This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1313
Commission Implementing Regulation (EU) No 1313/2011 of 13 December 2011 amending Regulations (EC) No 2535/2001 and (EC) No 1187/2009 as regards the CN codes for dairy products
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1313/2011 tat- 13 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 u (KE) Nru 1187/2009 fir-rigward tal-kodiċijiet tan-NM għall-prodotti tal-ħalib
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1313/2011 tat- 13 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 u (KE) Nru 1187/2009 fir-rigward tal-kodiċijiet tan-NM għall-prodotti tal-ħalib
ĠU L 334, 16.12.2011, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760
16.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1313/2011
tat-13 ta’ Diċembru 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 u (KE) Nru 1187/2009 fir-rigward tal-kodiċijiet tan-NM għall-prodotti tal-ħalib
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikoli 144 u 148 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 1006/2011 tas-27 ta' Settembru 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2), jipprovdi għal emendi fil-kodiċijiet tan-NM għal prodotti tal-ħalib tal-Kapitolu 4. |
(2) |
Huwa meħtieġ li tkun aġġornata l-Parti I.F tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġament tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (3), kif ukoll l-Artikolu 27 u l-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (4). |
(3) |
Il-miżura pprovduta għal dan ir-Regolament hija skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti I.F tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 qed jitbiddel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 27(2), il-kodiċi 0402 21 19 9900 tinbidel bil-kodiċi 0402 21 18 9900; |
(2) |
Fil-Grupp Nru 1 tal-Anness II, il-kodiċi 0401 30 tinbidel bil-kodiċijiet 0401 40 u 0401 50. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1.
(3) ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.
(4) ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.
ANNESS
“I. F
KWOTA TAT-TARIFFI TAĦT L-ANNESS II TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ U L-IŻVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI
Kwota Nru |
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni |
Dazju doganali |
Kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju f’tunnellati |
||
09.4155 |
ex 0401 40 |
|
eżenzjoni |
2 000 ” |
||
ex 0401 50 |
|
|||||
0403 10 |
Yoghurt |