This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0194
2012/194/EU: Commission Implementing Decision of 11 April 2012 amending Decision 2008/961/EC on the use by third countries’ issuers of securities of certain third country’s national accounting standards and International Financial Reporting Standards to prepare their consolidated financial statements (notified under document C(2012) 2256) Text with EEA relevance
2012/194/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ April 2012 li temeda d-Deċiżjoni 2008/961/KE dwar l-użu, min-naħa ta’ emittenti ta’ titoli ta’ pajjiżi terzi, tal-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà ta’ ċerti pajjiżi terzi u l-istandards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju biex jippreparaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2256) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2012/194/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ April 2012 li temeda d-Deċiżjoni 2008/961/KE dwar l-użu, min-naħa ta’ emittenti ta’ titoli ta’ pajjiżi terzi, tal-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà ta’ ċerti pajjiżi terzi u l-istandards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju biex jippreparaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2256) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 103, 13.4.2012, pp. 49–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
13.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 103/49 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ April 2012
li temeda d-Deċiżjoni 2008/961/KE dwar l-użu, min-naħa ta’ emittenti ta’ titoli ta’ pajjiżi terzi, tal-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà ta’ ċerti pajjiżi terzi u l-istandards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju biex jippreparaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2256)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/194/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva Nru 2001/34/KE (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2004/109/KE, l-emittenti ta’ pajjiżi terzi jistgħu jiġu eżentati mill-ħtieġa li jippreparaw kontijiet konsolidati skont l-Istandards Internazzjonali għall-Irrappurtar Finanzjarju (IFRS) adottati fl-Unjoni, jekk il-Prinċipji ta’ Kontabbiltà Ġeneralment Aċċettati (GAAP) tal-pajjiż terz inkwistjoni jistipulaw ħtiġiet ekwivalenti. Sabiex tiġi vvalutata l-ekwivalenza tal-GAAP ta’ dak il-pajjiż terz mal-IFRS adottat, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 (2) jipprovdi għal definizzjoni tal-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza tal-GAAP ta’ pajjiż terz. |
(2) |
Huwa importanti li jiġu vvalutati l-isforzi ta’ dawk il-pajjiżi li ħadu l-passi biex l-istandards tal-kontabbiltà tagħhom jikkonverġu mal-IFRS jew jadottawhom. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1569/2007 ġie emendat biex il-perjodu ta’ ekwivalenza temporanja jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2014. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/961/KE (3) tipprovdi li l-emittenti ta’ pajjiżi terzi jistgħu jippreparaw wkoll il-kontijiet konsolidati tagħhom mill-1 ta’ Jannar 2009 skont l-IFRS. Skont dik id-Deċiżjoni qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara, l-emittenti ta’ pajjiż terz għandhom jitħallew jippreparaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati annwali u ta’ kull sitt xhur tagħhom skont il-GAAP tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kanada, ir-Repubblika tal-Korea jew ir-Repubblika tal-Indja. |
(4) |
F’Ġunju 2010, il-Kummissjoni talbet lil dak li kien il-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET), li ġie mibdul mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (4), biex jipprovdi valutazzjoni teknika u aġġornament għall-iżviluppi tal-IFSR fiċ-Ċina, il-Kanada, il-Korea t’Isfel u l-Indja. Il-Kummissjoni kkunsidrat bis-sħiħ ir-rapport ipprovdut mill-KRET f’Novembru 2010 u l-aġġornamenti dwar iċ-Ċina u l-Indja, li rċeviet mill-AETS f’Mejju 2011 wara investigazzjoni fuq il-post li għamlet f’Jannar 2011. |
(5) |
F’April 2010 il-Ministeru tal-Finanzi taċ-Ċina ħareġ “Roadmap for Continuing Convergence of the Accounting Standards for Business Enterprises (ASBE) with IFRS” li tenna l-impenn taċ-Ċina li tkompli bil-proċess tal-konverġenza lejn l-IFRS. Minn Ottubru 2010 l-istandards u l-interpretazzjonijiet attwali maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) ġew implimentati fl-ASBE. Il-livell ta’ konverġenza li kien irrappurtat mill-ESMA kien wieħed sodifaċenti u ma kienet meħtieġa l-ebda rikonċiljazzjoni għall-emittenti tal-Unjoni li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji skont l-IFRS. Għaldaqstant huwa xieraq li l-ASBE taċ-Ċina jitqies ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta’ Jannar 2012. |
(6) |
F’Jannar 2006, l-Accounting Standards Board of Canada għamel impenn pubbliku biex jadotta l-IFRS sal-31 ta’ Diċembru 2011. Il-Bord approva l-inkorporazzjoni tal-IFRS fil-Canadian Institute of Chartered Accountants Handbook bħala GAAP Kanadiżi għall-intrapriżi orjentati lejn il-profitt li huma kontabbli pubblikament li jibda fl-2011. Għaldaqstant huwa xieraq li l-GAAP tal-Kanada jitqiesu bħala ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta’ Jannar 2012. |
(7) |
Il-Korean Financial Supervisory Commission u l-Korean Accounting Institute għamlu impenn pubbliku f’Marzu 2007 li jadottaw l-IFRS sal-31 ta’ Diċembru 2011. Il-Korean Accounting Standards Board adotta l-IFRS bħala l-IFRS Korean (K-IFRS). Il-K-IFRS huma identiċi għall-IFRS kif maħruġa mill-IASB u huma meħtieġa għall-kumpaniji kollha reġistrati fil-Korea t’Isfel mill-2011. L-istituzzjonijiet finanzjarji mhux ikkwotati u l-kumpaniji tal-Istat huma wkoll rikjesti biex japplikaw il-K-IFRS. Kumpaniji mhux ikkwotati oħrajn jistgħu jagħżlu li jagħmlu hekk. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-GAAP Koreani jkunu kkunsidrati bħala ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta’ Jannar 2012. |
(8) |
Il-Gvern Indjan u l-Indian Institute of Chartered Accountants f’Lulju 2007 għamlu impenn pubbliku li sal-31 ta’ Diċembru 2011 jadottaw l-IFRS, bil-għan li l-GAAP Indjani jkunu konformi għal kollox mal-IFRS sa tmiem il-programm. Wara investigazzjoni fuq il-post f’Jannar 2011, l-ESMA osservat li l-Istandards ta’ Kontabbiltà Indjani jidher li għandhom għadd ta’ differenzi mill-IFRS. Għadha teżisti inċertezza dwar l-iskeda għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ rappurtar konformi mal-IFRS. |
(9) |
Għalhekk, huwa xieraq li l-perjodu tranżitorju jiġi estiż għal mhux aktar minn tliet snin, sal-31 ta’ Diċembru 2014, sabiex l-emittenti ta’ pajjiż terzi jitħallew jippreparaw ir-rapporti finanzjarji annwali u ta’ kull sitt xhur tagħhom skont il-GAAPs tal-Indja fl-Unjoni. |
(10) |
Peress li l-perjodu tranżitorju li għalih id-Deċiżjoni 2008/961/KE tat l-ekwivalenza għall-GAAPs Ċiniżi, Kanadiżi, tal-Korea t’Isfel u dawk Indjani ntemmu fil-31 ta’ Diċembru 2011, għal raġuni ta’ ċertezza legali, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012. |
(11) |
Id-Deċiżjoni 2008/961/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(12) |
Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/961/KE hu emendat kif ġej:
1. |
It-tieni paragrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Mill-1 ta’ Jannar 2012, fir-rigward tar-rapporti finanzjarji konsolidati annwali u r-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ kull sitt xhur, l-istandards li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għall-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002:
|
2. |
Jiżdied it-tielet paragrafu li ġej: “L-emittenti ta’ pajjiż terzi għandhom jitħallew jippreparaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati annwali tagħhom u r-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom ta’ kull sitt xhur skont il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Ġeneralment Aċċettati tar-Repubblika tal-Indja għas-snin finanzjarji li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2015.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni
Michel BARNIER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
(2) ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66.