Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0433

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 433/2011 tal- 4 ta’ Mejju 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 115, 5.5.2011, pp. 5–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/433/oj

5.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 433/2011

tal-4 ta’ Mejju 2011

li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli li jikkonċernaw iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjoni ta’ ċertu għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I, fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmijin fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tkun irriveduta regolarment, u mill-inqas kull tliet xhur, filwaqt li għandhom jitqisu, minn tal-inqas, is-sorsi ta’ informazzjoni msemmijin f'dan l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza ta’ inċidenti li jinvolvu l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Għalf u għall-Ikel (RASFF), is-sejbiet tal-missjonijiet f'pajjiżi terzi li jitwettqu mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta’ kull tliet xhur dwar il-konsenji ta’ għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali sottomessi lill-Kummissjoni mill-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li jeħtieġ li tiġi emendata l-lista.

(4)

B'mod partikolari, il-lista għandha tkun emendata bit-tħassir tal-entrati dwar il-prodotti li għalihom is-sorsi ta’ informazzjoni jindikaw grad ġenerali sodisfaċenti ta’ konformità mal-ħtiġijiet rilevanti ta’ sigurtà previsti fil-liġijiet tal-Unjoni u li għalihom għalhekk livell ogħla ta’ kontroll uffiċjali ma għadux ġustifikat.

(5)

Barra minn hekk, ċerti prodotti oħrajn li dwarhom is-sorsi ta’ informazzjoni jindikaw ċertu nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġijiet rilevanti ta’ sigurtà, u b'hekk jiġġustifikaw l-introduzzjoni ta’ livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali, għandhom ikunu inklużi fil-lista.

(6)

L-entrati fil-lista fil-każ ta’ ċerti importazzjonijiet mit-Turkija u t-Tajlandja għandhom, għaldaqstant, jiġu emendati skont dan.

(7)

Biex ikun hemm ċarezza fil-liġijiet tal-Unjoni, hemm bżonn li ssir preċiżjoni żgħira fil-lista rigward l-entrati tal-importazzonijiet ta’ okra mill-Indja u bżar ħelu mit-Turkija.

(8)

L-emenda fil-lista li tikkonċerna t-tħassir tar-referenzi għall-prodotti għandha tapplika mill-aktar fis possibbli peress li t-tħassib oriġinali dwar is-sigurtà ġie indirizzat. Bl-istess mod, dawk l-emendi għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Wara li jitqis in-numru ta’ emendi li hemm bżonn li jsiru fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, huwa xieraq li jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.

Madankollu, it-tħassiriet tal-entrati fir-rigward tat-Turkija fil-każ taz-zukkini u l-lanġas għandhom japplikaw minn dakinhar tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)   ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.


ANNESS

“ANNESS I

(A)   Għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma soġġetti għal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul

Għalf u ikel

(l-użu maħsub)

Kodiċi NM (1)

Pajjiż ta’ oriġini

Periklu

Frekwenza ta' kontrolli fiżiċi u tal-identità (%)

—

Karawett, bil-qoxra,

—

1202 10 90

L-Arġentina

Aflatossini

10

—

Karawett, bla qoxra

—

1202 20 00

—

Butir tal-karawett

—

2008 11 10

—

Karawett, ippreparat jew ippriżervat b’xi mod ieħor

—

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

—

Karawett, bil-qoxra,

—

1202 10 90

Il-Brażil

Aflatossini

10

—

Karawett, bla qoxra

—

1202 20 00

—

Butir tal-karawett

—

2008 11 10

—

Karawett, ippreparat jew ippriżervat b’xi mod ieħor

—

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Taljarini mnixxfa

ex 1902

Ic-Ċina

L-aluminju

10

(Ikel)

—

Fażola twila jarda (Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

—

ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00

Ir-Repubblika Dominikana

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (3)

50

—

Bettieħa morra

—

ex 0709 90 90 ; ex 0710 80 95

—

Lawki

—

ex 0709 90 90 ; ex 0710 80 95

—

Bżar aħmar (Capsicum spp)

—

0709 60 10 ; 0709 60 99 ; 0710 80 51 ; 0710 80 59

—

Brunġiel

—

0709 30 00 ; ex 0710 80 95

(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

—

Larinġ (frisk jew imnixxef)

—

0805 10 20 ; 0805 10 80

L-Eġittu

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (7)

10

—

Ħawħ

—

0809 30 90

—

Rummien

—

ex 0810 90 95

—

Frawli

—

0810 10 00

—

Fażola ħadra

—

ex 0708 20 00

(Ikel - frott u ħxejjex friski)

 

—

Karawett, bil-qoxra,

—

1202 10 90

Il-Gana

Aflatossini

50

—

Karawett, bla qoxra

—

1202 20 00

—

Butir tal-karawett

—

2008 11 10

(Għalf u Ikel)

 

Weraq tal-kari (Bergera/Murraya koenigii)

ex 1211 90 85

L-Indja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi Singulari (5)

10

(Ikel – ħwawar friski)

—

Bżar aħmar (Capsicum annuum); sħiħ

—

ex 0904 20 10

L-Indja

Aflatossini

50

—

Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

—

ex 0904 20 90

—

Prodotti tal-bżar aħmar (kari)

—

0910 91 05

—

Noċemuskata (Myristica fragrans)

—

0908 10 00

—

Il-qoxra barranija tan-noċemuskata (Myristica fragrans)

—

0908 20 00

—

Żinżel (Zingiber officinale)

—

0910 10 00

—

Curcuma longa (żagħfran tal-Indja)

—

0910 30 00

(Ikel – ħwawar imnixxfin)

 

—

Karawett, bil-qoxra,

—

1202 10 90

L-Indja

Aflatossini

20

—

Karawett, bla qoxra

—

1202 20 00

—

Butir tal-karawett

—

2008 11 10

—

Karawett, ippreparat jew ippriżervat b’xi mod ieħor

—

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Okra friska

ex 0709 90 90

L-Indja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (2)

10

(Ikel)

Dulliegħ (egusi, Citrullus lanatus) iż-żerriegħa u prodotti dderivati minnu

ex 1207 99 97 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 ;

In-Niġerja

Aflatossini

50

(Ikel)

Ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem

ex 1006 30

Il-Pakistan

Aflatossini

20

(Ikel – ross mitħun)

—

Bżar aħmar (Capsicum annuum); sħiħ

—

ex 0904 20 10

Il-Peru

Aflatossini u Okratossina A

10

—

Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

—

ex 0904 20 90

(Ikel – ħwawar imnixxfin)

 

—

Karawett, bil-qoxra,

—

1202 10 90

L-Afrika t’Isfel

Aflatossini

10

—

Karawett, bla qoxra

—

1202 20 00

—

Butir tal-karawett

—

2008 11 10

—

Karawett, ippreparat jew ippriżervat b’xi mod ieħor

—

2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

—

Bżar aħmar frisk (Capsicum spp)

ex 0709 60 10 , ex 0710 80 51 ; ex 0709 60 99 , ex 0710 80 59

It-Tajlandja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (9)

10

(Ikel)

—

Weraq tal-kosbor

—

ex 0709 90 90

It-Tajlandja

Salmonella (6)

10

—

Ħabaq (tulsi - Ocimum tenuiflorum, ħabaq komuni)

—

ex 1211 90 85

—

Nagħniegħ

—

ex 1211 90 85

(Ikel – ħwawar friski)

 

—

Weraq tal-kosbor

—

ex 0709 90 90

It-Tajlandja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (4)

20

—

Ħabaq (tulsi - Ocimum tenuiflorum, ħabaq komuni)

—

ex 1211 90 85

(Ikel - ħwawar friski)

 

—

Fażola twila jarda

—

ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00

It-Tajlandja

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (4)

50

—

Brunġiel

—

0709 30 00 ; ex 0710 80 95

—

Ħxejjex tal-ġeneru brassica

—

0704 ; ex 0710 80 95

(Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

—

Bżar ħelu (Capsicum annuum)

—

0709 60 10 ; 0710 80 51

It-Turkija

Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta' residwi singulari (8)

10

—

Tadam

—

0702 00 00 ; 0710 80 70

(Ikel - ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

0806 20

L-Uzbekistan

Okratossina A

50

(Ikel)

—

Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

—

ex 0904 20 90

Il-pajjiżi terzi kollha

Żebgħat tas-Sudan

10

—

Prodotti tal-bżar aħmar (kari)

—

0910 91 05

—

Curcuma longa (żagħfran tal-Indja)

—

0910 30 00

(Ikel - ħwawar imnixxfin)

 

—

Żejt aħmar tal-palm

—

ex 1511 10 90

(Ikel)

 

(B)   Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan l-Anness, ‘Żebgħat tas-Sudan’ tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin:

(i)

Is-Sudan I (Numru CAS 842-07-9);

(ii)

Is-Sudan II (Numru CAS 3118-97-6);

(iii)

Is-Sudan III (Numru CAS 85-86-9);

(iv)

L-Aħmar Skarlat; jew Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).”


(1)  Fejn ikun meħtieġ li jkunu eżaminati biss ċerti prodotti li huma elenkati taħt kwalunkwe kodiċi NM u ma teżisti l-ebda sottodiviżjoni taħt dak il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi NM ikun immarkat ‘ex’ (pereżempju ex 1006 30 : ir-ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem biss huwa inkluż).

(2)  Partikolarment ir-residwi ta’: l-Aċefat, il-Metamidofos, it-Trijażofos, l-Endosulfan, il-Monokrotofos

(3)  Partikolarment ir-residwi ta’: l-Amitraz, l-Aċefat, l-Aldikarb, il-Benomil, il-Karbendazim, il-Klorfenapir, il-Klorpirifos, is-CS2 (id-Ditjokarbamati), id-Dijafentjuron, id-Diażinon, id-Diklorvos, id-Dikofol, id-Dimetoat, l-Endosulfan, il-Fenamidon, l-Imidakloprid, il-Malatjon, il-Metamidofos, il-Metjokarb, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, l-Ossamil, il-Profenofos, il-Propikonażol, it-Tjabendażol, it-Tjakloprid.

(4)  Partikolarment ir-residwi ta’: il-Karbendażim, iċ-Ċiflutrin, iċ-Ċiprodinil, id-Djażinon, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Fenitrotjon, il-Fenpropatrin, il-Fludjoksonil, il-Heksaflumuron, il-Lambda-ċiħalotrin, il-Metjokarb, il-Metomil, l-Ometoat, l-Oksamil, il-Fentoat, it-Tijofanat metil.

(5)  Partikolarment ir-residwi ta’: it-Trijażofos, l-Oxidemeton metil, il-Klorpirifos, l-Aċetamiprid, it-Tjametoksam, il-Klotjanidin, il-Metamidofos, l-Aċefat, il-Propargit, il-Monokrotofos.

(6)  Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvaliditat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(7)  Partikolarment ir-residwi ta’: l-Aċefat, il-Karbaril, il-Karbendażim, il-Karbofuran, il-Klorpirifos, il-Klorpirifos-metil, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Malatjon, il-Metalaksil, il-Metamidofos, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, il-Profenofos, il-Protjofos, il-Kwinalfos, it-Trijadimefon, it-Trijażofos, id-Dikrotofos, l-EPN, u t-Triforin.

(8)  Partikolarment ir-residwi ta’: il-Metomil, l-Oksamil, il-Karbendażim, il-Klofenteżin, id-Dijafenturon, id-Dimetoat, il-Formetanat, il-Malatjon, il-Proċimidon, it-Tetradifon, it-Tijofanat metil.

(9)  Partikolarment ir-residwi ta’: il-Karbofuran, il-Metomil, l-Ometoat, id-Dimetoat, it-Triażofu, il-Malatjon, il-Profenofu, il-Protjofu, l-Etjon, il-Karbendażim, it-Triforina, il-Proċimidon, il-Formetanat.


Top