This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1189
Commission Implementing Regulation (EU) No 1189/2011 of 18 November 2011 laying down detailed rules in relation to certain provisions of Council Directive 2010/24/EU concerning mutual assistance for the recovery of claims relating to taxes, duties and other measures
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1189/2011 tat- 18 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati f’relazzjoni ma’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1189/2011 tat- 18 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati f’relazzjoni ma’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra
ĠU L 302, 19.11.2011, p. 16–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/11/2017
19.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 302/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1189/2011
tat-18 ta’ Novembru 2011
li jistabbilixxi regoli dettaljati f’relazzjoni ma’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2010/24/UE biddlet sostanzjalment ir-regoli dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra u ddeterminat mill-ġdid is-setgħat implimentattivi tal-Kummissjoni, f’relazzjoni ma’ dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE (2). Għalhekk, huwa xieraq li r-regoli implimentattivi eżistenti adottati mill-Kummissjoni jiġu sostitwiti b’Regolament implimentattiv ġdid. |
(2) |
Sabiex tiżgura komunikazzjoni bil-ħeffa bejn l-awtoritajiet kompetenti, għandhom jiġu adottati regoli dettaljati fir-rigward ta’ arranġamenti prattiċi u l-perjodi ta’ żmien għall-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet li rċevew it-talba u dawk applikanti. |
(3) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa xieraq li jiġi speċifikat li l-validità tad-dokumenti mhix affettwata bil-fatt li huma trażmessi elettronikament. |
(4) |
Sabiex jiġi kkonfermat li d-dokumenti trażmessi bil-posta jiġu mibgħuta minn awtorità kompetenti, huwa xieraq li jiġu provduti r-regoli speċifiċi fir-rigward ta’ dan il-mod ta’ komunikazzjoni. |
(5) |
Sabiex ikun żgurat li jiġu trażmessi dejta u informazzjoni xierqa, il-mudelli tal-formola standard li jakkumpanjaw it-talba għan-notifika u l-istrument li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba għandhom ikunu stabbiliti. |
(6) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa xieraq li jiġi dikjarat b’mod espress l-effett legali tan-notifiki li saru mill-Istat Membru li rċieva t-talba fuq talba mill-Istat Membru applikant. |
(7) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, huwa xieraq ukoll li jiġi speċifikat li n-notifika jew il-komunikazzjoni tal-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fi Stat Membru li rċieva t-talba ma jkollux effett fuq il-konsegwenzi tan-notifika tal-istrument inizjali li jippermetti n-notifika, u li l-istrument rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba ma jkollu l-ebda effett fuq it-talba inizjali jew l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar. |
(8) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1179/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE dwar l-għajnuna reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (3) għandu jiġi revokat. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Irkupru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(1), l-Artikoli 8, 10, 12(1), l-Artikolu 13(2), (3), (4) u (5), l-Artikoli 15, 16(1) u 21(1) tad-Direttiva 2010/24/UE, inkluż ir-regoli dettaljati dwar il-konverżjoni, it-trasferiment tas-somom irkuprati, kif ukoll il-mezzi li bihom il-komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet jistgħu jiġu trażmessi.
Artikolu 2
1. It-talbiet kollha għall-informazzjoni, in-notifika, l-irkupru jew il-miżuri kawtelatorji skont l-Artikoli 5(1), 8, 10 u 16(1) tad-Direttiva 2010/24/UE (minn issa ‘l quddiem imsejħa “it-talbiet għal għajnuna” u l-istrumenti, formoli u dokumenti oħra kollha akkompanjanti, kif ukoll kull informazzjoni oħra komunikata fir-rigward ta’ dawn it-talbiet għandha tintbagħat bin-netwerk tas-CCN, sakemm dan ma jkunx prattiku għal raġunijiet tekniċi.
2. Id-dokumenti trażmessi f’forma elettronika jew f’forma stampata għandhom jitqiesu li għandhom l-istess effett legali bħad-dokumenti trażmessi bil-posta.
3. Jekk talba ma tistax tiġi trażmessa permezz tan-netwerk CCN, għandha tiġi trażmessa bil-posta. F’dan il-każ għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
(a) |
it-talba għandha tkun iffirmata minn uffiċjal tal-awtorità applikanti, li jkun ġie debitament awtorizzat biex jagħmel tali talba; |
(b) |
il-formola standard li takkompanja t-talba għan-notifika, msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2010/24/UE (minn issa ‘l quddiem imsejħa “il-formola uniformi ta’ notifika”) jew l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba msemmi fl-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva għandhom ikunu ffirmati minn uffiċjal debitament awtorizzat tal-awtorità applikanti; |
(ċ) |
jekk it-talba tkun akkompanjata b’kopja ta’ dokument ieħor apparti l-formola uniformi ta’ notifika jew l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba, l-awtorità applikanti għandha tiċċertifika l-konformità ta’ din il-kopja mal-oriġinal, billi tiddikjara f’din il-kopja, bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun tinsab, il-kelmiet “ċertifikat bħala kopja vera”, l-isem tal-uffiċjal li għamel iċ-ċertifikazzjoni u d-data ta’ dik iċ-ċertifikazzjoni. |
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel sottoparagrafu, l-Istati Membri għandhom jużaw il-formola uniformi ta’ notifika stabbilita skont il-mudell indikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament u l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba stabbilit skont il-mudell indikat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
4. Fejn il-formola uniformi ta’ notifika jew l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba jiġu trażmessi b’mezzi elettroniċi, l-istruttura u l-forma tagħhom jistgħu jiġu adattati għall-kundizzjoni tas-sistema ta’ komunikazzjoni elettronika sabiex tiġi faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, sakemm is-sett ta’ dejta u l-informazzjoni fihom ma jiġux mibdula b’mod sostanzjali fir-rigward tal-mudelli stabbiliti fl-Annessi I u II.
Artikolu 3
1. L-awtorità applikanti tista’ tagħmel talba għal għajnuna fir-rigward jew għal talba waħda jew għal diversi talbiet fejn dawn jistgħu jiġu rkuprati mingħand l-istess persuna.
2. It-talba għall-informazzjoni, irkupru jew miżuri kawtelatorji tista’ tkun relatata ma’ kwalunkwe persuna minn dawn li ġejjin:
(a) |
id-debitur prinċipali jew kodebitur; |
(b) |
persuna oħra apparti kodebitur, li tkun responsabbli biex tħallas dawk it-taxxi, dazji u miżuri oħra, jew għal talbiet oħra relatati ma’ dawk it-taxxi, dazji u miżuri oħra taħt il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tkun tinsab l-awtorità applikanti; |
(ċ) |
kull parti terza li jkollha assi li jappartjenu lil jew li jkollhom dejn ma’ waħda mill-persuni msemmija fil-punti (a) jew (b). |
Artikolu 4
L-informazzjoni u d-dettalji l-oħra ikkommunikati mill-awtorità li rċeviet it-talba, lill-awtorità applikanti għandhom skont l-Artikoli 5(1), 8, 10 u 16(1) tad-Direttiva 2010/24/UE jintbagħtu fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-awtorità li rċeviet it-talba jew f’lingwa oħra miftiehma bejn l-applikant u l-awtoritajiet li rċevew it-talba.
Artikolu 5
Jekk l-awtorità li rċeviet it-talba tirrifjuta li tittratta t-talba għall-għajnuna, għandha tinnotifika lill-awtorità applikanti bir-raġunijiet tar-rifjut, filwaqt li tispeċifika d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2010/24/UE li tkun qed tibbaża fuqhom. Tali notifika għandha tingħata mill-awtorità li rċeviet it-talba hekk kif tieħu d-deċiżjoni tagħha u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien xahar mid-data tar-rikonoxximent li rċeviet it-talba.
Artikolu 6
Kull talba għall-informazzjoni jew għall-irkupru jew għal miżuri kawtelatorji għandha tindika jekk ġietx indirizzata talba simili lil xi awtorità oħra.
KAPITOLU II
TALBIET GĦAL INFORMAZZJONI
Artikolu 7
L-awtorità li rċeviet it-talba għandha tirrikonoxxi li rċeviet it-talba għall-informazzjoni mill-aktar fis possibbli u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien sebat ijiem kalendarji minn meta tkun irċevietha.
Malli tirċievi t-talba, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha, fejn ikun xieraq, titlob lill-awtorità applikanti sabiex tipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa. L-awtorità applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa li normalment ikollha aċċess għaliha.
Artikolu 8
1. L-awtorità li rċeviet it-talba għandha tittrażmetti kull punt tal-informazzjoni mitluba lill-awtorità applikanti kif u meta jinkiseb.
2. Fejn, fir-rigward tal-partikularità ta’ każ, l-informazzjoni kollha jew partijiet minnha ma jkunux jistgħu jinkisbu f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinforma lill-awtorità applikanti b’dan u tiddikjara r-raġunijiet.
Ikun xi jkun il-każ, fi tmiem sitt xhur mid-data tar-rikonoxximent li ġiet riċevuta t-talba, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinforma lill-awtorità applikanti bir-riżultat tal-investigazzjonijiet li tkun wettqet sabiex tikseb l-informazzjoni mitluba.
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun waslet mill-awtorità li rċeviet it-talba, l-awtorità applikanti tista’ titlob lill-awtorità li rċeviet it-talba biex tkompli l-investigazzjoni tagħha. Dik it-talba għandha ssir fi żmien xahrejn minn meta tiġi riċevuta n-notifika tar-riżultat tal-investigazzjonijiet imwettqa mill-awtorità li rċeviet it-talba, u għandha tkun ittrattata mill-awtorità li rċeviet it-talba skont id-dispożizzjonijiet li japplikaw għat-talba inizjali.
Artikolu 9
L-awtorità applikanti tista’, f’kull żmien, tirtira t-talba għall-informazzjoni li tkun bagħtet lill-awtorità li rċeviet it-talba. Id-deċiżjoni ta’ rtirar għandha tkun trażmessa lill-awtorità li rċeviet it-talba.
KAPITOLU III
TALBIET GĦAL NOTIFIKA
Artikolu 10
1. Kull talba għal notifika għandha tinkludi l-oriġinal jew kopja ċertifikata ta’ kull dokument, li tiegħu tkun qed tintalab notifika.
Il-formola uniformi ta’ notifika li takkumpanja t-talba skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2010/24/UE għandha timtela’ minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità applikanti. Hija għandha tipprovdi informazzjoni lid-destinatarji fir-rigward tad-dokumenti li għalihom tkun intalbet assistenza ta’ notifika.
2. Fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-formola uniformi ta’ notifika, għandu japplika dan li ġej:
(a) |
l-ammont tat-talba għandu jissemma fejn ikun diġà stabbilit; |
(b) |
l-indikazzjoni tal-perjodu li fih in-notifika għandha tiġi affettwata jista’ jsir b’indikazzjoni tad-data li qabilha l-awtorità applikanti jkollha l-ħsieb li sseħħ in-notifika. |
Artikolu 11
It-talba għan-notifika tista’ tkun relatata ma’ kull persuna msemmija fl-Art. 3(c) tad-Direttiva 2010/24/UE li, skont il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru applikanti, hija meħtieġa li tiġi infurmata b’kull dokument li jirrigwarda lil dik il-persuna.
Artikolu 12
1. L-awtorità li rċeviet it-talba għandha tirrikonoxxi li rċeviet it-talba għan-notifika mill-aktar fis possibbli u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien sebat ijiem kalendarji minn meta tirċeviha.
Malli tirċievi t-talba għan-notifika, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex issir in-notifika skont il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tinsab.
Jekk ikun meħtieġ, imma mingħajr ma tkun kompromessa d-data finali għan-notifika indikata fit-talba għan-notifika, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha titlob lill-awtorità applikanti biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali.
L-awtorità applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha li normalment ikollha aċċess għaliha.
2. L-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinforma lill-awtorità applikanti bid-data tan-notifika hekk kif din issir, billi tiċċertifika n-notifika fil-forma tat-talba li tiġi rritornata lill-awtorità applikanti.
Artikolu 13
1. Notifika li ssir mill-Istat Membru li rċieva t-talba skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ f’dak l-Istat Membru, għandha titqies li għandha l-istess effett fl-Istat Membru applikanti daqs li kieku saret mill-Istat Membru applikanti innifsu skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru applikanti.
2. Notifika ta’ dokument relatat ma’ aktar minn tip wieħed ta’ taxxa, dazju jew miżura oħra, għandha titqies li hija valida jekk issir minn awtorità ta’ Stat Membru li rċieva t-talba li hija kompetenti għall-anqas għal waħda mit-taxxi, dazji jew miżuri oħra msemmija f’dak id-dokument notifikat, sakemm għandha l-permess taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li rċieva t-talba.
Artikolu 14
Għall-finijiet tan-notifika, l-Istat Membru li rċieva t-talba jista’ juża l-formola uniformi ta’ notifika, msemmija fl-Artikolu 10(1) bil-lingwa uffiċjali tiegħu jew b’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu skont il-liġi nazzjonali tiegħu.
KAPITOLU IV
IT-TALBIET GĦAL IRKUPRU JEW GĦAL MIŻURI KAWTELATORJI
Artikolu 15
It-talbiet għal irkupru jew għal miżuri kawtelatorji għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2010/24/UE ġew sodisfatti biex jingħata bidu għall-proċedura ta’ għajnuna reċiproka.
Artikolu 16
1. L-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba li jakkumpanja t-talba għall-irkupru jew għal miżuri kawtelatorji għandu jsir minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità applikanti, fuq il-bażi tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru applikanti.
Il-penali, multi, miżati u sovvramposti amministrattivi msemmija fl-Art. 2(2)(a) tad-Direttiva 2010/24/UE u l-interessi u l-ispejjeż imsemmija fl-Art. 2(2)(c) ta’ dik id-Direttiva li, f’konformità mar-regoli fis-seħħ fl-Istat Membru applikanti, jistgħu jkunu dovuti mid-data tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar sad-data qabel id-data li fiha tintbagħat it-talba ta’ irkupru, jistgħu jiżdiedu fl-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba.
2. Strument uniformi uniku li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba jista’ jinħareġ fir-rigward ta’ għadd ta’ talbiet u għadd ta’ persuni, li jikkorrispondi għall-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru applikanti.
3. F’dak li għandu x’jaqsam mal-istrumenti inizjali li jippermettu l-infurzar għal għadd ta’ talbiet fl-Istat Membru applikanti diġà ġew sostitwiti bi strument globali li jippermetti l-infurzar ta’ dawn it-talbiet kollha f’dak l-Istat Membru, l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba jista’ jkun bażat fuq l-istrumenti inizjali li jippermettu l-infurzar fl-Istat Membru applikanti jew fuq dak l-istrument globali li jgħaqqad fi grupp dawk l-istrumenti inizjali fl-Istat Membru applikanti.
4. Sabiex jiġu infurzati t-talbiet li għalihom tintalab għajnuna ta’ irkupru, l-Istat Membru li rċieva t-talba jista’ juża l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar f’dak l-Istat Membru fil-lingwa uffiċjali tiegħu jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu skont il-liġi nazzjonali tiegħu.
Artikolu 17
Id-destinatarju ta’ talba ta’ miżuri ta’ rkupru jew kawtelatorji jista’ ma jiddependix fuq notifika jew komunikazzjoni tal-istrument uniformi li jippermetti infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba biex jitlob prolongazzjoni jew li jerġa’ jinfetaħ il-perjodu ta’ żmien biex tiġi kontestata t-talba jew l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar jekk dan ikun ġie notifikat b’mod validu.
Artikolu 18
1. Jekk il-valuta tal-Istat Membru li rċieva t-talba hija differenti mill-valuta tal-Istat Membru applikanti, l-awtorità applikanti għandha tfisser l-ammont tat-talba li għandha tkun irkuprata fiż-żewġ valuti.
2. Ir-rata tal-iskambju li għandha tintuża għall-fini tal-għajnuna ta’ irkupru għandha tkun l-aħħar rata ta’ skambju pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel id-data li fiha tinbagħat it-talba.
Artikolu 19
1. L-awtorità li rċeviet it-talba, mill-aktar fis possibbli u, ikun xi jkun il-każ, fi żmien sebat ijiem kalendarji minn meta tirċievi t-talba għall-irkupru jew għall-miżuri kawtelatorji, għandha tirrikonoxxi li rċeviet it-talba.
2. L-awtorità li rċeviet it-talba tista’ titlob lill-awtorità applikanti biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali jew biex tiffinalizza l-istrument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba, jekk ikun meħtieġ. L-awtorità applikanti għandha tipprovdi l-informazzjoni addizzjonali kollha meħtieġa li normalment ikollha aċċess għaliha.
Artikolu 20
1. Fejn, fir-rigward tal-partikularità ta’ każ, it-talba kollha jew partijiet minnha ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati jew il-miżuri kawtelatorjii ma jistgħux jittieħdu f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinforma lill-awtorità applikanti b’dan u tiddikjara r-raġunijiet.
Fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta mill-awtorità li rċeviet it-talba, l-awtorità applikanti tista’ teħtieġ li din tal-aħħar terġa’ tiftaħ il-proċedura għall-irkupru jew il-miżuri kawtelatorji. Dik it-talba għandha ssir fi żmien xahrejn minn meta tiġi riċevuta n-notifika tar-riżultat ta’ dik il-proċedura u għandha tkun ittrattata mill-awtorità li rċeviet it-talba skont id-dispożizzjonijiet li japplikaw għat-talba inizjali.
2. Mhux aktar tard minn tmiem kull perjodu ta’ sitt xhur wara d-data ta’ rikonoxximent li ġiet riċevuta t-talba, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinforma lill-awtorità applikanti bl-istat ta’ progress jew bir-riżultat tal-proċedura għall-irkupru jew għall-miżuri kawtelatorji.
Artikolu 21
1. Kwalunkwe azzjoni li tikkontesta t-talba jew l-istrument li jippermetti li tiġi infurzata li tittieħed fl-Istat Membru tal-awtorità applikanti għandha tiġi nnotifikata lill-awtorità li rċeviet it-talba mill-awtorità applikanti immedjatament wara li l-awtorità applikanti tkun ġiet informata b’tali azzjoni.
2. Jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattiċi amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru li rċieva t-talba ma jippermettux miżuri kawtelatarji jew l-irkupru mitlub taħt it-tieni u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 2010/24/UE, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinnotifika l-awtorità applikanti b’dan kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ fi żmien xahar minn mindu tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1.
3. L-awtorità li rċeviet it-talba għandha tinnotifika kwalunkwe azzjoni li tittieħed fl-Istat Membru li rċieva t-talba għar-rimbors tas-somom irkuprati jew għall-kumpens b’relazzjoni għall-irkupru tat-talbiet ikkontestati skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 2010/24/UE lill-awtorità applikanti immedjatament wara li l-awtorità li rċeviet it-talba tkun ġiet informata b’tali azzjoni.
L-awtorità li rċeviet it-talba għandha, sakemm ikun possibbli, tinvolvi lill-awtorità applikanti fil-proċeduri sabiex jitħallsu l-ammont li għandu jiġi rrimborsat u l-kumpens dovut. Fuq talba raġunata mingħand l-awtorità li rċeviet it-talba, l-awtorità applikanti għandha titrasferixxi s-somom rimborsati u l-kumpens imħallas fi żmien xahrejn minn meta tiġi riċevuta dik it-talba.
Artikolu 22
1. Jekk it-talba għall-irkupru jew għall-miżuri kawtelatorji ma jkollhiex aktar fini minħabba l-ħlas tat-talba jew il-kanċellazzjoni tagħha jew għal kwalunkwe raġuni oħra, l-awtorità applikanti għandha tinforma immedjatament lill-awtorità li rċeviet it-talba sabiex din tal-aħħar tkun tista’ twaqqaf kwalunkwe azzjoni li tkun ħadet.
2. Fejn l-ammont tat-talba li huwa s-soġġett tat-talba ta’ irkupru jew għal miżuri prekazjonarji huwa aġġustat b’deċiżjoni ta’ korp kompetenti msemmi fl-Art. 14(1) tad-Direttiva 2010/24/UE, l-awtorità applikanti għandha tinforma lill-awtorità li rċeviet it-talba b’dik id-deċiżjoni, u jekk jintalab l-irkupru, tikkomunika strument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba. Dan l-istrument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba għandu jsir minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità applikanti, fuq il-bażi tad-deċiżjoni li taġġusta l-ammont tat-talba.
3. Strument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru li rċieva t-talba ma jkollu ebda konsegwenza fir-rigward tal-possibbiltajiet biex tiġi kontestata t-talba inizjali, l-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru applikanti jew id-deċiżjoni msemmija fis-sottoparagrafu preċedenti.
4. Jekk l-aġġustament msemmi fil-paragrafu 2 jinvolvi tnaqqis fl-ammont tat-talba, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tkompli bl-azzjoni li ħadet sabiex tagħmel l-irkupru jew tieħu miżuri kawtelatorji, imma dik l-azzjoni għandha tkun limitata għall-ammont li jkun għadu pendenti.
Jekk, fiż-żmien meta l-awtorità li rċeviet it-talba tiġi informata bit-tnaqqis fl-ammont tat-talba, ammont li jeċċedi l-ammont li għadu ma tħallasx diġà jkun ġie rkuprat minnha imma l-proċedura ta’ trasferiment li tissemma fl-Artikolu 23 tkun għadha ma nbdietx, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tħallas lura l-ammont żejjed li tħallas lill-persuna intitolata għalih.
5. Jekk l-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2 jinvolvi żieda fl-ammont tat-talba, l-awtorità applikanti tista’ tindirizza lill-awtorità li rċeviet it-talba, talba addizzjonali għal irkupru jew għal miżuri kawtelatorji.
Dik it-talba addizzjonali għandha, kemm jista’ jkun, tkun ittrattata mill-awtorità li rċeviet it-talba fl-istess ħin bħat-talba oriġinali mill-awtorità applikanti. Fejn, minħabba l-istat ta’ progress tal-proċedura eżistenti, mhux possibbli l-konsolidament tat-talba addizzjonali mat-talba inizjali, l-awtorità li rċeviet it-talba għandha tikkonforma mat-talba addizzjonali biss jekk tikkonċerna ammont li mhux anqas minn dak imsemmi fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2010/24/UE.
6. Sabiex tikkonverti l-ammont tat-talba li jirriżulta mill-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2 fil-munita tal-Istat Membru tal-awtorità li rċeviet it-talba, l-awtorità applikanti għandha tuża r-rata tal-kambju li ntużat fit-talba inizjali tagħha.
Artikolu 23
1. L-ammonti li jridu jintbagħtu lill-awtorità applikanti, skont l-Artikolu 13(5) tad-Direttiva 2010/24/UE, għandhom jiġu trasferiti lill-awtorità applikanti fil-munità tal-Istat Membru li rċeviet it-talba.
It-trasferiment tal-ammonti rkuprati għandu jsir fi żmien xaharejn mid-data li fiha jkun sar l-irkupru.
Madanakollu, jekk il-miżuri ta’ rkupru applikati mill-awtorità li rċeviet it-talba jiġu kontestati għal raġuni li ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru applikanti, l-awtorità li rċeviet it-talba tista’ tistenna biex titrasferixxi kwalunkwe somom irkuprati f’relazzjoni mat-talba tal-Istat Membru applikanti, sakemm tissolva t-tilwima, jekk dawn il-kundizzjonijiet segwenti jiġu sodisfatti simultanjament:
(a) |
l-awtorità li rċeviet it-talba tara li x’aktarx ir-riżultat tal-kontestazzjoni jkun favur il-parti konċernata, u |
(b) |
l-awtorità applikanti ma tkunx iddikjarat li tirrimborsa s-somom diġà trasferiti jekk ir-riżultat tal-kontestazzjoni jkun favur il-parti konċernata. |
Jekk l-awtorità applikanti tkun għamlet dikjarazzjoni li tirrimborsa skont il-punt (b) tat-tielet sottoparagrafu, hija għandha tirritorna l-ammonti rkuprati diġà trasferiti mill-awtorità li rċeviet it-talba fi żmien xahar minn mindu tirċievi t-talba tar-rimbors. Kull kumpens ieħor dovut, f’dak il-każ, għandu jkun responsabbiltà tal-awtorità li rċeviet it-talba.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jaqblu dwar arranġamenti differenti għat-trasferiment tal-ammonti taħt il-limitu applikat skont l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2010/24/UE.
Artikolu 24
Irrispettivament minn kwalunkwe ammont miġbur mill-awtorità li rċeviet it-talba bħala l-imgħax li jissemma fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2010/24/UE, it-talba għandha titqies li ġiet irkuprata fi proporzjon għall-ikrupru tal-ammont espress fil-munita nazzjonali tal-Istat Membru tal-awtorità li rċeviet it-talba, fuq il-bażi tar-rata tal-kambju li tissemma’ fl-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-Regolament.
KAPITOLU V
ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 25
Ir-Regolament (KE) Nru 1179/2008 huwa hawnhekk revokat.
Artikolu 26
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 150, 10.6.2008, p. 28.
(3) ĠU L 319, 29.11.2008, p. 21.
ANNESS I
Formola uniformi ta’ notifika li tipprovdi informazzjoni dwar id-dokument(i) notifikat(i) (għandu jiġi trażmess lid-destinatarju tan-notifika) (1)
Dan id-dokument, jakkompanja d-dokument(i) hawn notifikat(i) mill-awtorità kompetenti ta’ [isem tal-Istat Membru li rċieva t-talba].
Din in-notifika tikkonċerna dokumenti tal-awtoritajiet kompetenti ta’ [isem l-Istat Membru applikant], li talbu għal għajnuna ta’ notifika, skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010.
A. IDENTIFIKAZZJONI TAD-DESTINATARJU TAN-NOTIFIKA
1. |
Isem: |
2. |
Indirizz: |
3. |
Data tat-twelid: |
4. |
Post tat-twelid: |
B. GĦAN TAN-NOTIFIKA
1. |
Din in-notifika hija maħsuba biex:
Jekk jogħġbok kun af li f’każ li ma jsirx ħlas, l-awtoritajiet jistgħu jieħdu miżuri ta’ infurzar jew miżuri kawtelatorji biex jiżguraw l-irkupru tat-talba/talbiet. Dan jista’ jwassal għal iżjed spejjeż li jkollu jħallas id-destinatarju. Int id-destinatarju ta’ din in-notifika, minħabba li int meqjus bħala:
(L-informazzjoni segwenti se tidher jekk id-destinatarju tan-notifika hija persuna oħra apparti d-debitur (u l-ko-debitur),li jkollha assi li jappartjenu lil, jew li jkollhom dejn lejn, id-debitur (u l-ko-debitur) jew xi persuna oħra responsabbli jew parti terza li tista’ tiġi affettwata bl-infurzar tal-miżuri li jirrigwardaw persuni oħra: id-dokumenti notifikati jirrigwardaw talbiet relatati ma’ taxxi u dazji, li għalihom huma responsabbli l-persuna(i) segwenti: [isem u indirizz (magħruf jew sopponut)]). |
2. |
L-awtorità applikanti ta’ [isem tal-Istat Membru applikant] stiednet lill-awtoritajiet kompetenti ta’ [isem tal-Istat Membru li rċieva t-talba] biex jagħmlu din in-notifika qabel [data]. Jekk jogħġbok kun af li din id-data mhix relatata speċifikament ma’ xi perjodu ta’ limitazzjoni. |
C. DESKRIZZJONI TAD-DOKUMENT(I) NOTIFIKAT(I)
1. |
Numru ta’ referenza: Data ta’ stabbiliment: |
2. |
In-natura tad-dokument notifikat:
|
3. |
Isem tat-talba konċernata (fil-lingwa tal-Istat Membru applikant): |
4. |
Natura tat-talba:
|
5. |
Ammont tat-talba konċernata, fil-valuta ta’ [Isem l-Istat Membru applikant]:
|
6. |
L-ammont imsemmi fil-punt 5 għandu jitħallas:
Dan il-ħlas għandu jsir lil: Referenza biex tintuża għall-ħlas: |
7. |
Tista’ twieġeb għad-dokument(i) li huwa hawnhekk notifikat.
Isem u indirizz tal-awtorità li lilha tista’ tintbagħat tweġiba: |
8. |
Possibbiltà ta’ kontestazzjoni
Jekk jogħġbok kun af li tilwim rigward talbiet, l-istrument li jippermetti l-infurzar jew kull dokument ieħor li joriġina mill-awtoritajiet ta’ [isem l-Istat Membru applikant], jaqgħu taħt il-kompetenza tal-korpi kompetenti ta’ [isem l-Istat Membru applikant], skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE. Kull tilwim simili huwa rregolat mir-regoli proċedurali u dwar il-lingwa li japplikaw fi [isem l-Istat Membru applikant].
|
9. |
Uffiċċju responsabbli fir-rigward tad-dokument(i) mehmuż(a) Isem Indirizz
|
10. |
Aktar tagħrif dwar:
jistgħu jinkisbu minn:
|
(1) L-elementi bil-korsiv mhumiex obbligatorji
ANNESS II
Strument uniformi li jippermetti l-infurzar fl-istat membru li rċieva t-talba (1)
STRUMENT UNIFORMI LI JIPPERMETTI L-INFURZAR TA’ TALBIET KOPERTI BID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2010/24/UE
Data tal-ħruġ:
STRUMENT UNIFORMI RIVEDUT LI JIPPERMETTI L-INFURZAR TA’ TALBIET KOPERTI BID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2010/24/UE
Data tal-ħruġ tal-istrument uniformi oriġinali:
Data tar-reviżjoni:
Raġuni għar-reviżjoni: sentenza/ordni ta’ [isem tal-Qorti] deċiżjoni amministrattiva ta’ [data]
Numru ta’ referenza:
Stat Membru tal-UE fejn inħareġ dan id-dokument:
Kull Stat Membru tal-UE jista’ jitlob għajnuna ta’ rkupru mingħand Stati Membri oħra għal talbiet mhux imħallsa msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010.
Miżuri ta’ rkupru meħuda fl-Istat Membru li rċieva t-talba huma bażati fuq:
|
strument uniformi li jippermetti l-infurzar, skont l-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva. |
|
strument uniformi rivedut li jippermetti l-infurzar, skont l-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva (biex jieħu kont tad-deċiżjoni tal-korp kompetenti msemmi fl-Artikolu 14(1) ta’ din id-Direttiva). |
Dan id-dokument huwa strument uniformi [rivedut] li jippermetti l-infurzar. Huwa jikkonċerna talba/talbiet imsemmija hawn taħt, li jkunu baqgħu ma tħallsux [isem l-Istat Membru applikant]. L-istrument inizjali għall-eżekuzzjoni ta’ din it-talba/talbiet ġie notifikat sal-grad meħtieġ taħt il-liġi nazzjonali ta’ [isem l-Istat Membru applikant].
Tilwim rigward it-talba/talbiet jaqgħu esklussivament fi ħdan il-kompetenza tal-korpi kompetenti ta’ [isem l-Istat Membru applikant], skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/24/UE. Kull tali azzjoni trid tinġieb quddiemhom skont ir-regoli proċedurali u dwar il-lingwa fi [isem l-Istat Membru applikant].
DESKRIZZJONI TAT-TALBA/TALBIET U PERSUNA/I KONĊERNATA/I
IDENTIFIKAZZJONI TAT-TALBA
1. |
Referenza: |
2. |
Natura tat-talba:
|
3. |
Isem tat-taxxa/dazju konċernat: |
4. |
Perjodu jew data konċernata: |
5. |
Data tal-istabbiliment tat-talba: |
6. |
Id-data meta l-infurzar isir possibbli: |
7. |
Ammont tat-talba (inizjalment dovut - għadu dovut):
|
8. |
Data tan-notifika tal-istrument inizjali li jippermetti l-infurzar fi [isem l-Istat Membru applikant] |
9. |
L-uffiċċju responsabbli għall-valutazzjoni tat-talba: isem, indirizz u dettalji ta’ kuntatt oħra: |
10. |
Aktar informazzjoni rigward it-talba jew il-possibbiltajiet ta’ kontestazzjoni tal-obbligu tal-ħlas jistgħu jinkisbu minn:
|
IDENTIFIKAZZJONI TAL-PERSUNA(I) KONĊERNATA(I) FL-ISTRUMENT(I) NAZZJONALI LI JIPPERMETTI(U) L-INFURZAR
1. |
Isem |
2. |
Indirizz |
3. |
Kawża ta’ responsabbiltà:
|
(1) L-elementi bil-korsiv mhumiex obbligatorji