTC fl-2010 (103). Dak il-bastiment kien Jupiter No 1. Sussegwentement, l-IOTC ddeċidiet, matul l-14-il sessjoni tal-IOTC li tneħħi dak il-bastiment mil-lista IUU, meqjus l-impenn li kien ħa l-Vanwatu li jneħħi mir-reġistrazzjoni dak il-bastiment mir-reġistru tal-vapuri tal-Vanwatu u li jgħarraf lid-WCPFC bis-sitwazzjoni tal-bastiment (104).

    (393)

    Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll, abbażi tal-informazzjoni miġjuba mil-listi ta’ bastimenti IUU tal-RFMOs, li bastiment wieħed jismu Balena (105), li qabel kien irreġistrat fil-Vanwatu u kien involut f’attivitajiet tas-sajd IUU fl-ilmijiet tal-Afrika t’Isfel, kien inkluż fil-lista IUU tal-IOTC fl-2010, iżda li wara tneħħa minn dik il-lista wara li l-Vanwatu ppreżenta ċertifikat ta’ skreppjar fir-rigward ta’ dak il-bastiment (106).

    (394)

    Dak il-bastiment kien ukoll tqiegħed fil-lista ta’ bastimenti IUU tal-Unjoni fl-2010 (107) iżda kien tneħħa minn dik il-lista fl-2011.

    (395)

    F’dan ir-rigward huwa mfakkar li, skont l-Artikolu 18(1) u (2) tal-UNFSA, l-Istat tal-bandiera huwa responsabbli vis-à-vis l-bastimenti tiegħu li joperaw fl-ibħra miftuħa. Il-Kummissjoni tqis li l-preżenza ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Vanwatu li kienu jistadu illegalment fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-IOTC hija indikazzjoni ċara li l-Vanwatu kien naqas li jeżerċita r-responsabbiltajiet tiegħu b’mod effikaċi, li jkun konformi mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs u li jiżgura li l-bastimenti tiegħu ma jieħdu sehem f’ebda attività li timmina l-effikaċja ta’ miżuri bħal dawn.

    (396)

    Skont l-Artikolu 19(1) u (2) tal-UNFSA, l-Istat tal-bandiera jeħtieġlu jiżgura konformità mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu mar-regoli ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-RFMOs. L-Istati tal-bandiera jeħtiġilhom ukoll imexxu investigazzjonijiet u proċedimenti ġudizzjarji bla telf ta’ żmien. L-Istat tal-bandiera għandu jiżgura wkoll sanzjonijiet adegwati, jiskoraġġixxi ripetizzjoni ta’ vjolazzjonijiet u jċaħħad lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġ mill-attivitajiet illegali. F’dan ir-rigward huwa nnutat li l-eżistenza ta’ bastimenti IUU li jtajru l-bandiera tal-Vanwatu f’lista IUU waħda ta’ RFMO turi sewwa n-nuqqas tal-Vanwatu li jħares l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 19(1) u (2) tal-UNFSA. Tabilħaqq l-azzjonijiet tal-Vanwatu jidhru li huma kkonċentrati biss fuq miżuri korrettivi relatati mal-RFMOs u mhux fuq sett komplet ta’ sanzjonijiet adegwati għall-vjolazzjonijiet kommessi.

    (397)

    In-nuqqas tal-Vanwatu li jissodisfa l-obbligi tiegħu ta’ konformità u infurzar skont l-Artikolu 19 tal-UNFSA huwa kkonfermat ukoll mill-informazzjoni miġbura matul il-missjoni mwettqa mill-Kummissjoni. Kif spjegat fid-dettall fil-premessi (402) u (403), dik il-missjoni żvelat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Vanwatu kienu qed jaġixxu bi ksur tar-rekwiżiti kollha msemmija fl-Artikolu 19(1) u (2) tal-UNFSA u kienu, għalhekk, qed jimminaw ir-responsabbiltà tal-Vanwatu bħala Stat tal-bandiera li jindirizza kull attività tas-sajd IUU imwettqa minn bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu.

    (398)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u 31(4)(a), li l-Vanwatu kien naqas li jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward ta’ bastimenti IUU u ta’ sajd IUU mwettaq jew appoġġjat mill-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu jew miċ-ċittadini tiegħu u li ma kienx ħa azzjoni suffiċjenti biex jopponi s-sajd IUU dokumentat u ripetut minn bastimenti li qabel kienu jtajru l-bandiera tiegħu.

    17.2.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni u infurzar (l-Artikolu 31(5) (b) u (d) tar-Regolament IUU)

    (399)

    Il-Kummissjoni analizzat jekk il-Vanwatu kienx ħa miżuri effikaċi ta’ infurzar fir-rigward tal-operaturi responsabbli għas-sajd IUU u jekk kinux applikati sanzjonijiet ta’ severità suffiċjenti li jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu minn sajd IUU.

    (400)

    Huwa nnutat li l-Vanwatu kien naqas li jkun konformi mar-Riżoluzzjoni 09/03 tal-IOTC dwar l-istabbiliment ta’ lista ta’ bastimenti preżunti li jkunu wettqu attivitajiet ta’ sajd IUU fiż-żona tal-IOTC. Il-Vanwatu ma ssodisfax l-obbligu impost mill-IOTC li jissottometti l-opinjoni tiegħu lill-IOTC dwar it-tneħħija ta’ xi bastimenti IUU minn pajjiżi differenti mil-lista ta’ bastimenti IUU tal-IOTC għall-2011 (108).

    (401)

    Meta aġixxa bil-mod deskritt fil-premessa hawn fuq il-Vanwatu naqas milli juri li qed jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 20 tal-UNFSA li jistipula regoli u proċeduri li l-Istati għandhom isegwu fir-rigward tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-infurzar biex jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ u infurzar ta’ miżuri subreġjonali u reġjonali ta’ konservazzjoni u ġestjoni.

    (402)

    Fir-rigward tal-miżuri ta’ infurzar li kienu tlestew mill-Vanwatu, il-missjoni mwettqa mill-Kummissjoni fil-Vanwatu żvelat li minkejja l-fatt li bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Vanwatu awtorizzati jistadu f’ibħra internazzjonali għandhom ikunu konformi mal-obbligi internazzjonali, m’hemmx regoli speċifiċi u miżuri fis-sistema legali tal-Vanwatu bil-ħsieb li jindirizzaw speċifikament vjolazzjonijiet tas-sajd IUU mwettqa fl-ibħra miftuħa u biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw attivitajiet tas-sajd IUU. Mill-informazzjoni miġbura minn dik il-missjoni, jidher li qatt ma jkunu applikati sanzjonijiet kontra bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Vanwatu ‘l barra mill-ilmijiet fil-ġurisdizzjoni tal-Vanwatu. Barra dan, minkejja l-fatt li l-Vanwatu kien iffirma l-UNFSA, li tikkostitwixxi l-istrument legali ewlieni rikonoxxut internazzjonalment għall-ġestjoni ta’ stokkijiet transżonali u għall-ġestjoni ta’ attivitajiet tas-sajd li jseħħu fl-ilmijiet internazzjonali, il-Vanwatu kien naqas li jimplimenta dak il-ftehim fis-sistema legali tiegħu.

    (403)

    In-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet legali speċifiċi dwar vjolazzjonijiet tas-sajd IUU mwettqa fl-ibħra miftuħa hija indikazzjoni ċara li l-Vanwatu ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 94(2)(b) tal-UNCLOS li jistipula li Stat tal-bandiera jassumi l-ġurisdizzjoni skont id-dritt intern tiegħu fuq kull vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu u fuq il-kaptan, l-uffiċjali u l-ekwipaġġ tiegħu. Barra dan, in-nuqqas ta’ regoli legali speċifiċi li jindirizzaw vjolazzjonijiet tas-sajd IUU f’ibħra miftuħa juri sewwa n-nuqqas tal-Vanwatu li jonora r-responsabbiltajiet tiegħu vis-à-vis l-bastimenti tiegħu li joperaw f’ibħra miftuħa kif stabbilit fl-Artikolu 18(1) tal-UNFSA.

    (404)

    Il-Vanwatu naqas ukoll milli juri li jissodisfa r-rakkomandazzjonijiet fil-punt 18 ta’ IPOA IUU li jistipulaw li meqjusin id-dispożizzjonijiet tal-UNCLOS, kull Stat għandu jieħu miżuri jew jikkoopera biex jiżgura li ċ-ċittadini soġġetti għall-ġurisdizzjoni tiegħu ma jwettqux jew jieħdu sehem f’sajd IUU. Barra dan, il-Vanwatu ma kienx adotta Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali biex jiskoraġġixxi, jipprevjeni u jelimina s-sajd IUU. Kien naqas ukoll milli juri li huwa jikkoopera u jikkoordina attivitajiet ma’ Stati oħra biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina sajd IUU bil-mod stabbilit fil-punt 28 ta’ IPOA IUU.

    (405)

    Kien żvelat ukoll li l-Vanwatu m’għandux sanzjonijiet amministrattivi biex jippenalizza finanzjarjament operaturi tas-sajd li jagħmlu attivitajiet illegali tas-sajd. Barra dan, is-sanzjonijiet kriminali pprovduti fis-sistema legali tal-Vanwatu huma minimi. Il-missjoni mwettqa mill-Kummissjoni żvelat li, minkejja l-fatt li l-leġiżlazzjoni tal-Vanwatu tiffissa limitu massimu ġenerali għal multi ta’ VUV 100 000 000 (madwar EUR 830 000) għal vjolazzjonijiet tal-kundizzjonijiet applikabbli għal awtorizzazzjonijiet internazzjonali biex isir is-sajd (109), qatt ma kienet applikata sanzjoni għall-ebda bastiment li tikkorrispondi għal dik il-multa massima għal operazzjonijiet illegali mwettqa f’ibħra miftuħa. Barra dan, dak il-limitu massimu għal multi mhux applikabbli għas-sett ta’ vjolazzjonijiet l-aktar gravi u frekwenti ta’ obbligi internazzjonali bħan-nuqqas li tkun ikkommunikata dejta ta’ qbid jew in-nuqqas ta’ konformità ma’ investigazzjonijiet. F’dawk il-każijiet kollha l-multi pprovduti jkunu stabbiliti f’livell baxx ħafna u jkunu limitati għal massimu ta’ VUV 1 000 000 (madwar EUR 8 300) (110). Il-livell ta’ sanzjonijiet bħal dawn huwa b’mod ovvju inadegwat u b’mod ċar mhux proporzjonat għall-gravità tal-vjolazzjonijiet li jistgħu jseħħu, għall-impatt potenzjali tal-vjolazzjonijiet u għall-benefiċċju potenzjali li jista’ joħroġ minn azzjonijiet illegali bħal dawn.

    (406)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata fil-premessa hawn fuq, il-konklużjoni hija li l-livell ta’ sanzjonijiet għal vjolazzjonijiet IUU pprovduti fil-leġiżlazzjoni tal-Vanwatu mhuwiex skont l-Artikolu 19(2) tal-UNFSA li jgħid li s-sanzjonijiet applikabbli fir-rigward ta’ vjolazzjonijiet għandhom ikunu adegwati fis-severità biex ikunu effikaċi li jiżguraw konformità u biex jiskoraġġixxu vjolazzjonijiet kull fejn iseħħu u jċaħħdu lill-ħatjin mill-benefiċċji li joħorġu mill-attivitajiet illegali tagħhom. Barra dan, il-prestazzjoni tal-Vanwatu fir-rigward ta’ miżuri effikaċi ta’ infurzar ukoll mhijiex skont ir-rakkomandazzjonijiet fil-punt 21 ta’ IPOA IUU li jagħtu parir lill-Istati li jiżguraw li s-sanzjonijiet għas-sajd IUU mill-bastimenti, u sakemm ikun l-aktar possibbli, miċ-ċittadini fil-ġurisdizzjoni tagħhom, ikunu ta’ severità suffiċjenti biex b’mod effikaċi jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw sajd IUU u li jċaħħdu mill-benefiċċji li joħorġu minn sajd bħal dan.

    (407)

    Fir-rigward tal-kapaċità eżistenti tal-awtoritajiet tal-Vanwatu għandu jkun innutat li skont l-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (111), il-Vanwatu jitqies bħala pajjiż medju fl-iżvilupp tal-bniedem (il-125 minn 187 pajjiż). Min-naħa l-oħra il-Vanwatu huwa elenkat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 bħala pajjiż li jidher fil-kategorija ta’ pajjiżi l-anqas żviluppati.

    (408)

    Abbażi tal-informazzjoni li toħroġ mill-missjoni mwettqa mill-Kummissjoni ma jistax jitqies li n-nuqqasijiet spjegati ġejjin minn xi nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji minħabba li n-nuqqasijiet ta’ infurzar u, għaldaqstant, ta’ kooperazzjoni huma marbutin b’mod ċar man-nuqqas tal-qafas legali u amministrattiv meħtieġ.

    (409)

    Barra dan, għandu jkun enfasizzat li, skont ir-rakkomandazzjonijiet fil-punti 85 u 86 ta’ IPOA IUU dwar ħtiġijiet speċjali ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-Unjoni diġà ħarġet fondi għal programm speċifiku ta’ assistenza teknika fir-rigward tal-ġlieda kontra sajd IUU (112).

    (410)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u 31(5) (b) u (d) tar-Regolament IUU, li l-Vanwatu naqas milli jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali bħala Stat tal-bandiera fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-isforzi tal-infurzar.

    17.3.   Nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ regoli internazzjonali (l-Artikolu 31(6) tar-Regolament IUU)

    (411)

    Il-Vanwatu rratifika l-UNCLOS u l-UNFSA. Barra dan, il-Vanwatu huwa Membru Kontraenti tal-IATTC, id-WCPFC, l-IOTC u l-ICCAT u Pajjiż Kooperatur mhux Parti Kontraenti tas-CCAMLR.

    (412)

    Il-Kummissjoni analizzat kull informazzjoni meqjusa rilevanti fir-rigward tal-istatus tal-Vanwatu bħala Membru Kontraenti tal-IATTC, id-WCPFC, l-IOTC, l-ICCAT u bħala Kooperatur mhux Parti Kontraenti tas-CCAMLR.

    (413)

    Il-Kummissjoni analizzat ukoll kull informazzjoni meqjusa rilevanti fir-rigward tal-ftehim tal-Vanwatu li japplika l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-IATTC, id-WCPFC, l-IOTC u l-ICCAT.

    (414)

    Huwa mfakkar li l-ICCAT kienet ħarġet ittra ta’ Identifikazzjoni tal-Vanwatu dwar in-nuqqasijiet tiegħu ta’ rapportar (113). Fl-ittra tagħha ta’ Identifikazzjoni Vanwatu kien identifikat għan-nuqqas tiegħu li jħares l-obbligu tiegħu li jikkomunika l-istatistika kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni 05-09 tal-ICCAT. Fl-istess ittra ICCAT enfasizzat li l-Vanwatu ma kienx ta d-dejta u l-informazzjoni kollha meħtieġa bħar-Rapport Annwali, dejta dwar l-Inkarigu I (statistika b’referenza għall-flotta), dejta dwar l-Inkarigu II (daqs tal-qabdiet), it-tabelli ta’ Konformità u xi dikjarazzjonijiet dwar it-trasbordi jew ir-rapporti kif ipprovdut fir-Rakkomandazzjoni 06-11 tal-ICCAT.

    (415)

    Il-Kummissjoni analizzat l-informazzjoni disponibbli mill-ICCAT dwar il-konformità tal-Vanwatu mar-regoli ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-ICCAT u mal-obbligi tar-rapportar. Għal dan il-Kummissjoni użat it-Tabelli ta’ Konformità mehmużin mar-rapporti tal-Kummissjoni tal-ICCAT għall-2010 (114) u l-2011 (115).

    (416)

    Fir-rigward tal-2010 Vanwatu ma bagħatx lill-ICCAT ċerti elementi mitluba fil-qafas tar-Rapport Annwali (ipprovduti fil-Konvenzjoni tal-ICCAT, fir-Riżoluzzjoni 01-06 u fir-Referenza 04-17) u l-istatistika b’referenza għad-dejta dwar il-flotta (l-Inkarigu I) u dejta dwar id-daqs tal-qabdiet (l-Inkarigu II) kif imsemmi fir-Rakkomandazzjoni 05-09 tal-ICCAT.

    (417)

    B’mod partikolari, skont l-informazzjoni disponibbli, fl-2010 Vanwatu ma bagħatx lill-ICCAT informazzjoni dwar id-dejta dwar il-flotta, id-dejta dwar id-daqs tal-qabdiet (ipprovduta fir-Rakkomandazzjoni 05-09 tal-ICCAT), il-konformità (ipprovduta fir-Rakkomandazzjoni 08-09 tal-ICCAT), ir-rapport dwar l-azzjonijiet interni għal bastimenti itwal minn 20 metru u dwar l-istandard ta’ ġestjoni għall-bastimenti għall-qbid tat-tonn fuq skala kbira (ipprovduti fir-Rakkomandazzjoni 02-22/09-08 tal-ICCAT) (116).

    (418)

    Fir-rigward tal-2011 Vanwatu ma bagħatx lill-ICCAT ċerti elementi mitluba fil-qafas tar-Rapport Annwali (ipprovduti fir-Rakkomandazzjoni 01-06 u fir-Referenza 04-17 tal-ICCAT) u l-istatistika b’referenza għad-dejta dwar il-flotta (l-Inkarigu I) u d-dejta dwar id-daqs tal-qabdiet (l-Inkarigu II)) kif ipprovdut fir-Rakkomandazzjoni 05-09 tal-ICCAT. Barra dan, Vanwatu ma tax it-tabelli ta’ konformità fir-rigward tal-kwoti u l-limiti tal-qbid (ipprovduti fir-Rakkomandazzjoni 98-14 tal-ICCAT) u naqas li jibgħat id-dikjarazzjonijiet dwar it-trasbordi (ipprovduti fir-Rakkomandazzjoni 06-11 tal-ICCAT) (117).

    (419)

    Fir-rigward tad-WCPFC, huwa nnotat li l-Vanwatu ma kienx konformi ma’ ċertu għadd ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni (CMM) adottati minn dik l-organizzazzjoni reġjonali. Biex tevalwa l-livell ta’ konformità tal-Vanwatu mar-regoli tad-WCPFC ta’ konservazzjoni u ġestjoni u mal-obbligi tar-rapportar, il-Kummissjoni użat l-abbozz tar-rapport dwar l-iskema ta’ monitoraġġ ta’ konformità stabbilit minn dik l-organizzazzjoni reġjonali qabel il-laqgħa annwali tagħha fl-2012 (118).

    (420)

    Fir-rigward tal-2010, Vanwatu naqas li jkun konformi ma’: is-CMM tad-WCPFC dwar il-klieb il-baħar li timponi l-implimentazzjoni tal-piż proporzjonat mal-ġwienaħ tal-klieb il-baħar (is-CMM 2009-4(7)), is-CMM tad-WCPFC dwar l-Alonga tan-Nofsinhar tal-Paċifiku li timponi l-obbligu li jiġi ppreżentat rapport dwar l-għadd ta’ bastimenti tas-sajd għal din l-ispeċi (is-CMM 2005-02), is-CMM tad-WCPFC dwar il-mitigazzjoni għall-Għasafar tal-Baħar bil-għan li jkunu rrapportati l-interazzjonijiet u l-qabdiet inċidentali tal-għasafar tal-baħar (is-CMM 2007-04 (9)), għadd ta’ CMM tad-WCPFC għat-Tonn Għajnu Kbira (BET) u t-Tonna Safra li jipprovdu għall-obbligu li jintbagħat rapport annwali ta’ qabdiet skont l-ispeċijiet mill-ħatt l-art u t-trasbordi, li jipprovdu għall-implimentazzjoni ta’ miżuri biex titnaqqas ir-rata ta’ mwiet ta’ BET ikkawżata mill-purse-seiners u li jipprovdu għall-għeluq ta’ spazji f’ibħra miftuħa għall-purse seiners (is-CMM 2008-01 (18), (22) u (43)), u s-CMM tad-WCPFC dwar l-irkapti biex jinġemal-ħut (FADs) u ż-żamma tal-qabda li jipprovdu għall-obbligu li jiġi ppreżentat rapport sistematiku dwar l-iskartar tal-ħut b’kopja stampata trażmessa lid-WCPFC (is-CMM 2009-02 (12) u (13)). Il-Vanwatu naqas ukoll li jkun konformi mas-CMM tad-WCPFC dwar xbieki li jitħallew jitkaxkru fil-wiċċ tal-baħar li jipprovdu għall-obbligu li jiġi ppreżentat sommarju ta’ azzjonijiet ta’ MCS relatati mal-użu ta’ xbieki li jitħallew jitkaxkru fil-wiċċ fl-ibħra miftuħa (is-CMM 2008-04 (5)).

    (421)

    Fir-rigward tal-IOTC, huwa mfakkar li l-Vanwatu kien identifikat għan-nuqqas tiegħu li jkun konformi ma’ wħud mill-miżuri adottati minn dik l-organizzazzjoni reġjonali. Biex tevalwa l-livell ta’ konformità tal-Vanwatu mar-regoli ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-IOTC u mal-obbligi tar-rapportar, il-Kummissjoni użat ir-Rapport ta’ Konformità tal-IOTC stabbilit matul it-tmien sessjoni tal-Kumitat dwar il-Konformità tal-IOTC fl-2011 (119).

    (422)

    Fir-rigward tal-2011, Vanwatu naqas li jkun konformi mal-obbligu li jirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tal-IOTC. Vanwatu wkoll ma pparteċipa f’ebda Laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku tal-IOTC, ma ppreżentax ir-rapport nazzjonali tiegħu lill-Kumitat Xjentifiku tal-IOTC u ma ppreżentax il-kwestjonarju dwar il-Konformità tiegħu. Barra dan, fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-IOTC dwar il-kontroll tal-kapaċità fis-sajd u r-responsabbiltà tal-Istat tal-bandiera, Vanwatu naqas li jibgħat xi informazzjoni obbligatorja skont ir-Riżoluzzjoni 07/02 tal-IOTC dwar ir-reġistrazzjoni tal-bastimenti awtorizzati li joperaw fiż-żona tal-IOTC.

    (423)

    Barra dan, kien żvelat, matul il-missjoni mwettqa mill-Kummissjoni li l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-RFMOs li fihom Vanwatu jipparteċipa ma kienu bl-ebda mod trasposti fil-leġiżlazzjoni tal-Vanwatu.

    (424)

    Barra dan, fir-rigward tal-ġestjoni tal-flotta tas-sajd tal-Vanwatu, matul il-missjoni mwettqa mill-Kummissjoni kien żvelat li l-proċeduri tal-Vanwatu għar-reġistrazzjoni tal-bastimenti ma jqisu ebda storja ta’ attivitajiet IUU li l-bastimenti li jitolbu l-bandiera tal-Vanwatu jista’ jkollhom. Vanwatu wkoll m’għandux regoli speċifiċi biex jiżgura li l-bastimenti tas-sajd irreġistrati bil-bandiera tiegħu jkunu jistgħu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni ta’ kapaċità tal-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti li tagħhom huwa Membru Kontraenti jew li tagħhom huwa Kooperatur mhux Parti Kontraenti. Il-missjoni mwettqa mill-Kummissjoni żvelat ukoll li l-Vanwatu ma kienx implimenta miżuri biex jiżgura s-superviżjoni tal-ħatt l-art minn bastimenti li jtarju l-bandiera tal-Vanwatu f’portijiet mhux tal-Vanwatu.

    (425)

    In-nuqqas tal-Vanwatu li jagħti lill-IOTC, id-WCPFC u l-ICCAT l-informazzjoni msemmija fil-premessi (414) sa (423) turi n-nuqqas tal-Vanwatu li jħares l-obbligi tiegħu bħala Stat tal-bandiera stabbiliti fl-UNCLOS u fl-UNFSA.

    (426)

    Tabilħaqq in-nuqqas li tingħata informazzjoni dwar il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni, il-kwoti u l-limiti tal-qbid u r-rapporti annwali u l-istatistika jimmina l-ħila tal-Vanwatu li jħares l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 117 u l-Artikolu 118 tal-UNCLOS li jistipulaw id-dmirijiet tal-Istati li jadottaw miżuri għaċ-ċittadini rispettivi tagħhom għall-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-ibħra miftuħa u li jikkooperaw dwar miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni għar-riżorsi ħajjin fiż-żoni tal-ibħra miftuħa.

    (427)

    Il-prestazzjoni tal-Vanwatu hija bi ksur tar-rekwiżiti tal-Artikolu 18(1) u (2) tal-UNFSA minħabba li, għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (424), dak il-pajjiż mhux qed jiżgura li jkun jista’ jeżerċita r-responsabbiltajiet tiegħu b’mod effikaċi fir-rigward ta bastimenti rreġistrati bil-bandiera tiegħu.

    (428)

    Il-prestazzjoni tal-Vanwatu hija wkoll bi ksur tar-rekwiżiti tal-Artikolu 18(3) tal-UNFSA.

    (429)

    Il-Vanwatu mhux konformi mar-rekwiżiti tal-kontroll tal-bastimenti tiegħu fl-ibħra miftuħa skont ir-regoli tal-RFMOs stabbiliti fl-Artikolu 18(3)(a) tal-UNFSA minħabba n-nuqqas tiegħu li jibgħat lill-ICCAT informazzjoni dwar it-trasbordi.

    (430)

    Il-Vanwatu mhux konformi mar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni u r-rapportar f’waqtu skont l-Artikolu 18(3)(e) tal-UNFSA minħabba n-nuqqas tiegħu li jibgħat lill-ICCAT informazzjoni dwar ir-rapporti annwali, l-Inkarigu I (karatteristiċi tal-flotta), ir-rapporti dwar l-azzjonijiet interni għal bastimenti itwal minn 20 m, it-tabelli ta’ konformità u l-istandards ta’ ġestjoni għal bastimenti tas-sajd bil-konz għat-tonn (LSTLV).

    (431)

    Barra dan, il-Vanwatu mhux konformi mal-Artikolu 18(3)(f) tal-UNFSA minħabba n-nuqqas tiegħu li jirrapporta d-dejta relatata mal-qbid lill-ICCAT, id-WCPFC u l-IOTC, in-nuqqas tiegħu li jirrapporta informazzjoni lill-ICCAT dwar materji relatati mat-trasbordi u n-nuqqas ta’ mezzi biex jiżgura s-superviżjoni tal-ħatt l-art f’portijiet mhux tal-Vanwatu, kif kien osservat matul il-missjoni mwettqa mill-Kummissjoni.

    (432)

    Barra dan, mill-missjoni mwettqa mill-Kummissjoni kien żvelat li r-Reġistru ta’ Vapuri tal-Vanwatu jinsab ‘il barra mill-Vanwatu u ma jiżgurax li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Vanwatu jkollhom rabta ġenwina mal-pajjiż. In-nuqqas ta’ rabta ġenwina bħal din bejn dak l-Istat u l-vapuri li jkunu rreġistrati fir-reġistru tiegħu huwa ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti għan-nazzjonalità ta’ vapuri fl-Artikolu 91 tal-UNCLOS. Din il-konklużjoni hija ulterjorment ikkonfermata mill-ITF li tqis lill-Vanwatu bħala bandiera ta’ konvenjenza (120).

    (433)

    Fl-aħħar nett, għandu jkun innutat li, kuntrarju għar-rakkomandazzjonijiet fil-punti 25, 26 u 27 ta’ IPOA IUU, Vanwatu ma żviluppax Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali kontra s-sajd IUU.

    (434)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-elementi fattwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(3) u (6) tar-Regolament IUU, li l-Vanwatu naqas li jaqdi dawk li huma d-dmirijiet tiegħu skont id-dritt internazzjonali fir-rigward tar-regoli, ir-regolamenti u l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni internazzjonali.

    17.4.   Limitazzjonijiet speċifiċi ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw

    (435)

    Huwa mfakkar li, skont l-indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (121), Vanwatu jitqies bħala pajjiż medju fl-iżvilupp tal-bniedem (il-125 minn 187 pajjiż). Min-naħa l-oħra, Vanwatu huwa elenkat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 bħala pajjiż li huwa fil-kategorija ta’ pajjiżi l-anqas żviluppati. Meqjusa dik il-gradazzjoni tal-Vanwatu l-Kummissjoni analizzat jekk l-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni setgħetx ikollha rabta mal-limitazzjonijiet speċifiċi tiegħu bħala pajjiż li qed jiżviluppa.

    (436)

    F’dan ir-rigward huwa nnutat li n-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont id-dritt internazzjonali huwa primarjament marbut man-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fil-qafas legali nazzjonali b’referenza għall-miżuri li jiġġieldu, jiskoraġġixxu u jeliminaw l-attivitajiet tas-sajd IUU, kif ukoll mal-livell mhux sodisfaċenti ta’ konformità mar-regoli tal-RFMOs. Fil-fatt jidher li huwa l-għadd voluminuż ta’ bastimenti rreġistrati bil-bandiera tal-Vanwatu u li joperaw fl-ibħra miftuħa li jimmina l-eżistenza ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza effikaċi tal-attivitajiet tas-sajd. Tabilħaqq in-nuqqas ta’ kull limitazzjoni fir-reġistrazzjoni tal-bastimenti mhux konsistenti mar-riżorsi allokati mill-Vanwatu għall-iżvilupp ta’ azzjonijiet u mezzi ta’ kontroll, monitoraġġ u sorveljanza skont ir-responsabbiltajiet internazzjonali ta’ Stat tal-bandiera. Għaldaqstant, għalkemm Vanwatu jista’ jkollu limitazzjonijiet ta’ żvilupp, il-politiki segwiti minn dak il-pajjiż għall-iżvilupp tal-industrija tiegħu tas-sajd ma jaqblux mar-riżorsi allokati u mal-prijoritajiet tal-pajjiż fir-rigward tal-ġestjoni tas-sajd.

    (437)

    Huwa wkoll rilevanti jkun innutat li l-Unjoni diġà ħarġet fondi, fl-2012, għal azzjoni speċifika ta’ assistenza teknika f’Vanwatu fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU (122).

    (438)

    Meqjusa s-sitwazzjoni kif spjegata f’din is-Sezzjoni tad-Deċiżjoni u abbażi tal-fatti attwali kollha miġbura mill-Kummissjoni, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet magħmulin mill-pajjiż, seta’ jkun stabbilit, skont l-Artikolu 31(7) tar-Regolament IUU, li l-istatus ta’ żvilupp u l-prestazzjoni globali tal-Vanwatu fir-rigward tas-sajd mhumiex imdgħajfin mil-livell tiegħu ta’ żvilupp.

    18.   KONKLUŻJONI DWAR IL-POSSIBBILTÀ TAL-IDENTIFIKAZZJONI TA’ PAJJIŻI TERZI LI MA JIKKOOPERAWX

    (439)

    Meqjusin il-konklużjonijiet li ntlaħqu hawn fuq fir-rigward tan-nuqqas tal-Beliże, tal-Kambodja, ta’ Fiġi, tal-Ginea, tal-Panama, tas-Sri Lanka, tat-Togo u tal-Vanwatu li jaqdu dawk li huma d-dmirijiet tagħhom bħala Stati tal-bandiera, tal-port, kostali jew tas-suq, u li jieħdu azzjoni biex jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw s-sajd IUU, dawk il-pajjiżi għandhom jiġu nnotifikat, skont l-Artikolu 32 tar-Regolament IUU, bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi li l-Kummissjoni tqis li huma pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd IUU.

    (440)

    Skont l-Artikolu 32(1) tar-Regolament IUU, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Beliże, lill-Kambodja, lil Fiġi, lill-Ginea, lill-Panama, lis-Sri Lanka, lit-Togo u lill-Vanwatu dwar il-possibbiltà li huma jkunu identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx. Il-Kummissjoni għandha wkoll tieħu l-proċeduri politiċi kollha stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament IUU fir-rigward tal-Beliże, tal-Kambodja, ta’ Fiġi, tal-Ginea, tal-Panama, tas-Sri Lanka, tat-Togo u tal-Vanwatu. Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jkun iffissat perjodu li matulu dawk il-pajjiżi jistgħu jwieġbu bil-miktub għan-notifika u jirranġaw is-sitwazzjoni.

    (441)

    Barra dan, għandu jkun iddikjarat li n-notifika tal-Beliże, tal-Kambodja, ta’ Fiġi, tal-Ginea, tal-Panama, tas-Sri Lanka, tat-Togo u tal-Vanwatu bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi li l-Kummissjoni tqis li ma jikkooperawx għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni la tipprekludi u lanqas ma tinvolvi b’mod awtomatiku kwalunkwe azzjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill għall-fini tal-identifikazzjoni u l-istabbiliment ta’ lista ta’ pajjiżi li ma jikkooperawx.

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Il-Beliże, ir-Renju tal-Kambodja, ir-Repubblika ta’ Fiġi, ir-Repubblika tal-Ginea, ir-Repubblika tal-Panama, ir-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka, ir-Repubblika tat-Togo u r-Repubblika tal-Vanwatu huma notifikati bil-possibbiltà li jiġu identifikati bħala pajjiżi terzi li l-Kummissjoni tqis bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Maria DAMANAKI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

    (2)  Għall-Istat tas-Suq u għall-miżuri korrispondenti, ara l-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO biex jippreveni, jiskoraġġixxi u jelimina sajd IUU, il-paragrafi 65 sa 76, u l-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli tal-FAO 1995, l-Artikolu 11.2.

    (3)  Ara l-Parti B tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 468/2010 tat-28 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi lista tal-UE ta’ bastimenti involuti f’sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (ĠU L 131, 29.5.2010, p. 22).

    (4)  OECD, Rapport “Proprjetà u Kontroll ta’ Vapuri”, miġjub minn: http://www.oecd.org/dataoecd/53/9/17846120.pdf

    (5)  FAO, ‘Reġistrazzjoni komprensiva ta’ bastimenti tas-sajd, bastimenti tat-trasport refriġirati, bastimenti ta’ provvista u ta’ siedja benefiċjarja’, Rapport dwar Studju mid-Dipartiment tas-Sajd tal-FAO, Marzu 2010 (miġjub minn: ftp://ftp.fao.org/FI/DOCUMENT/global_record/eims_272369.pdf) u Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO biex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina s-sajd IUU, il-paragrafu 18.

    (6)  Rapport ta’ NMFS, p. 99.

    (7)  Informazzjoni miġjuba minn http://hdr.undp.org/en/statistics/

    (8)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

    (9)  Ittra tal-ICCAT, l-4 Marzu 2010, Ċirkulari tal-ICCAT Nru 672/4.3.2010.

    (10)  Ittra tal-ICCAT, it-18 ta’ Jannar 2011, Ċirkulari tal-ICCAT Nru 558/18.1.2011.

    (11)  Ittra tal-ICCAT, il-21 ta’ Frar 2012, Ċirkulari tal-ICCAT Nru 658/21.2.2012.

    (12)  ICCAT, Tabelli ta’ Sommarju ta’ Konformità, Dok. Nru COC-308/2010, 10.11.2010.

    (13)  ICCAT, Abbozz ta’ Tabelli ta’ Sommarju ta’ Konformità, Dok. Nru COC-308/2011.

    (14)  Ittra tad-WCPFC lill-Beliże, it-8 ta’ Ottubru 2011.

    (15)  Ittra tad-WCPFC lill-Beliże, it-8 ta’ Ottubru 2011.

    (16)  Abbozz ta’ Rapport dwar l-Iskema ta’ Monitoraġġ tal-Konformità tad-WCPFC għall-2010 – il-Beliże, WCPFC-TCC7-2011/17-CMR/29.

    (17)  Rapport ta’ Konformtà tal-IOTC għall-Beliże, Sessjoni tal-Kumitat dwar il-Konformità 8, 2011, CoC13.

    (18)  Rapport ta’ Konformtà tal-IOTC għall-Beliże, Sessjoni tal-Kumitat dwar il-Konformità 9, 2012, COC09-02.

    (19)  Rapport tat-30 Laqgħa Annwali tal-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal 7-11 ta’ Novembru 2011, il-Volum 1.

    (20)  Informazzjoni miġjuba minn: http://www.itfglobal.org/flags-convenience/flags-convenien-183.cfm

    (21)  Informazzjoni miġjuba minn http://hdr.undp.org/en/statistics/

    (22)  Informazzjoni miġjuba minn:

    http://untreaty.un.org/ilc/texts/instruments/english/conventions/8_1_1958_high_seas.pdf

    (23)  Informazzjoni miġjuba minn:

    http://untreaty.un.org/ilc/texts/instruments/english/conventions/8_1_1958_territorial_sea.pdf

    (24)  Informazzjoni miġjuba minn: http://www.apfic.org./, PUBBLIKAZZJONI RAP 2007/18.

    (25)  Informazzjoni miġjuba minn: http://www.seafdec.org/.

    (26)  Informazzjoni miġjuba minn http://www.seafdec.org/

    (27)  Ara l-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 468/2010.

    (28)  Dokument tas-CCAMLR COM CIRC 10/11 datat it-2 ta’ Frar 2010.

    (29)  Dokument tas-CCAMLR COM CIRC 10/45 datat l-20 ta’ April 2010.

    (30)  Dokument tas-CCAMLR COM CIRC 10/45 datat l-20 ta’ April 2010.

    (31)  Rapport ta’ NMFS, p. 101-102.

    (32)  Informazzjoni miġjuba minn http://hdr.undp.org/en/statistics/

    (33)  Rapport tat-22 Laqgħa Regolari tal-ICCAT, Istanbul, it-Turkija – mill-11 sad-19 ta’ Novembru, 2011, p. 323.

    (34)  Informazzjoni rilevanti miġjuba mill-websajt tas-CCAMLR http://www.ccamlr.org/

    (35)  Informazzjoni miġjuba minn http://www.itfglobal.org/index.cfm

    (36)  Informazzjoni miġjuba minn http://hdr.undp.org/en/statistics/

    (37)  Abbozz ta’ NPOA IUU għar-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi, Colin Brown, konsulent għall-Uffiċċju Subreġjonali tal-FAO għall-Gżejjer Paċifiċi, Apia, Samoa, Ottubru 2007.

    (38)  Informazzjoni miġjuba minn http://hdr.undp.org/en/statistics/

    (39)  Bħala komplement lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikunu konformi mal-Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat (Sajd IUU), EuropeAid/129609/C/SER/Multi.

    (40)  WCPFC-TCC7-2011/17-CMR/07, il-5 ta’ Settembru 2011.

    (41)  WCPFC8-2011-52, it-30 ta’ Marzu 2012.

    (42)  Informazzjoni miġjuba minn http://hdr.undp.org/en/statistics/

    (43)  Prospett Nazzjonali tas-Settur tas-Sajd għall-Fiġi tal-FAO, FID/CP/FIJ Ottubru 2009 (ftp://ftp.fao.org/FI/DOCUMENT/fcp/en/FI_CP_FJ.pdf)

    (44)  Bħala komplement lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikunu konformi mal-Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat (Sajd IUU), EuropeAid/129609/C/SER/Multi.

    (45)  L-RFMOs rilevanti huma l-ICCAT, in-NEAFC, in-NAFO u s-SEAFO.

    (46)  Ara l-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 468/2010.

    (47)  L-RFMOs rilevanti huma n-NEAFC, in-NAFO u s-SEAFO.

    (48)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 724/2011 (ĠU L 194, 26.7.2011, p. 14).

    (49)  Mhux imniżżel fir-Reġistru tal-ICCAT ta’ bastimenti trasportaturi http://www.iccat.es/en/vesselsrecord.asp

    (50)  Informazzjoni miġjuba minn http://hdr.undp.org/en/statistics/

    (51)  Is-Sistema ta’ Monitoraġġ ta’ Bastmenti kienet iffinanzjata mill-Unjoni u sar ħlas għal dgħajsa tal-għassa.

    (52)  Bħala komplement lil pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikunu konformi mal-Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat (Sajd IUU), EuropeAid/129609/C/SER/Multi.

    (53)  Ittra tal-ICCAT, 4 Marzu 2010, iċ-Ċirkulari ICCAT Nru 567/4.3.2010.

    (54)  ICCAT, Tabelli ta’ Sommarju ta’ Konformità, Dok. Nru COC-308/2010, 10.11.2010.

    (55)  ICCAT, Abbozz ta’ Tabelli ta’ Sommarju ta’ Konformità, Dok. Nru COC-308/2011.

    (56)  Rapport ta’ Konformtà tal-IOTC għall-Ginea (rapport prodott fid-09/03/2012), IOTC-2012-CoC09- CR08E (Paġna 4).

    (57)  Rapport ta’ Konformtà tal-IOTC għall-Ginea (Sessjoni tal-Kumitat dwar il-Konformità 8, 2011).

    (58)  Rapport ta’ Konformtà tal-IOTC għall-Ginea (rapport prodott fid-09/03/2012), IOTC-2012-CoC09- CR08E.

    (59)  OECD, Rapport “Proprjetà u Kontroll ta’ Vapuri”, miġjub minn: http://www.oecd.org/dataoecd/53/9/17846120.pdf

    (60)  FAO, “Reġistrazzjoni komprensiva ta’ bastimenti tas-sajd, bastimenti tat-trasport refriġirati, bastimenti ta’ provvista u proprjetà benefiċjarja”, Rapport ta’ Studju mid-Dipartiment tas-Sajd tal-FAO, Marzu 2010 (miġjub minn: ftp://ftp.fao.org/FI/DOCUMENT/global_record/eims_272369.pdf) u IPOA IUU, punt 18.

    (61)  Informazzjoni miġjuba minn http://hdr.undp.org/en/statistics/

    (62)  Bħala komplement lil pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikunu konformi mal-Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat (Sajd IUU), EuropeAid/129609/C/SER/Multi.

    (63)  L-RFMOs rilevanti huma n-NEAFC, in-NAFO, is-SEAFO, is-CCAMLR u d-WCPFC.

    (64)  Ara l-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 468/2010.

    (65)  L-RFMOs rilevanti huma n-NEAFC, in-NAFO, is-SEAFO, is-CCAMLR, l-IATTC u l-ICCAT.

    (66)  Ara l-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 468/2010.

    (67)  OECD, Rapport “Proprjetà u Kontroll ta’ Vapuri”, miġjub minn: http://www.oecd.org/dataoecd/53/9/17846120.pdf

    (68)  FAO, “Reġistrazzjoni komprensiva ta’ bastimenti tas-sajd, bastimenti tat-trasport refriġirati, bastimenti ta’ provvista u proprjetà benefiċjarja”, Rapport ta’ Studju mid-Dipartiment tas-Sajd tal-FAO, Marzu 2010 (miġjub minn: ftp://ftp.fao.org/FI/DOCUMENT/global_record/eims_272369.pdf) u IPOA IUU, punt 18.

    (69)  Rapport ta’ NMFS, p. 98.

    (70)  Rapport ta’ NMFS, p. 99.

    (71)  Informazzjoni miġjuba minn http://hdr.undp.org/en/statistics/

    (72)  Bħala komplement lil pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikunu konformi mal-Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat (Sajd IUU), EuropeAid/129609/C/SER/Multi.

    (73)  Ittra tal-ICCAT, 4 ta’ Marzu 2010, Ċirkulari tal-ICCAT Nru 561/4.3.2010.

    (74)  ICCAT, Tabelli ta’ Sommarju ta’ Konformità, Dok. Nru COC-308/2010, 10.11.2010.

    (75)  ICCAT, Abbozz ta’ Tabelli ta’ Sommarju ta’ Konformità, Dok. Nru COC-308/2011.

    (76)  Ittra tad-WCPFC lill-Panama, it-8 ta’ Ottubru 2011

    (77)  KUMITAT TAL-IATTC GĦALL-EŻAMI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ MIŻURI ADOTTATI MILL-KUMMISSJONI, IT-2 LAQGĦA, La Jolla, Kalifornja (USA), 29-30 ta’ Ġunju 2011, paġni 3 – 5.

    (78)  Informazzjoni miġjuba minn: http://www.itfglobal.org/flags-convenience/flags-convenien-183.cfm

    (79)  Informazzjoni miġjuba minn http://hdr.undp.org/en/statistics/

    (80)  Bħala komplement lil pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikunu konformi mal-Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat (Sajd IUU), EuropeAid/129609/C/SER/Multi.

    (81)  Informazzjoni miġjuba minn http://iotc.org/English/index.php

    (82)  Informazzjoni miġjuba minn http://iotc.org/English/index.php

    (83)  Ċirkulari tal-IOTC 2011/18 tat-28 ta’ Frar 2011.

    (84)  Informazzjoni miġjuba minn http://iotc.org/English/index.php

    (85)  Informazzjoni miġjuba minn http://hdr.undp.org/en/statistics/

    (86)  Bħala komplement lil pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikunu konformi mal-Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat (Sajd IUU), EuropeAid/129609/C/SER/Multi.

    (87)  Informazzjoni miġjuba minn http://www.iotc.org/English/meetings/comm/history/doc_meeting_CO9.php => Compliance Reports => Response to Letters of Feedback => Sri Lanka_16-05-11.

    (88)  Rapport ta’ Konformtà tal-IOTC għas-Sri Lanka, Dok. Nru IOTC-2011-S15-CoC26 rev1.

    (89)  Rapport ta’ Konformtà tal-IOTC għas-Sri Lanka, Dok. Nru IOTC-2012-CoC09-CR25_Rev2.

    (90)  Informazzjoni miġjuba minn http://hdr.undp.org/en/statistics/

    (91)  Bħala komplement lil pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikunu konformi mal-Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat (Sajd IUU), EuropeAid/129609/C/SER/Multi.

    (92)  Ara l-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 468/2010.

    (93)  Rapport ta’ NMFS, p. 107-108.

    (94)  Informazzjoni miġjuba minn http://hdr.undp.org/en/statistics/

    (95)  Bħala komplement lil pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikunu konformi mal-Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat (Sajd IUU), EuropeAid/129609/C/SER/Multi.

    (96)  Informazzjoni rilevanti miġjuba mill-websajt tal-FCWC http://www.fcwc-fish.org/

    (97)  Informazzjoni rilevanti miġjuba mill-websajt tal-FCWC http://www.fcwc-fish.org/

    (98)  Informazzjoni rilevanti miġjuba mill-websajt tas-CCMLAR http://www.ccamlr.org/

    (99)  Informazzjoni rilevanti miġjuba mill-websajt ta’ CCMLAR http://www.ccamlr.org/

    (100)  Informazzjoni miġjuba minn http://hdr.undp.org/en/statistics/

    (101)  Eżami u aġġornament tar-Regolament tal-1998 dwar il-liġi tas-sajd u tar-regolamenti ta’ implimentazzjoni tiegħu fir-Repubblika tat-Togo (Programm ACP FISH II). Informazzjoni rilevanti miġjuba mill-websajt tal-FCWC http://www.fcwc-fish.org/

    (102)  Bħala komplement lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikunu konformi mal-Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat (Sajd IUU), EuropeAid/129609/C/SER/Multi.

    (103)  Il-bastiment Jupiter No 1, Ċirkulari tal-IOTC 2010/17 tal-15 ta’ Frar 2010.

    (104)  Rapport tal-Erbatax-il Sessjoni tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan, Busan, IOTC-2010-S14-R[E].

    (105)  Il-bastiment Balena, Ċirkulari tal-IOTC 2010/23 tad-9 ta’ Marzu 2010.

    (106)  Rapport tal-14-il Sessjoni tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan, Busan, IOTC-2010-S14-R[E].

    (107)  Ara l-Parti B tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 468/2010.

    (108)  Rapport ta’ Konformità tal-IOTC għal Vanwatu (Sessjoni tal-Kumitat dwar il-Konformità 8, 2011), IOTC-2011-S15-Coc43 u ċ-Ċirkulari tal-IOTC 2010/23 tad-9 ta’ Marzu 2010.

    (109)  KAP 135, parti 5, l-Artikoli 14 u 15 tal-Liġijiet tar-Repubblika tal-Vanwatu.

    (110)  KAP 135, part 5, l-Artikoli 16, 17 u 20 tal-Liġijiet tar-Repubblika tal-Vanwatu.

    (111)  Informazzjoni miġjuba minn http://hdr.undp.org/en/statistics/

    (112)  Bħala komplement lil pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikunu konformi mal-Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat (Sajd IUU), EuropeAid/129609/C/SER/Multi.

    (113)  Ittra ta’ identification tal-ICCAT, il-21 ta’ Frar 2012.

    (114)  ICCAT, Tabelli ta’ Sommarju ta’ Konformità, Dok. Nru COC-308/2010, 10.11.2010.

    (115)  ICCAT, Abbozz ta’ Tabelli ta’ Sommarju ta’ Konformità, Dok. Nru COC-308/2011.

    (116)  Ittra ta’ identifikazzjoni tal-ICCAT lill-Vanwatu Nru 166, it-18 ta’ Jannar 2011.

    (117)  Ittra ta’ identification tal-ICCAT lill-Vanwatu Nru 623, il-21 ta’ Frar 2012.

    (118)  WCPFC-TCC7-2011/17-CMR/28, it-12 ta’ Ottubru 2011.

    (119)  Rapport ta’ Konformtà tal-IOTC għall-Vanwatu (is-Sessjoni 8 tal-Kumitat dwar il-Konformità, 2011) IOTC-2011-S15-Coc43.

    (120)  Informazzjoni miġjuba minn: http://www.itfglobal.org/flags-convenience/flags-convenien-183.cfm

    (121)  Informazzjoni miġjuba minn http://hdr.undp.org/en/statistics/

    (122)  Bħala komplement lil pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikunu konformi mal-Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat (Sajd IUU), EuropeAid/129609/C/SER/Multi.


    Top