This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0585
Commission Implementing Regulation (EU) No 585/2011 of 17 June 2011 laying down temporary exceptional support measures for the fruit and vegetable sector
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 585/2011 tas- 17 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ għajnuna għas-settur tal-frott u l-ħxejjex
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 585/2011 tas- 17 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ għajnuna għas-settur tal-frott u l-ħxejjex
ĠU L 160, 18.6.2011, p. 71–79
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 03/08/2011
18.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 160/71 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 585/2011
tas-17 ta’ Ġunju 2011
li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ għajnuna għas-settur tal-frott u l-ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 191 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Is-suq tal-frott u l-ħxejjex tal-Unjoni għaddej minn kriżi mingħajr preċedent wara t-tifqigħa perikoluża tal-Enterohaemorrhagic Escherichia coli (E. coli) fil-Ġermanja, li ġiet assoċjata mal-konsum ta’ ċertu frott u ħxejjex friski. Il-kriżi bdiet fis-26 ta’ Mejju 2011, meta dehru rapporti fl-istampa rigward l-allegazzjonijiet li xi ħjar kien il-kawża tat-tifqigħa. |
(2) |
Ġew adottati miżuri ta’ prekawzjoni minn diversi Stati Membri u pajjiżi terzi u t-telf ħesrem tal-fiduċja tal-konsumaturi minħabba li l-perċezzjoni ta’ riskji għas-saħħa pubblika qed tikkawża disturbi sinifikanti ħafna fis-suq tal-frott u l-ħxejjex tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-ħjar, it-tadam, il-bżar ħelu, il-qara’ bagħli u ċerti prodotti tal-familji tal-ħass u l-indivja prodotti fl-Unjoni. |
(3) |
Minħabba l-qagħda attwali u mistennija tas-suq, u wara li ġie kkunsidrat il-fatt li r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), li sejrin jiġu ssostitwiti mit-22 ta’ Ġunju 2011 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (3) ma jipprovdux b’mod speċifiku strumenti adegwati speċifiċi għal dawn is-setturi biex jindirizzaw il-problemi prattiċi li jseħħu fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri eċċezzjonali, b’urġenza u għal perjodu limitat ta’ żmien. |
(4) |
Minħabba li l-ħjar, it-tadam, il-bżar ħelu u l-qara’ bagħli u ċertu prodotti tal-familji tal-ħass u l-indivja huma l-prodotti ewlenin effettwati mill-kriżi tal-frott u l-ħxejjex, huwa xieraq li l-ambitu tal-miżuri eċċezzjonali jkun limitat għal dawk il-prodotti. |
(5) |
Minħabba n-natura speċifika tas-settur tal-frott u l-ħxejjex, il-miżuri ta’ ġestjoni tal-kriżi u l-għajnuna għas-suq imsemmija fl-Artikolu 103c(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma l-aktar xierqa biex jgħinu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti għall-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex. |
(6) |
Għandha tingħata għajnuna addizzjonali mill-Unjoni fir-rigward tal-irtirar mis-suq, il-ħsad bikri u meta ma jsirx ħsad tal-ħjar, it-tadam, il-bżar ħelu u l-qara’ bagħli u ċerti prodotti tal-familji tal-ħass u l-indivja intenzjonati għall-konsum frisk. Fir-rigward tad-disturbi sinifikanti fis-suq tal-frott u l-ħxejjex u s-sħubija relattivament limitata tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi f’xi Stati Membri, huwa meħtieġ ukoll li jingħata l-appoġġ ta’ dawn il-miżuri mill-Unjoni lill-produtturi tal-frott u l-ħxejjex li mhumiex membri ta’ xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta u li ffirmaw kuntratt ma’ organizzazzjoni tal-produtturi rrikonoxxuta biex jirtiraw il-ħjar, it-tadam, il-bżar ħelu, il-qara’ bagħli u ċertu prodotti tal-familji tal-ħass u l-indivja. |
(7) |
Sabiex ikun hemm uniformità u biex jiġi evitat kumpens żejjed, il-livelli massimi tal-għajnuna addizzjonali tal-Unjoni għall-irtirar, il-ħsad bikri u meta ma jsirx ħsad għandhom jiġu ffissati fil-livell tal-Unjoni. Sabiex jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi partikolari tal-operazzjonijiet ta’ meta ma jsirx ħsda u l-ħsad bikri, l-Istati Membri għandhom jikkonvertu l-approċċ ibbażat fuq il-kg għall-irtirar għal approċċ ibbażat fuq l-ettari, abbażi tar-rendimenti. |
(8) |
L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-atturi bażiċi tas-settur tal-frott u l-ħxejjex u huma l-entitajiet l-aktar adattati biex jiżguraw li l-għajnuna tal-Unjoni titħallas lill-produtturi li mhumiex membri ta’ xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. Huma għandhom jiżguraw li l-għajnuna tal-Unjoni titħallas lill-produtturi li mhumiex membri ta’ xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta permezz ta’ kuntratt iffirmat. Minħabba li mhux l-Istati Membri kollha għandhom l-istess grad ta’ organizzazzjoni min-naħa tal-forniment tas-suq tal-frott u l-ħxejjex, huwa xieraq li l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri tkun tista’ tħallas l-għajnuna tal-Unjoni direttament lill-produtturi meta dan huwa ġġustifikat kif jixraq. |
(9) |
Għal raġunijiet ta’ dixxiplina baġitarja, huwa meħtieġ li jkun previst limitu massimu għall-infiq li se jkun iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u li titwaqqaf sistema ta’ notifika u monitoraġġ, skont liema l-Istati Membri jinformaw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet tagħhom ta’ irtirar, meta ma jsirx ħsad u l-ħsad bikri. |
(10) |
Sabiex ikun limitat l-impatt tal-ħsara kkawżata lis-settur tal-frott u l-ħxejjex, dan ir-Regolament għandu jkopri l-perjodu li jibda mis-26 ta’ Mejju 2011. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(11) |
Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ambitu
1. Għandha tingħata għajnuna eċċezzjonali lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 122(a)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u lill-produtturi li mhumiex membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet, għall-perjodu mis-26 ta’ Mejju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2011 u fir-rigward tal-prodotti li ġejjin tas-settur tal-frott u l-ħxejjex intenzjonati għall-konsum frisk:
(a) |
it-tadam li jidħol taħt il-kodiċi NM 0702 00 00; |
(b) |
il-ħass li jidħol taħt il-kodiċi NM 0705 11 00 u NM 0705 19 00 u l-indivja bil-werqa mibruma u l-werqa wiesgħa (Batavian) li jidħlu taħt il-kodiċi NM 0705 29 00; |
(c) |
il-ħjar li jidħol taħt il-kodiċi NM 0707 00 05; |
(d) |
il-bżar ħelu li jidħol taħt il-kodiċi NM 0709 60 10; |
(e) |
il-qara’ bagħli li jidħol taħt il-kodiċi NM 0709 90 70. |
2. Il-miżuri meħudin taħt dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala miżuri ta’ intervent biex jirregolaw is-swieq agrikoli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (4).
Artikolu 2
Ammont massimu ta’ għajnuna
L-infiq totali tal-Unjoni mġarrab għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament ma għandux jaqbeż EUR 210 000 000. Dan għandu jkun iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u għandu jintuża biss għall-finijiet tal-finanzjament tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Applikabbiltà tar-regoli
Ħlief fil-każ li jkun espliċitament pprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandhom japplikaw fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-membri tagħhom u għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward tal-produtturi msemmija fl-Artikolu 5.
Artikolu 4
Organizzazzjonijiet tal-produtturi
1. Il-limitu massimu ta’ 5 % msemmi fl-Artikolu 80(2) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 u fl-Artikolu 79(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandux japplika fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament meta dawn il-prodotti jiġu rtirati matul il-perjodu msemmi f’dak l-Artikolu.
2. Il-miżuri ta’ meta ma jsirx ħsad imsemmija fl-Artikolu 85(2) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 u fl-Artikolu 84(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistgħu, fir-rigward tal-prodotti u matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, jitwettqu anke meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona tal-produzzjoni konċernata matul iċ-ċiklu normali tal-produzzjoni. F’każijiet bħal dawn, l-ammonti ta’ kumpens imsemmija fl-Artikolu 86(4) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 u fl-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandhom jitnaqqsu proporzjonalment għall-produzzjoni diġà maħsuda, kif stabbilit abbażi tad-dejta tal-kontabbiltà u/jew tat-taxxa tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi konċernati.
3. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ammonti massimi stabbiliti mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jew mal-Artikolu 79 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhiex taqbeż l-ammonti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I għal dan ir-Regolament, fil-każ ta’ irtirar għad-destinazzjonijiet, minbarra d-distribuzzjoni bla pagament. Dawk l-ammonti għandhom jiġu rduppjati fil-każ ta’ distribuzzjoni bla pagament.
4. Il-limitu massimu ta’ terz tal-infiq imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 103c(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u l-limitu massimu ta’ 25 % għaż-żieda fil-fond operattiv imsemmi fl-Artikolu 67(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 u fl-Artikolu 66(3)(c) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tal-infiq imġarrab għall-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu matul il-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(1).
5. Għandha tingħata għajnuna addizzjonali tal-Unjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ irtirar, meta ma jsirx ħsad u l-ħsad bikri li jsiru f’rabta mal-prodotti u matul il-perjodu imsemmi fl-Artikolu 1(1). L-għajnuna għall-ħsad bikri għandha tkopri biss il-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li huma effettivament maħsuda kmieni.
L-għajnuna addizzjonali tal-Unjoni ma għandhiex tiġi inkluża fil-programmi operattivi tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u lanqas titqies għall-fini tal-kalkolazzjoni tal-limiti massimi ta’ 4.1 % u 4.6 % imsemmija fl-Artikolu 103d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
L-ammonti tal-appoġġ addizzjonali tal-Unjoni għall-irtirar huma stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I għal dan ir-Regolament.
Fil-każ ta’ meta ma jsirx ħsad u l-ħsad bikri, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammonti tal-appoġġ addizzjonali tal-Unjoni għal kull ettaru f’livell li jkopri mhux aktar minn 90 % tal-ammonti ffissati għall-irtirar fil-Parti B tal-Anness I għal dan ir-Regolament.
L-appoġġ addizzjonali tal-Unjoni għandu jingħata anki jekk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma jipprovdux għal dawk l-operazzjonijiet fil-qafas tal-programmi operattivi tagħhom.
6. L-infiq imġarrab f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandu jifforma parti mill-fond operattiv tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. L-Artikoli 103b(2) u 103d(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma għandhomx japplikaw għall-appoġġ addizzjonali tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 5
Produtturi mhux membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi
1. L-appoġġ tal-Unjoni għandu jingħata lill-produtturi tal-frott u l-ħxejjex li mhumiex membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta (minn hawn ‘il quddiem “produtturi mhux membri”) biex iwettqu l-operazzjonijiet ta’ irtirar, ta’ meta ma jsirx ħsad u tal-ħsad bikri fir-rigward tal-prodotti u matul il-perjodu msemmija fl-Artikolu 1(1). Fejn organizzazzjoni tal-produtturi tkun ġiet sospiża skont l-Artikolu 116(2) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jew l-Artikolu 114(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-membri tagħha għandhom jiġu kkunsidrati bħala produtturi mhux membri għall-iskop ta’ dan ir-Regolament.
L-appoġġ għall-ħsad bikri għandu jkopri biss il-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li huma effettivament maħsuda kmieni.
2. Il-produtturi mhux membri għandhom, fil-każ ta’ irtirar, jiffirmaw kuntratt ma’ organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta.
L-appoġġ tal-Unjoni għandu jitħallas lil tali produtturi mill-organizzazzjoni tal-produtturi li magħha huma ffirmaw tali kuntratt. It-tieni u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 4(6) għandhom japplikaw mutatis mutandis.
3. L-ammonti tal-appoġġ li għandhom jingħataw skont il-paragrafu 1 fis-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu l-ammonti stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I, bit-tnaqqis tal-ammonti li jikkorrispondu għall-kostijiet reali imġarrba mill-organizzazzjoni tal-produtturi għall-irtirar tal-prodotti rispettivi, li għandhom jinżammu mill-organizzazzjoni tal-produtturi. L-evidenza ta’ dawn il-kostijiet għandha tiġi pprovduta permezz ta’ fatturi. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jaċċettaw it-talbiet raġonevoli kollha mill-produtturi li mhumiex membri ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
4. Għal raġunijiet ġustifikati kif suppost, bħal grad limitat ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fl-Istat Membru konċernat, u b’mod mhux diskriminatorju, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li produttur mhux membru jagħmel notifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, minflok ma jiffirma l-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 2. Għal tali notifika, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jew l-Artikolu 78 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.
F’dawk il-każijiet, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tħallas l-appoġġ tal-Unjoni direttament lill-produttur, skont il-leġiżlazzjoni tagħha stess. L-ammonti tal-appoġġ għandhom ikunu l-ammonti ffissati fil-Parti B tal-Anness I.
5. Fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ meta ma jsirx ħsad u ħsad bikri, il-produtturi mhux membri għandhom jagħmlu n-notifika li tixraq lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet iddettaljati adottati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 86(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jew l-Artikolu 85(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.
L-ammonti ta’ appoġġ tal-Unjoni għall-operazzjonijiet ta’ meta ma jsirx ħsad u l-ħsad bikri għandhom ikunu l-ammonti ffissati skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 4(5).
Artikolu 6
Kontrolli matul l-operazzjonijiet tal-irtirar, meta ma jsirx ħsad u l-ħsad bikri
1. L-operazzjonijiet ta’ irtirar imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tal-ewwel livell skont l-Artikolu 110 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 u l-Artikolu 108 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Madankollu, dawk il-kontrolli għandhom ikunu limitati għal 10 % tal-kwantità ta’ prodotti rtirati mis-suq.
Għall-operazzjonijiet ta’ irtirar imsemmija fl-Artikolu 5(4), il-kontrolli tal-ewwel livell għandhom ikopru 100 % tal-kwantità tal-prodotti rtirati.
2. L-operazzjonijiet ta’ meta ma jsirx ħsad u l-ħsad bikri msemmija fl-Artikoli 4 u 5 għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli u l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 112 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 u l-Artikolu 110 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, ħlief fir-rigward tar-rekwiżit li ma jkunx seħħ l-ebda ħsad parzjali. Il-kontrolli għandhom ikunu limitati għal 10 % taż-żoni tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2).
Għall-operazzjonijiet ta’ meta ma jsirx ħsad u l-ħsad bikri msemmija fl-Artikolu 5(5), il-kontrolli għandhom ikopru 100 % taż-żoni tal-produzzjoni.
Artikolu 7
Notifiki
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull nhar ta’ Erbgħa (qabel nofsinhar, ħin ta’ Brussell) mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament dwar in-notifiki li jkunu waslulhom matul il-ġimgħa preċedenti mingħand l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mingħand produtturi mhux membri. Dawn in-notifiki għandhom ikunu marbuta mal-operazzjonijiet li jridu jitwettqu għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, f’termini ta’ kwantitajiet, uċuh u l-infiq massimu tal-Unjoni għal kull wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1).
L-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness II.
Fit-22 ta’ Ġunju 2011 l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, billi jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness II, fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ irtirar, meta ma jsirx ħsad jew ħsad bikri mwettqa bejn is-26 ta’ Mejju 2011 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Lulju 2011 bl-informazzjoni dwar il-kwantitajiet totali rtirati, il-wiċċ totali li fuqu jkunu twettqu operazzjonijiet ta’ meta ma jsirx ħsad jew il-ħsad bikri u t-talbiet għal appoġġ totali mill-Unjoni għall-operazzjonijiet korrispondenti ta’ irtirar u meta ma jsirx ħsad.
L-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness III.
L-appoġġ tal-Unjoni ma għandux jingħata għal operazzjonijiet ta’ irtirar, meta ma jsirx ħsad jew ħsad bikri, li ma jkunux innotifikati lill-Kummissjoni skont dan il-paragrafu.
3. Meta t-talbiet għal appoġġ tal-Unjoni nnotifikati skont il-paragrafu 2 jaqbżu l-ammont massimu ta’ appoġġ imsemmi fl-Artikolu 2, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 195(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-għoti tal-appoġġ kollu tal-Unjoni disponibbli abbażi tat-talbiet imressqa. Fil-każ li t-talbiet għal appoġġ ma jaqbżux l-ammont massimu ta’ appoġġ, il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għandu jkun issettjat għal 100 %.
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-koeffiċjent tal-allokazzjoni fl-applikazzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 8.
Artikolu 8
Applikazzjoni għal u l-pagament ta’ appoġġ mill-Unjoni
1. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-pagament tal-appoġġ tal-Unjoni msemmi fl-Artikoli 4(5) u 5(2) sal-11 ta’ Lulju 2011.
2. B’deroga mid-dati ta’ skadenza ffissati skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 u l-Artikolu 72 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-pagament tal-appoġġ totali tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 4(1) sa (4) ta’ dan ir-Regolament skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 u fl-Artikolu 72 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 sal-11 ta’ Lulju 2011.
Il-limitu massimu ta’ 80 % tal-ammont ta’ għajnuna approvat inizjalment tal-programm operattiv stabbilit fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 u l-Artikolu 72 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, ma għandux japplika.
3. Il-produtturi mhux membri għandhom, sal-11 ta’ Lulju 2011, japplikaw huma stess għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-pagament tal-appoġġ tal-Unjoni fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(4) u (5). L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti sat-30 ta’ Ġunju 2011.
4. L-applikazzjonijiet għall-appoġġ tal-Unjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta’ sostenn li jiġġustifikaw l-ammont tal-appoġġ tal-Unjoni mitlub u għandu jkun fihom impenn bil-miktub li l-applikant ma rċeviex fondi doppji mill-Unjoni jew nazzjonali jew kumpens taħt polza tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet li jikkwalifikaw għall-appoġġ mill-Unjoni skont dan ir-Regolament.
5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma għandhomx iwettqu pagamenti qabel ma jkun ġie ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(3). Huma għandhom jiżguraw li l-pagamenti kollha li jridu jsiru għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jitwettqu sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2011.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
(3) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
(4) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
ANNESS I
PARTI A
Ammonti massimi tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni bħala appoġġ għall-irtirar mis-suq kif jissemma fl-Artikolu 4(3)
Prodott kif jissemma fl-Artikolu 1(1) |
Appoġġ massimu (EUR/100 kg) |
Ħass u indivja bil-werqa mibruma u l-werqa wiesgħa |
15,5 |
Ħjar |
9,6 |
Bżar ħelu |
17,8 |
Qara’ bagħli |
11,8 |
PARTI B
Ammonti massimi ta’ appoġġ addizzjonali għal irtirar mis-suq kif jissemma fl-Artikolu 4(5)
Prodott kif jissemma fl-Artikolu 1(1) |
Appoġġ massimu (EUR/100 kg) |
Tadam |
33,2 |
Ħass u indivja bil-werqa mibruma u l-werqa wiesgħa |
38,9 |
Ħjar |
24,0 |
Bżar ħelu |
44,4 |
Qara’ bagħli |
29,6 |
ANNESS II
Mudelli għan-notifika kif jissemma fl-Artikolu 7(1)
NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR
Pajjiż: |
|
Data (1): |
|
||||
Prodott (2) |
POs (Organizzazzjonijiet tal-produtturi) |
Produtturi mhux membri |
Appoġġ totali tal-UE f'EUR |
||||
Kwantitajiet li għandhom jiġu rtirati (t) |
Appoġġ addizzjonali tal-UE f'EUR (Art. 4(5) ta' dan ir-Regolament) |
Appoġġ mill-Fond Operattiv tal-UE f'EUR (Art. 80 (1) R 1580/2007/Art. 79(1) R 543/2011) (3) |
Appoġġ totali tal-UE f'EUR |
Kwantitajiet li għandhom jiġu rtirati (t) |
Appoġġ addizzjonali tal-UE f'EUR (Art. 5(3) u (4) ta' dan ir-Regolament) |
||
Ħjar |
|
|
|
|
|
|
|
Tadam |
|
|
|
|
|
|
|
Ħass u indivja |
|
|
|
|
|
|
|
Bżar ħelu |
|
|
|
|
|
|
|
Qara' bagħli |
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
|
|
|
|
It-tabella li ġejja għandha timtela fl-ewwel jum tan-notifika:
Ammonti massimi ta' appoġġ stabbiliti mill-Istat Membru skont l-Art. 80(1) tar-Regolament 1580/2007; Art. 79(1) tar-Regolament (UE) 543/2011:
|
Kontribuzzjon i tal-Unjoni (EUR/100 kg) |
Kontribuzzjoni tal-PO (EUR/100 kg) |
Ħjar |
|
|
Ħass u indivja |
|
|
Bżar ħelu |
|
|
Qara' bagħli |
|
|
NOTIFIKA TA' META MA JSIRX ĦSAD JEW ĦSAD BIKRI
Pajjiż: |
|
Data (4): |
|
||||
Prodott (5) |
POs (Organizzazzjonijiet tal-produtturi) |
Produtturi mhux membri |
Appoġġ totali tal-UE f'EUR |
||||
Erja (ettari) (6) |
Appoġġ tal-UE f'EUR (Art. 86 (4) R 1580/2007/Art 85(4) R 543/2011) (7) |
Appoġġ addizzjonali tal-UE f'EUR (Art. 4(5) ta' dan ir-Regolament) |
Appoġġ totali tal-UE f'EUR |
Erja (ettari) (6) |
Appoġġ tal-UE f'EUR (Art. 5(5) ta' dan ir-Regolament) |
||
Ħjar |
|
|
|
|
|
|
|
Tadam |
|
|
|
|
|
|
|
Ħass u indivja |
|
|
|
|
|
|
|
Bżar ħelu |
|
|
|
|
|
|
|
Qara' bagħli |
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
|
|
|
|
It-tabella li ġejja għandha timtela fl-ewwel jum tan-notifika:
Ammonti massimi ta' appoġġ stabbiliti mill-Istat Membru skont l-Art. 86(4) tar-Regolament 1580/2007; Art. 85(4) tar-Regolament (UE) 543/2011:
|
Fil-Miftuħ |
Fis-Serra |
||
Kontribuzzjoni tal-Unjoni (EUR/ettari) |
Kontribuzzjoni tal-PO (EUR/ettari) |
Kontribuzzjoni tal-Unjoni (EUR/ettari) |
Kontribuzzjoni tal-PO (EUR/ettari) |
|
Tadam |
|
|
|
|
Ħjar |
|
|
|
|
Ħass u indivja |
|
|
|
|
Bżar ħelu |
|
|
|
|
Qara' bagħli |
|
|
|
|
(1) Għandha timtela folja tal-excel waħda għal kull ġimgħa (inkluż notifiki vojta għal ġimgħat mingħajr ebda operazzjoni, fil-każ ta' Stati Membri li jkunu għamlu notifika preċedenti).
(2) Prodotti kif definiti fl-Artikolu 1(1).
(3) Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni biss għandha titqies għall-kalkolazzjoni, eż., għat-tadam 3,6325 EUR/100 kg.
(4) Għandha timtela folja tal-excel waħda għal kull ġimgħa (inkluż notifika vojta għal ġimgħat mingħajr ebda operazzjoni, fil-każ ta' Stati Membri li jkunu għamlu notifika preċedenti).
(5) Prodotti kif definiti fl-Artikolu 1(1).
(6) Fejn il-produzzjoni kummerċjali tkun diġà ġiet maħsuda, iċ-ċifra li għandha tiġi rreġistrata għandha testima l-wiċċ ekwivalenti bil- produzzjoni.
(7) Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni biss għandha titqies għall-kalkolazzjoni.
ANNESS III
Mudelli għan-notifika kif jissemma fl-artikolu 7(2)
NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR
Pajjiż: |
|
Data: |
26 ta' Mejju sat-30 ta' Ġunju 2011 |
||||
Prodott (1) |
POs (Organizzazzjonijiet tal-produtturi) |
Produtturi mhux membri |
Appoġġ totali tal- UE f'EUR |
||||
Kwantitajiet totali rtirati (t) |
Appoġġ addizzjonali tal- UE f'EUR (Art. 4(5) ta' dan ir- Regolament) |
Appoġġ mill- Fond Operattiv tal-UE f'EUR (Art. 80 (1) R 1580/2007/Art. 79(1) R 543/2011) (2) |
Appoġġ totali tal- UE f'EUR |
Kwantitajiet totali rtirati (t) |
Appoġġ addizzjonali tal- UE f'EUR (Art. 5(3) u (4) ta' dan ir-Regolament) |
||
Ħjar |
|
|
|
|
|
|
|
Tadam |
|
|
|
|
|
|
|
Ħass u indivja |
|
|
|
|
|
|
|
Bżar ħelu |
|
|
|
|
|
|
|
Qara' bagħli |
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
|
|
|
|
NOTIFIKA TA' META MA JSIRX ĦSAD/ĦSAD BIKRI
Pajjiż: |
|
Data: |
26 ta' Mejju sat-30 ta' Ġunju 2011 |
||||
Prodott (3) |
POs (Organizzazzjonijiet tal-produtturi) |
Produtturi mhux membri |
Appoġġ totali tal-UE f'EUR |
||||
Erja (ettari) (4) |
Appoġġ ta' UE f'EUR (Art. 86 (4) R 1580/2007/Art 85(4) R 543/2011) (5) |
Appoġġ addizzjonali tal- UE f'EUR (Art. 4(5) ta' dan ir-Regolament) |
Appoġġ totali tal-UE f'EUR |
Erja (ettari) (4) |
Appoġġ mill-UE f'EUR (Art. 5(5) ta' dan ir-Regolament) |
||
Ħjar |
|
|
|
|
|
|
|
Tadam |
|
|
|
|
|
|
|
Ħass u indivja |
|
|
|
|
|
|
|
Bżar ħelu |
|
|
|
|
|
|
|
Qara' bagħli |
|
|
|
|
|
|
|
Total |
|
|
|
|
|
|
|
(1) Prodotti kif definiti fl-Artikolu 1(1).
(2) Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni biss għandha titqies għall-kalkolazzjoni, eż., għat-tadam 3,6325 EUR/100 kg.
(3) Prodotti kif definiti fl-Artikolu 1(1).
(4) Fejn il-produzzjoni kummerċjali tkun diġà ġiet maħsuda, iċ-ċifra li għandha tiġi rreġistrata għandha testima l-wiċċ ekwivalenti bil-produzzjoni.
(5) Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni biss għandha titqies għall-kalkolazzjoni.