Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0272

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 272/2011 tal- 21 ta’ Marzu 2011 li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

ĠU L 76, 22.3.2011, pp. 32–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/01/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0044

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/272/oj

22.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 272/2011

tal-21 ta’ Marzu 2011

li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja, persuni u entitajiet oħra għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness III tar-Regolament 204/2011,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu inklużi fil-lista mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1.


ANNESS

Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Mohamed Abou El-Kassim Zouai

 

Segretarju Ġenerali tal-Kungress ġenerali tal-poplu; implikat fir-repressjoni kontra d-dimostranti.

21.3.2011

2.

Baghdadi Al-Mahmoudi

 

Prim Ministru tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; implikat fir-repressjoni kontra d-dimostranti.

21.3.2011

3.

Mohamad Mahmoud Hijazi

 

Ministru tas-Saħħa u l-Ambjent tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; implikat fir-repressjoni kontra d-dimostranti.

21.3.2011

4.

Abdelhaziz Zlitni

 

Ministru tal-Ippjanar u l-Finanzi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; implikat fir-repressjoni kontra d-dimostranti.

21.3.2011

5.

Mohamad Ali Houej

 

Ministru tal-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; implikat fir-repressjoni kontra d-dimostranti.

21.3.2011

6.

Abdelmajid Al-Gaoud

 

Ministru tal-Agrikoltura u r-Riżorsi tal-Annimali u dawk Marittimi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi.

21.3.2011

7.

Ibrahim Zarroug Al-Charif

 

Ministru tal-Affarijiet Soċjali tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; implikat fir-repressjoni kontra d-dimostranti.

21.3.2011

8.

Abdelkebir Mohamad Fakhiri

 

Ministru tal-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; implikat fir-repressjoni kontra d-dimostranti.

21.3.2011

9.

Mohamad Ali Zidane

 

Ministru tat-Trasport tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; implikat fir-repressjoni kontra d-dimostranti.

21.3.2011

10.

Moussa Mohamad Koussa

 

Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; implikat fir-repressjoni kontra d-dimostranti.

21.3.2011

11.

Abdallah Mansour

 

Kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Gaddafi, rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u ex-direttur tar-Radju-Televiżjoni; implikat fir-repressjoni kontra d-dimostranti.

21.3.2011


Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Fonds de développement économique et social (FDES)

Qaser Bin Ghasher road Salaheddine Cross - BP: 93599 Libya-Tripoli

Telefon: +218 21 490 8893 -

Fax: +218 21 491 8893 –

E-mail: info@esdf.ly

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

2.

Libyan Arab African Investment Company - LAAICO

Sit: http://www.laaico.com

Soċjetà maħluqa fl-1981

76351 Janzour-Libya.81370 Tripoli-Libya

Tel:

Fax: 00 218 (21) 4893800 - 4891867

Mail: info@laaico.com

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

3.

Fondation Qadhafi pour les associations caritatives et le développement

Dettalji tal-amministrazzjoni: Hay Alandalus – Jian St. – Tripoli – PoBox: 1101 – LIBYE

Telefon: +218 214778301 -

Fax: (+218) 214778766;

e-mail: info@gicdf.org

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

4.

Fondation Waatassimou

Ibbażata fi Tripli

Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih.

21.3.2011

5.

Office général de la radio et de la télévision libyenne

Dettalji:

tel: 00 218 21 444 59 26; 00 21 444 59 00;

fax: 00 218 21 340 21 07

http://www.ljbc.net;

mail: info@ljbc.net

Tixwix pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza bil-parteċipazzjoni f'kampanji ta' misinformazzjoni.

21.3.2011

6.

Corps des gardes révolutionnaires

 

Implikata fir-repressjoni kontra d-dimostranti.

21.3.2011

7.

National Commercial Bank

Orouba Street

AlBayda,

Libya

Telefon: +218 21-361-2429

Fax: +218 21-446-705

www.ncb.ly

In-National Commercial Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Il-bank ġie stabbilit fl-1970 u hu bbażat f'AlBayda, il-Libja. Għandu lokazzjonijiet fi Tripli u AlBayda, u jopera wkoll fergħat fil-Libja. Huwa 100% proprjetà tal-gvern.

21.3.2011

8.

Gumhouria Bank

Gumhouria Bank Building

Omar Al Mukhtar Avenue

Giaddal Omer Al Moukhtar

P.O. Box 685

Tarabulus

Tripoli

Libya

Tel: +218 21-333-4035+218 21-444-2541+218 21-444-2544+218 21-333-4031

Fax: +218 21-444-2476+218 21-333-2505

Email: info@gumhouria-bank.com.ly

Sit web: www.gumhouria-bank.com.ly

Il-Gumhouria Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Huwa 100% proprjetà tal-gvern. Il-bank inħoloq fl-2008 permezz tal-inkorporazzjoni tal-banek Ummah u Gumhouria.

21.3.2011

9.

Sahara Bank

Sahara bank Building

First of September Street

P.O. Box 270

Tarabulus

Tripoli

Libya

Tel: +218 21-379-0022

Fax: +218 21-333-7922

Email: info@saharabank.com.ly

Sit web: www.saharabank.com.ly

Is-Sahara Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Huwa 81% proprjetà tal-gvern

21.3.2011


Top