This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012B0567
2012/567/EU: Decision of the European Parliament of 10 May 2012 on the closure of the accounts of the European Police College for the financial year 2010
2012/567/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2012 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2010
2012/567/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta’ Mejju 2012 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2010
ĠU L 286, 17.10.2012, p. 167–168
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010
17.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/167 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2012
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2010
(2012/567/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2010, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Kulleġġ (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06083/2012 — C7–0051/2012), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 li tistabbilixxi l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011)4680 tat-30 ta’ Ġunju 2011 li tagħti approvazzjoni għal deroga mitluba mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija minn Regolament (KE, Euratom) Nru 2343/2002, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija tat-12 ta’ Lulju 2010 dwar ir-Rimborż ta’ Spejjeż Privati (10/0257/KA), |
— |
wara li kkunsidra l-awditjar estern ikkummissjonat mill-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Nru ta’ Referenza tal-Kuntratt CEPOL/2010/001) dwar ir-rimborż ta’ spejjeż privati, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport finali tal-evalwazzjoni esterna ta’ ħames snin tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (Nru ta’ Referenza tal-Kuntratt CEPOL/CT/2010/002), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Attività Annwali 2009 tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, Libertà u Sigurtà, |
— |
wara li kkunsidra r-raba’ rapport ta’ progress tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Multiannwali (MAP) tiegħu għall-2010-2014, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-MAP tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għall-2010-2014, |
— |
wara li kkunsidra n-nota tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-4 ta’ Lulju 2011 (Ref. Ares (2011) 722479) dwar it-tielet rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Pluriennali (MAP) tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għall-2010-2014, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport u l-annessi tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar “Kwittanza 2009: Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija”, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport u l-anness tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija dwar l-applikazzjoni tal-Manwal tal-Akkwist Pubbliku tiegħu għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2010 u l-1 ta’ Lulju 2011, |
— |
wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0119/2012), |
1. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2010; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 366, 15.12.2011, p. 134.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 63.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.