Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012A0121(01)

    Opinjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Jannar 2012 dwar il-pjan modifikat għar-rimi ta' skart radjuattiv mill-Impjant Nukleari ta' Blayais, fi Franza

    ĠU C 18, 21.1.2012, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    21.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 18/1


    OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-20 ta’ Jannar 2012

    dwar il-pjan modifikat għar-rimi ta' skart radjuattiv mill-Impjant Nukleari ta' Blayais, fi Franza

    (It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

    2012/C 18/01

    Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom, u hija bla ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja.

    Fis-6 ta' Settembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern ta’ Franza, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, Dejta Ġenerali dwar il-pjan emendat għar-rimi tal-iskart radjuattiv mill-Impjant Nukleari ta' Blayais.

    Abbażi ta' din id-dejta, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

    (1)

    Id-distanzi mill-impjant nukleari għall-eqreb Stati Membri huma ta' 226 km għal Spanja u 568 km għall-Italja.

    (2)

    Il-modifikazzjonijiet ippjanati għandhom l-għan li jużaw elementi tal-karburant MOx f'żewġ unitajiet minn erba' preżenti fis-sit (l-unitajiet 3 u 4).

    (3)

    Matul kundizzjonijiet normali ta’ operazzjoni, il-modifikazzjoni ppjanata ma twassalx għal esponiment sinifikanti mill-aspett sanitarju tal-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor.

    (4)

    Fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li aktarx jaslu għand il-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor minħabba l-modifikazzjoni ppjanata ma jkunux sinifikanti mill-aspett sanitarju.

    Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan modifikat għar-rimi ta' skart radjuattiv fi kwalunkwe forma mill-impjant ta' Blayais fi Franza, kemm f'operazzjoni normali kif ukoll fil-każ ta' inċident tat-tip u daqs ikkunsidrat fid-Dejta Ġenerali, x'aktarx li ma jirriżultax f'kontaminazzjoni radjoattiva, li tkun sinifikanti mill-aspett sanitarju, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-arja ta' Stat Membru ieħor.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Günther OETTINGER

    Membru tal-Kummissjoni


    Top