Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0104

2012/104/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Frar 2012 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ ċerti aġenziji tal-pagamenti fil-Ġermanja li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2008 (notifikata bid-dokument numru C(2012) 907)

ĠU L 49, 22.2.2012, pp. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/104/oj

22.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/21


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Frar 2012

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ ċerti aġenziji tal-pagamenti fil-Ġermanja li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2008

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 907)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2012/104/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 33 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat tal-Fond,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2009/373/KE (2), 2010/59/UE (3), 2010/721/UE (4) u 2011/103/UE (5) approvaw, għas-sena finanzjarja 2008, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagament kollha ħlief l-aġenzija tal-pagamenti Ġermaniża “Bayern”, u l-aġenzija tal-pagamenti Griega”OPEKEPE”.

(2)

Wara t-trażmissjoni ta’ tagħrif ġdid u wara li saru aktar verifiki, il-Kummissjoni issa tista’ tiddeċiedi fir-rigward tal-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), dwar l-integralità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet imressqin mill-aġenzija tal-pagamenti Ġermaniża “Bayern”.

(3)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-UE nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli tal-UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti Ġermaniża “Bayern”, dwar l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fir-rigward tas-sena finanzjarja 2008, huma b’dan approvati.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn kull Stat Membru, jew li għandhom jitħallsu lil kull Stat Membru skont kull programm tal-iżvilupp rurali f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 33(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma indikati fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)   ĠU L 116, 9.5.2009, p. 21.

(3)   ĠU L 34, 5.2.2010, p. 26.

(4)   ĠU L 312, 27.11.2010, p. 23.

(5)   ĠU L 42, 16.2.2011, p. 27.


ANNESS

APPROVAZZJONI TA' NFIQ DIŻASSOĊJAT MILL-PROGRAMM GĦALL-IŻVILUPP RURALI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2008

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn jew imħallas lill-Istat Membru għal kull programm

(f'EUR)

CCI

Infiq 2008

Korrezzjonijiet

Total

Ammonti li mhux se jerġgħu jintużaw

Ammont aċċettat approvat għas-SF 2008

Pagamenti interim rimborżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lil (+) Stat Membru

 

i

ii

iii = i + ii

iv

v = iii – iv

vi

vii = v – vi

DE: 2007DE06RPO004

127 175 349,11

0,00

127 175 349,11

0,00

127 175 349,11

127 175 349,11

0,00


Top