This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0702
2012/702/EU: Commission Implementing Decision of 13 November 2012 amending Decision 2008/855/EC as regards the dispatch to other Member States of certain meat and meat products from Member States concerned with areas listed in Part III of the Annex thereto (notified under document C(2012) 7977) Text with EEA relevance
2012/702/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE fir-rigward tal-dispaċċ ta’ ċertu laħam u ċerti prodotti tal-laħam lil Stati Membri oħra mingħand l-Istati Membri kkonċernati fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness tagħha (notifikata bid-dokument C(2012) 7977) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2012/702/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE fir-rigward tal-dispaċċ ta’ ċertu laħam u ċerti prodotti tal-laħam lil Stati Membri oħra mingħand l-Istati Membri kkonċernati fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness tagħha (notifikata bid-dokument C(2012) 7977) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 318, 15.11.2012, p. 71–73
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 15/12/2013; Imħassar b' 32013D0764
15.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/71 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Novembru 2012
li temenda d-Deċiżjoni 2008/855/KE fir-rigward tal-dispaċċ ta’ ċertu laħam u ċerti prodotti tal-laħam lil Stati Membri oħra mingħand l-Istati Membri kkonċernati fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness tagħha
(notifikata bid-dokument C(2012) 7977)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/702/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (3) tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll għad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew reġjuni tagħhom stipulati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
(2) |
L-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni 2008/855/KE jipprevedi li l-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness tagħha għandhom jiżguraw li ebda dispaċċ ta’ laħam frisk tal-majjal minn azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti ta’ dak l-Anness, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam ma jintbagħtu minn dawk iż-żoni lejn Stati Membri oħra. |
(3) |
L-Artikolu 8a tad-Deċiżjoni 2008/855/KE jipprevedi li l-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness tagħha jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta’ laħam frisk tal-majjal u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam idderivat mill-ħnieżer lejn Stati Membri oħra minn azjendi li jinsabu barra miż-żoni elenkati f’din il-Parti tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni taħt ċerti kundizzjonijiet. |
(4) |
L-Artikolu 8c tad-Deċiżjoni 2008/855/KE jipprevedi li, b’deroga mill-Artikolu 7(1) ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness tagħha jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta’ laħam frisk tal-majjal u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam lejn Stati Membri oħra, taħt ċerti kundizzjonijiet. |
(5) |
L-Artikoli 8a u 8c tad-Deċiżjoni 2008/855/KE jipprevedu għal żewġ sistemi direzzjonali għal-laħam frisk tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet sabiex ikun żgurat li dawn ma joħolqux riskju fir-rigward tal-aġent tad-deni klassiku tal-ħnieżer. Għaldaqstant il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam jistgħu jaħdmu biż-żewġ sistemi fl-istess waqt mingħajr ma joħolqu riskji addizzjonali kemm-il darba huma fis-seħħ xi rekwiżiti ulterjuri relatati man-notifika tal-listi tal-azjendi u l-istabbilimenti. Għalhekk iż-żewġ dispożizzjonijiet li jirregolaw iż-żewġ sistemi jistgħu jingħaqdu u l-azjendi, il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam jistgħu jiġu approvati skont dan. |
(6) |
Sabiex ikun żgurat monitoraġġ adatt u t-trasparenza tal-funzjonament tas-sistema direzzjonali għal-laħam frisk tal-majjal, ċerti preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam, huwa xieraq li l-Istati Membri li japplikaw is-sistema, iżommu aġġornata l-lista tal-azjendi, il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam li kienu approvati għas-sistemi direzzjonali u li din il-lista tkun disponibbli fil-ħin għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri l-oħra. |
(7) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2008/855/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2008/855/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 8a jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 8a Id-dispaċċ ta’ laħam frisk tal-majjal u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam mill-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness lejn Stati Membri oħra 1. L-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta’ laħam frisk tal-majjal idderivat mill-ħnieżer li sa minn twelidhom inżammu f’azjendi barra miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam, jekk il-laħam, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam huma prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti li huma approvati skont il-paragrafu 4. 2. B’deroga mill-Artikolu 7(1), l-Istati Membri b’żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta’ laħam frisk tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam lejn Stati Membri oħra, kemm-il darba:
3. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tapprova biss azjendi għall-iskop tal-paragrafu 2(a) kemm-il darba dawn l-azjendi:
4. L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri għandha tapprova biss biċċeriji, impjanti tat-tqattigħ u stabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam għall-iskop tal-paragrafu 1 u tal-punt (b) tal-paragrafu 2 fejn il-produzzjoni, il-ħażna u l-ipproċessar ta’ laħam frisk tal-majjal u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam eliġibbli għad-dispaċċ lejn Stati Membri oħra jsiru b’mod separat mill-produzzjoni, il-ħażna u l-ipproċessar ta’ prodotti oħra li jikkonsistu jew li fihom laħam frisk u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam idderivat mill-ħnieżer li joriġinaw jew li ġejjin minn azjendi li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness minbarra dawk approvati skont il-paragrafu 3. 5. Il-laħam tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mmarkati kif ġej:
6. L-Istati Membri li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 jew id-deroga prevista fil-paragrafu 2 għandhom iżommu aġġornata l-lista tal-azjendi, il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-laħam approvati skont il-paragrafi 3 u 4. Din il-lista għandha mill-inqas tindika l-isem, l-indirizz, in-numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali, it-tip ta’ stabbiliment u d-data tal-approvazzjoni. Din il-lista, u kull aġġornament tagħha, għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fi żmien 24 siegħa bl-approvazzjoni tal-ewwel azjenda jew stabbiliment jew ta’ kull emenda sussegwenti tagħha.” |
(2) |
L-Artikolu 8c jitħassar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Maroš ŠEFČOVIČ
Viċi President
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.