This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0356
Commission Implementing Regulation (EU) No 356/2011 of 12 April 2011 amending Regulation (EU) No 447/2010 opening the sale of skimmed milk powder by a tendering procedure
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 356/2011 tat- 12 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 356/2011 tat- 12 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti
ĠU L 98, 13.4.2011, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2011; Imħassar b' 32011R0561
|
13.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 356/2011
tat-12 ta’ April 2011
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 dwar il-ftuħ tal-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 43(f) u (j) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2010 (2) jistipula li t-trab tal-ħalib maħżun qabel l-1 ta’ Novembru 2009 huwa disponibbli għall-bejgħ permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti. Għall-fini ta’ ċarezza, huwa xieraq li tiġi ffissata l-unità ta’ kejl li għandu jirreferi għaliha l-prezz propost. |
|
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 447/2010 jistipula li t-tressiq tal-offerti għal sejħiet individwali għall-offerti għandu jsir fl-ewwel u t-tielet nhar ta’ Tlieta tax-xahar. Is-sitwazzjoni attwali tas-suq tal-prodotti tal-ħalib tippermetti li jitnaqqas l-għadd ta’ sejħiet individwali għall-offerti għal darba fix-xahar. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 447/2010 għaldaqstant għandu jkun emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 447/2010 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
Fl-Artikolu 1, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “Il-prezz propost għandu jkun il-prezz għal kull 100 kilogramma ta’ prodotti.” |
|
(b) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. Il-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti għal sejħiet individwali għall-offerti għandu jkun il-11:00 (ħin ta’ Brussell) tat-tielet nhar ta’ Tlieta tax-xahar. Madankollu, f’Awwissu għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) tar-raba’ nhar ta’ Tlieta, u f’Diċembru għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) tat-tieni nhar ta’ Tlieta tax-xahar. Jekk it-Tlieta tkun festa pubblika l-limitu taż-żmien għandu jkun il-11.00 (ħin ta’ Brussell) tal-ġurnata tax-xogħol ta’ qabel.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Neelie KROES
Viċi-President