EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1215

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1215/2011 tal- 24 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 131/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tas-Sudan

ĠU L 310, 25.11.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/07/2014; Imħassar b' 32014R0747

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1215/oj

25.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 310/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1215/2011

tal-24 ta’ Novembru 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 131/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tas-Sudan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari, l-Artikolu 215(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/423/PESK tat-18 ta’ Lulju 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sudan u s-Sudan t’Isfel u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK (1), addottat skont il-Kapitolu 2 tat-Titlu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Mejju 2005, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK (2) dwar miżuri restrittivi kontra s-Sudan.

(2)

Fit-18 ta’ Lulju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/423/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sudan u s-Sudan t’Isfel u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK. Id-Deċiżjoni 2011/423/PESK temenda l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri restittivi imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2005/411/PESK li ġiet irrevokata.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 131/2004 (3) għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnhufih mal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 131/2004 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

It-Titolu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 131/2004 tas-26 ta’ Jannar 2004 li jimponi ċerti miżuri ristrettivi dwar is-Sudan u s-Sudan t’Isfel.”;

(2)

L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Għandu jiġi pprojbit:

(a)

li tipprovdi assistenza teknika relatata ma’ attivitajiet militari u għall-fornitura, manifattura, manutenzjoni u l-użu ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u l-partijiet ta’ sostituzzjoni għalihom, direttament jew indirettament lil kull peruna, entità jew korp fi, jew għall-użu fis-Sudan jew is-Sudan t’Isfel;

(b)

li tipprovdi finanzi jew assistenza finanzjarja dwar attivitajiet militari, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu fuq esporti, għal kull bejgħ, fornitura, trasferiment jew esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat, jew għal kull għotja ta’ assistenza teknika relatata, direttament jew indirettament lejn kull persuna, entità jew korp fi, jew għall-użu fis-Sudan jew is-Sudan t’Isfel”;

(3)

Fl-Artikolu 4(1), iddaħħal il-punt li ġej:

“(e)

għajnuna għal proċess ta’ Riforma fis-Settur tas-Sigurtà fis-Sudan t’Isfel.”;

(4)

L-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

L-Artikoli 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket rinforzati bil-metall u elmi militari, temporanjament esportati lejn is-Sudan jew is-Sudan t’Isfel mill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u ħaddiema umanitarji u tal-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

W. PAWLAK


(1)  ĠU L 188, 19.7.2011, p. 20.

(2)  ĠU L 139, 2.6.2005, p. 25.

(3)  ĠU L 21, 28.1.2004, p. 1.


Top