Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0476

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 476/2011 tas- 17 ta' Mejju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 fir-rigward tal-limiti ta’ qbid għas-sajd taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE fiż-żoni ICES IIa, IIIa u IV

ĠU L 131, 18.5.2011, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/476/oj

18.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 476/2011

tas-17 ta' Mejju 2011

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 57/2011 fir-rigward tal-limiti ta’ qbid għas-sajd taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE fiż-żoni ICES IIa, IIIa u IV

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 57/2011 18 ta' Jannar 2011 li jiffissa għall-2011 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u għal bastimenti tal-UE f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu;

Billi:

(1)

Il-limiti ta’ qbid għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE fiż-żoni ICES IIa, IIIa u IV huma stipulati fl-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 57/2011.

(2)

Skont il-punt 4 tal-Anness IID għar-Regolament (UE) Nru 57/2011, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-qbid massimu permissibbli (TAC) u l-kwoti għall-2011 għaċ-ċiċċirell f’dawk iż-żoni, abbażi tal-parir tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Ibħra (ICES) u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF).

(3)

L-ICES tat il-parir tagħha fil-21 ta' Frar 2011 għal kull waħda mis-seba' żoni ta' ġestjoni ddefiniti fl-Anness IID tar-Regolament 57/2011. Il-parir tal-ICES ġie analiżat mill-STECF, li ta l-konklużjonijiet tiegħu lill-Kummissjoni fl-24 ta' Frar 2011. Skont dak il-parir, il-limitu tal-qbid għaż-żona ta' ġestjoni nru 1 għandu jiżdied għal 320 000 tunnellata u l-limitu tal-qbid għaż-żona ta' ġestjoni nru 2 jitnaqqas għal 34 000 tunnellata. L-STECF qies ukoll xieraq li jiġu stabbiliti limiti tal-qbid ta' 10 000 tunnellata u 420 tunnellata rispettivament fiż-żoni ta' ġestjoni nru 4 u 6.

(4)

L-STECF qies li l-limiti tal-qbid taż-żoni ta' ġestjoni 3 u 7 għandhom ikunu żero. Madankollu f'parir supplimentari mogħti fis-17 Marzu 2011, l-STECF qies li seta' jiġi permess limitu ta' qbid ta' 10 000 tunnellata fiż-żona ta' ġestjoni nru 3 sabiex jitwettaq monitoraġġ tas-sajd f'dik iż-żona.

(5)

L-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 57/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 57/2011 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 24, 27.1.2011, p. 1.


ANNESS

L-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 57/2011 għandu jiġi emendat kif ġej:

L-annotazzjoni dwar l-ispeċi taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE fiż-żoni IIa, IIIa u IV tal-ICES għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

Speċijiet

:

Ċiċċirell u qabdiet inċidentali assoċjati

Ammodytes spp.

Żona

:

Ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIa u IV (1)

(SAN/2A3A4.)

Id-Danimarka

331 731  (2)

TAC Analitika

Ir-Renju Unit

7 251  (2)

Il-Ġermanja

507  (2)

L-Isvezja

12 181  (2)

Mhux allokati

2 750  (3)

L-UE

351 670  (2)  (4)

In-Norveġja

20 000

TAC

374 420


(1)  Esklużi l-ilmijiet sa sitt mili mil-linji bażi tar-Renju Unit f’Shetland, Fair Isle u Foula.

(2)  Kwota proviżorja skont l-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament.

(3)  Kwota mhux allokata skont l-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament

(4)  Tal-anqas 98 % tal-kwantitajiet mit-TAC imniżżla l-art iridu jkunu ċiċċirell. Qabdiet inċidentali ta' dab, kavalli u merlangu jridu jingħaddu bħala parti mit-2 % tat-TAC li jifdal.

Kundizzjonijiet speċjali:

Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt miż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell li ġejjin, kif iddefiniti fl-Anness IID:

Żona

:

Żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE

 

1

2

3

4

5

6

7

 

(SAN/*234_1)

(SAN/*234_2)

(SAN/*234_3)

(SAN/*234_4)

(SAN/*234_5)

(SAN/*234_6)

(SAN/*234_7)

Id-Danimarka

284 068

28 022

9 434

9 434

0

395

0

Ir-Renju Unit

6 209

613

206

206

0

9

0

Il-Ġermanja

435

43

14

14

0

1

0

L-Isvezja

10 431

1 029

346

346

0

15

0

L-UE

301 143

29 707

10 000

10 000

0

420

0

In-Norveġja

16 626

3 774

0

0

0

0

0

Mhux allokati

2 231

519

0

0

0

0

0

Total

320 000

34 000

10 000

10 000

0

420

0


Top