This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0139
2012/139/EU: Council Decision of 24 January 2012 establishing whether effective action has been taken by Hungary in response to the Council recommendation of 7 July 2009
2012/139/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Jannar 2012 li tistabilixxi jekk itteħditx azzjoni effettiva mill-Ungerija b’reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Lulju 2009
2012/139/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Jannar 2012 li tistabilixxi jekk itteħditx azzjoni effettiva mill-Ungerija b’reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Lulju 2009
ĠU L 66, 6.3.2012, p. 6–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 66/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ Jannar 2012
li tistabilixxi jekk itteħditx azzjoni effettiva mill-Ungerija b’reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009
(2012/139/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 126(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 126(1) tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jevitaw defiċits eċċessivi tal-gvern. |
(2) |
Il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir huwa bbażat fuq l-objettiv ta’ finanzi sodi tal-gvern bħala mezz biex jissaħħu l-kondizzjonijiet għall-istabilità tal-prezzijiet u għal tkabbir sostenibbli qawwi li jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi. Il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir jinkludi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (1), li kien adottat sabiex jgħin il-korrezzjoni fil-pront tad-defiċits eċċessivi tal-amministrazzjoni pubblika. |
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2004/918/KE (2) li ttieħdet fil-5 ta’ Lulju 2004 il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, iddeċieda, skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (TKE), li fl-Ungerija kien hemm defiċit eċċessiv (3). |
(4) |
Fil-5 ta’ Lulju 2004, il-Kunsill fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, irrakkomanda, skont l-Artikolu 104(7) TKE li l-awtoritajiet Ungeriżi jieħdu azzjoni f’qafas ta’ terminu medju sabiex iġibu d-defiċit taħt it-3 % tal-PDG sal-2008. Permezz tad-Deċiżjoni 2005/348/KE (4) li ttieħdet fit-18 ta’ Jannar 2005 il-Kunsill, skont l-Artikolu 104(8) TKE, il-Kunsill stabbilixxa li l-Ungerija ma kienitx ħadet azzjoni effettiva b’reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
(5) |
Fit-8 ta’ Marzu 2005, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill adotta t-tieni rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 104(7) TKE, fejn ikkonferma l-iskadenza tal-2008 għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv. Wara deterjorament sostanzjali tal-prospetti baġitarji fl-Ungerija, permezz tad-Deċiżjoni 2005/843/KE (5) li ttieħdet fit-8 ta’ Novembru 2005 il-Kunsill, skont l-Artikolu 104(8) TKE, stabbilixxa li l-Ungerija għat-tieni darba kienet naqset milli tieħu azzjoni effettiva b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. |
(6) |
Għaldaqstant, fl-10 ta’ Ottubru 2006, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill adotta t-tielet rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 104(7) TKE indirizzata lill-Ungerija, fejn ippospona l-iskadenza tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2009. Fis-7 ta’ Lulju 2009, il-Kunsill fir-rakkomnadazzjoni tiegħu adottata skont l-Artikolu 104(7) TKE kkonkluda li l-awtoritajiet Ungeriżi jistgħu jitqiesu li ħadu azzjoni effikaċi b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet minn Ottubru 2006. Fl-isfond tat-tnaqqis qawwi fir-rittmu ekonomiku fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, fl-istess rakkomandazzjoni l-Kunsill ħareġ verżjoni riveduta tat-tielet rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 104(7) TKE. |
(7) |
Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009 talbet lill-awtoritajiet Ungeriżi li jtemmu s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv sa mhux aktar tard mill-2011. Inter alia, l-Ungerija kellha rakkomandazzjoni (i) biex tillimita d-deterjorament tal-pożizzjoni fiskali fl-2009 billi tiżgura implimentazzjoni rigoruża tal-miżuri korrettivi adottati u mħabbra biex tinżamm il-mira ta’ 3,9 % tal-PDG; (ii) biex mill-2010 jiġu implimentati rigorożament il-miżuri ta’ konsolidament neċessarji biex jiżguraw tnaqqis kontinwu tad-defiċit strutturali u tnaqqis mill-ġdid tad-defiċit nominali, b’aktar irbit ta’ miżuri strutturali sabiex ikun ggarantit titjib dejjiemi fil-finanzi pubbliċi; (iii) biex jiġu speċifikati u adotatti propizjożament il-miżuri ta’ konsolidament neċessarji biex tintlaħaq il-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-2011; (iv) biex jiġi żgurat sforz fiskali kumulattivi ta’ 0,5 % tal-PDG matul l-2010 u l-2011; (v) biex jiżguraw li l-proporzjoni tad-dejn pubbliku gross jinġieb f’perkors ta’ tnaqqis konsitenti. |
(8) |
Fis-27 ta’ Jannar 2010 il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni lill-Kunsill (6) li tikkonkludi li, abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dak il-mument, l-Ungerija ħadet azzjoni effikaċi b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009. Il-Kummissjoni wslet għal din il-konklużjoni billi ħadet kont, b’mod partikolari, il-miżuri ta’ konsolidament ta’ 1,5 % tal-PDG biex tintlaħaq il-mira tad-defiċit tal-2009 ta’ 3,9 % tal-PDG, ir-riformi strutturali fil-pensjonijiet u s-sistema tal-benefiċċji soċjali b’appoġġ biex tintlaħaq il-mira tad-defiċit tal-2010 ta’ 3,8 % tal-PDG, u l-progress fir-rigward tal-implementazzjoni tal-qafas fiskali ġdid, imma fl-istess ħin, il-Kummissjoni wissiet dwar riskji konsiderevoli. |
(9) |
Fil-15 ta’ Diċembru 2011 l-Ungerija ppreżentat ir-Rapport tagħha dwar il-miżuri meħuda b’reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009 skont l-Artikolu 126(7) tat-Trattat, Diċembru 2011 (rapport ta’ progress tal-PDE, Diċembru 2011) lill-Kummissjoni u l-Kunsill. Abbażi, inter alia, ta’ dak ir-rapport ta’ progress, valutazzjoni aġġornata tal-azzjoni meħuda mill-Ungerija biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv sal-2011 b’reazzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009, twassal għal dawn il-konklużjonijiet:
|
(10) |
Il-konklużjoni kumplessiva hija filwaqt li l-Ungerija formalment tirrispetta l-valur referenzjarju ta’ 3 % tal-PDG sal-2011, dan ma jkunx ibbażat fuq korrezzjoni strutturali u sostenibbli. Is-surplus baġitarju fl-2011 jiddependi minn dħuljiet sostanzjali ta’ darba ta’ aktar minn 10 % tal-PDG u huwa akkumpanjat minn deterjorament strutturali kumulattiv fl-2010 u l-2011 ta’ 2,75 % tal-PDG meta mqabbel ma’ rakkomandazzjoni ta’ titjib fiskali kumulattiv ta’ 0,5 % tal-PDG. Barra minn hekk, l-awtoritajiet qed jimplimentaw miżuri strutturali sostanzjali fl-2012 li jnaqqsu d-defiċit strutturali għal 2,6 % tal-PDG; il-valur referenzjarju ta’ 3 % tal-PDG jerġa’ jiġi osservat biss grazzi għal miżuri ta’ darba ta’ madwar 1 % tal-PDG. Fl-aħħar nett, fl-2013, id-defiċit (ta’ 3,25 % tal-PDG) huwa mistenni li jaqbeż il-limitu tad-defiċit ta’ 3 % tal-PDG, ukoll anki meta jitqiesu l-miżuri addizzjonali mħabbra wara t-bassir tal-ħarifa 2011. Id-defiċit ogħla fl-2013 huwa prinċipalment marbut mal-fatt li dħulijiet temporanji ta’ ta’ darba qed jiġu eliminati gradwalment kif pjanat, filwaqt li mhux ir-riformi strutturali pjanati kollha ġew speċifikati biżżejjed. Kumplessivament, dan isostni l-konklużjoni li r-reazzjoni mill-awtoritajiet Ungeriżi għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009 adottata skont l-Artikolu 104(7) TKE kienet insuffiċjenti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Ungerija ma ħaditx azzjoni effettiva b’reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009 skont l-Artikolu 104(7) TKE fil-perijodu stipulat f’dik ir-Rakkomandazzjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
M. VESTAGER
(2) ĠU L 389, 30.12.2004, p. 27.
(3) Id-dokumenti kollha marbuta mal-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv (PDE) fl-Ungerija jinsabu fis-sit tal-Internet li ġejja: http://ec.europa.eu/economy_finance/economic_governance/sgp/deficit/index_en.htm.
(4) ĠU L 110, 30.4.2005, p. 42.
(5) ĠU L 314, 30.11.2005, p. 18.
(6) COM/2010/0010 finali.