Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0799

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 799/2011 tad- 9 ta’ Awwissu 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 205, 10.8.2011, p. 15–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/799/oj

    10.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 205/15


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 799/2011

    tad-9 ta’ Awwissu 2011

    li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli li jikkonċernaw iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmijin fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    (2)

    L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tkun irriveduta regolarment, u mill-inqas kull tliet xhur, filwaqt li għandhom jitqiesu, minn tal-inqas, is-sorsi ta’ informazzjoni msemmijin f'dak l-Artikolu.

    (3)

    L-okkorrenza u r-rilevanza ta’ inċidenti tal-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Għalf u għall-Ikel (RASFF), is-sejbiet tal-missjonijiet f'pajjiżi terzi li jitwettqu mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta’ kull tliet xhur dwar il-konsenji ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali sottomessi lill-Kummissjoni mill-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista jeħtieġ li tiġi emendata.

    (4)

    B'mod partikolari, il-lista għandha tkun emendata bit-tħassir tal-entrati dwar il-prodotti li għalihom is-sorsi ta’ informazzjoni jindikaw grad ġenerali sodisfaċenti ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti ta’ sigurtà previsti fil-liġijiet tal-Unjoni u li għalihom, għalhekk, livell ogħla ta’ kontroll uffiċjali ma għadux ġustifikat.

    (5)

    Barra minn hekk, ċerti prodotti oħrajn li dwarhom is-sorsi ta’ informazzjoni jindikaw ċertu nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti rilevanti ta’ sigurtà, u b'hekk jiġġustifikaw l-introduzzjoni ta’ livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali, għandhom ikunu inklużi fil-lista.

    (6)

    Għaldaqstant, l-entrati fil-lista ta’ ċerti importazzjonijiet mill-Azerbajġan, iċ-Ċina, l-Eġittu, l-Indja u l-Pakistan għandhom jiġu emendati skont dan.

    (7)

    Fir-rigward tal-entrati tal-importazzonijiet ta’ bżar frisk mit-Tajlandja, hija neċessarja kjarifika fl-interess taċ-ċarezza fil-liġijiet tal-Unjoni, li tikkonċerna l-kodiċi NM affettwati.

    (8)

    L-emenda fil-lista li tikkonċerna t-tħassir tar-referenzi għall-prodotti għandha tapplika mill-aktar fis possibbli peress li t-tħassib oriġinali dwar is-sigurtà ġie indirizzat. Bl-istess mod, dawk l-emendi għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    (9)

    Wara li jitqies in-numru ta’ emendi li hemm bżonn li jsiru fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, huwa xieraq li jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (10)

    Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (11)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2011.

    Madankollu, it-tħassira tal-entrata għall-Pakistan għar-ross basmati għandha tapplika minn dakinhar tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Awwissu 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

    (2)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.


    ANNESS

    “ANNESS I

    A.   Għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma soġġetti għal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul

    Għalf u ikel

    (l-użu maħsub)

    Il-kodiċi NM (1)

    Pajjiż ta’ oriġini

    Periklu

    Frekwenza ta’ kontrolli fiżiċi u tal-identità

    (%)

    Karawett, fil-qoxra

    1202 10 90

    L-Arġentina (AR)

    Aflatossini

    10

    Karawett, bla qoxra

    1202 20 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

    2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

    (Għalf u Ikel)

    Ġellewż

    (fil-qoxra jew bla qoxra)

    0802 21 00 ; 0802 22 00

    L-Azerbajġan (AZ)

    Aflatossini

    10

    (Għalf u Ikel)

    Karawett, fil-qoxra

    1202 10 90

    Il-Brażil (BR)

    Aflatossini

    10

    Karawett, bla qoxra

    1202 20 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

    2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

    (Għalf u Ikel)

    Taljarini mnixxfa

    ex 1902

    Iċ-Ċina (CN)

    Aluminju

    10

    (Ikel)

    Pomelos friski

    ex 0805 40 00

    Iċ-Ċina (CN)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi singulari (11)

    20

    (Ikel)

    Weraq tat-tè (iswed u aħdar)

    0902

    Iċ-Ċina (CN)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi singulari (10)

    10

    (Ikel)

    Fażola twila jarda

    (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

    ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00

    Ir-Repubblika Dominikana (DO)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi singulari (3)

    50

    Bettieħa morra

    (Momordica charantia)

    ex 0709 90 90 ; ex 0710 80 95

    Lawki

    (Lagenaria siceraria)

    ex 0709 90 90 ; ex 0710 80 95

    Bżar aħmar (Capsicum spp)

    0709 60 10 ; ex 0709 60 99 ; 0710 80 51 ; ex 0710 80 59

    Brunġiel

    0709 30 00 ; ex 0710 80 95

    (Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

    Larinġ (frisk jew imnixxef)

    0805 10 20 ; 0805 10 80

    L-Eġittu (EG)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi singulari (7)

    10

    Ħawħ (inkluż in-nuċiprisk)

    0809 30 90

    Rummien

    ex 0810 90 95

    Frawli

    0810 10 00

    Fażola ħadra

    ex 0708 20 00

    (Ikel – frott u ħxejjex friski)

    Bżar (Capsicum spp)

    0709 60 10 ; ex 0709 60 99 ; 0710 80 51 ; ex 0710 80 59

    L-Eġittu (EG)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi singulari (12)

    10

    (Ikel – frisk, imkessaħ jew iffriżat)

    Karawett, fil-qoxra

    1202 10 90

    Il-Gana (GH)

    Aflatossini

    50

    Karawett, bla qoxra

    1202 20 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    (Għalf u Ikel)

    Weraq tal-kari (Bergera/Murraya koenigii)

    ex 1211 90 85

    L-Indja (IN)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi singulari (5)

    10

    (Ikel – ħwawar friski)

    Bżar aħmar (Capsicum annuum); sħiħ

    0904 20 10

    L-Indja (IN)

    Aflatossini

    50

    Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

    ex 0904 20 90

    Prodotti tal-bżar aħmar (kari)

    0910 91 05

    Noċemuskata

    (Myristica fragrans)

    0908 10 00

    Il-qoxra barranija tan-noċemuskata

    (Myristica fragrans)

    0908 20 00

    Żinżel

    (Zingiber officinale)

    0910 10 00

    Curcuma longa (iż-żagħfran tal-Indja)

    0910 30 00

    (Ikel – ħwawar imnixxfin)

    Karawett, fil-qoxra

    1202 10 90

    L-Indja (IN)

    Aflatossini

    20

    Karawett, bla qoxra

    1202 20 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

    2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

    (Għalf u Ikel)

    Addittivi tal-għalf u taħlitiet minn qabel

    ex 2309

    L-Indja (IN)

    Kadmju u ċomb

    10

    (Għalf)

    Okra friska

    ex 0709 90 90

    L-Indja (IN)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi singulari (2)

    10

    (Ikel)

    Dulliegħ (egusi, Citrullus lanatus) iż-żerriegħa u prodotti dderivati minnu

    ex 1207 99 97 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99

    In-Niġerja (NG)

    Aflatossini

    50

    (Ikel)

    Bżar aħmar (Capsicum annuum); sħiħ

    0904 20 10

    Il-Perù (PE)

    Aflatossini u Okratossina A

    10

    Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

    ex 0904 20 90

    (Ikel – ħwawar imnixxfin)

    Bżar aħmar frisk (Capsicum spp.)

    0709 60 10 , ex 0709 60 99

    It-Tajlandja (TH)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi singulari (9)

    10

    (Ikel)

    Weraq tal-kosbor

    ex 0709 90 90

    It-Tajlandja (TH)

    Salmonella (6)

    10

    Ħabaq (tulsi - Ocimum tenuiflorum, ħabaq komuni)

    ex 1211 90 85

    Nagħniegħ

    ex 1211 90 85

    (Ikel – ħwawar friski)

    Weraq tal-kosbor

    ex 0709 90 90

    It-Tajlandja (TH)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi singulari (4)

    20

    Ħabaq (tulsi - Ocimum tenuiflorum, ħabaq komuni)

    ex 1211 90 85

    (Ikel – ħwawar friski)

    Fażola twila jarda

    (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

    ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00

    It-Tajlandja (TH)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi singulari (4)

    50

    Brunġiel

    0709 30 00 ; ex 0710 80 95

    Ħxejjex tal-brassika

    0704 ; ex 0710 80 95

    (Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

    Bżar ħelu (Capsicum annuum)

    0709 60 10 ; 0710 80 51

    It-Turkija (TR)

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi singulari (8)

    10

    Tadam

    0702 00 00 ; 0710 80 70

    (Ikel –ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

    Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

    0806 20

    L-Uzbekistan (UZ)

    Okratossina A

    50

    (Ikel)

    Karawett, fil-qoxra

    1202 10 90

    L-Afrika t'Isfel (ZA)

    Aflatossini

    10

    Karawett, bla qoxra

    1202 20 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

    2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

    (Għalf u Ikel)

    Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

    ex 0904 20 90

    Il-pajjiżi terzi kollha

    Żebgħat tas-Sudan

    10

    Prodotti tal-bżar aħmar (kari)

    0910 91 05

    Curcuma longa (iż-żagħfran tal-Indja)

    0910 30 00

    (Ikel – ħwawar imnixxfin)

    Żejt aħmar tal-palm

    ex 1511 10 90

    (Ikel)

    B.   Definizzjonijiet

    Għall-fini ta’ dan l-Anness, ‘Żebgħat tas-Sudan’ tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin:

    (i)

    Is-Sudan I (Numru CAS 842-07-9);

    (ii)

    Is-Sudan II (Numru CAS 3118-97-6);

    (iii)

    Is-Sudan III (Numru CAS 85-86-9);

    (iv)

    L-Aħmar Skarlat; jew Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).”


    (1)  Fejn ikun meħtieġ li jkunu eżaminati biss ċerti prodotti li huma elenkati taħt kwalunkwe kodiċi NM u ma teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika taħt dak il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi NM ikun immarkat ‘ex’ (pereżempju ex 1006 30: ir-ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem biss huwa inkluż).

    (2)  Partikolarment ir-residwi ta': Aċefat, Metamidofos, Triażofos, Endosulfan, Monokrotofos.

    (3)  Partikolarment ir-residwi ta': Amitraz, Aċefat, Aldikarb, Benomil, Karbendażim, Klorfenapir, Klorpirifos, CS2 (Ditjokarbamati), Diafentjuron, Diażinon, Diklorvos, Dikofol, Dimetoat, Endosulfan, Fenamidon, Imidakloprid, Malatjon, Metamidofos, Metjokarb, Metomil, Monokrotofos, Ometoat, Ossamil, Profenofos, Propikonażol, Tiabendażol, Tiakloprid.

    (4)  Partikolarment ir-residwi ta': Aċefat, Karbaril, Karbendażim, Karbofuran, Klorpirifos, Klorpirifos-metil, Dimetoat, Etjon, Malatjon, Metalaksil, Metamidofos, Metomil, Monokrotofos, Ometoat, Profenofos, Protjofos, Kwinalfos, Triadimefon, Triażofos, Dikrotofos, EPN, u Triforin.

    (5)  Partikolarment ir-residwi ta': Triażofos, Ossidemeton-metil, Klorpirifos, Aċetamiprid, Tiametoksam, Klotianidin, Metamidofos, Aċefat, Proparġit, Monokrotofos.

    (6)  Il-metodu ta’ referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.

    (7)  Partikolarment ir-residwi ta': Karbendażim, Ċiflutrin, Ċiprodinil, Diażinon, Dimetoat, Etjon, Fenitrotjon, Fenpropatrin, Fludioksonil, Ħessaflumuron, Lambda-ċialotrin, Metjokarb, Metomil, Ometoat, Ossamil, Fentoat, Tijofanat-metil.

    (8)  Partikolarment ir-residwi ta': Metomil, Ossamil, Karbendażim, Klofenteżin, Diafenturon, Dimetoat, Formetanat, Malatjon, Proċimidon, Tetradifon, Tijofanat-metil.

    (9)  Partikolarment ir-residwi ta': Karbofuran, Metomil, Ometoat, Dimetoat, Triażofos, Malatjon, Profenofos, Protjofos, Etjon, Karbendażim, Triforina, Proċimidon, Formetanat.

    (10)  Partikolarment ir-residwi ta': Buprofeżin; Imidakloprid; Fenvaletat u Esfenvalerat (Is-somma tal-iżomeri RS u SR); Profenofos; Trifluralin; Triażofos; Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta’ triadimefon u triadimenol), Ċipermerin (ċipermetrin inkluż taħlitiet oħrajn ta’ iżomeri kostitwent (is-somma ta’ iżomeri)).

    (11)  Partikolarment ir-residwi ta': Triażofos, Triadimefon u Triadimenol (is-somma ta’ triadimefon u triadimenol), Paratparatijon-metil, Fentoat.

    (12)  Partikolarment ir-residwi ta': Karbofuran (is-somma), Klorpirifos, Ċipermetrin (is-somma), Ċiprokonażol, Dikofol (is-somma), Difenokonażol,Dinotefuran, Etjon, Flusilażol, Folpet, Prokloraż, Propikonażol, Tjofanat-metil u Triforin.


    Top