EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0228

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 228/2011 tas- 7 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodu tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers C1 Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 62, 9.3.2011, p. 1–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0740

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/228/oj

9.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 62/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 228/2011

tas-7 ta’ Marzu 2011

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodu tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab għat-tajers C1

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Anness I, parti B tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009, l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C1 għandu jiġi ddeterminat kif speċifikat fir-Regolament UNECE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu. Madankollu, rappreżentati tal-industrija żviluppaw metodu rivedut tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab abbażi tal-Anness 5 tar-Regolament UNECE Nru 117 li jtejjeb b’mod sinifikanti l-preċiżjoni tar-riżultati tal-ittestjar.

(2)

Il-preċiżjoni tar-riżultati tal-ittestjar hija fattur ewlieni għad-determinazzjoni tal-klassijiet tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers. Tiżgura tqabbil ġust bejn it-tajers minn fornituri differenti. Barra minn hekk, l-ittestjar preċiż iżomm milli tajer jiġi kklassifikat f’aktar minn klassi waħda u jnaqqas ir-riskji li r-riżultati differenti tal-ittestjar jinkisbu minn awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq bi tqabbil mar-riżultati tal-ittestjar iddikjarati mill-fornituri sempliċement minħabba l-inċertezza tal-metodu tal-ittestjar.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ jiġi aġġornat il-metodu tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab sabiex titjieb il-preċiżjoni tar-riżultati tal-ittestjar tat-tajers.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 għandu għaldaqstant jiġi emendat b’dan il-mod.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1222/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, parti B, l-ewwel sentenza tinbidel b’li ġej:

‘Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C1 għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) skont l-iskala ‘A’ sa ‘G’ speċifikata fit-tabella aktar ’l isfel u mkejla skont l-Anness V.’

(2)

It-test stipulat fl-anness għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness V.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46.


ANNESS

ANNESS V

Metodu tal-ittestjar għall-kejl tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) tat-tajers C1

1.   STANDARDS OBBLIGATORJI

Japplikaw id-dokumenti elenkati li ġejjin.

(1)

ASTM E 303-93 (Approvat mill-ġdid 2008), Metodu Standard tat-Test għal Kejl tal-Proprjetajiet Frizzjonali tas-Superfiċi bl-Użu tat-Tester tal-Pendlu Brittanniku (British Pendulum Tester);

(2)

ASTM E 501-08, Speċifikazzjoni Standard għal Tajer Standard bir-Raded għal Testijiet tar-Reżistenza għaż-Żliq fuq Ċangar tat-Triq;

(3)

ASTM E 965-96 (Approvat mill-ġdid 2006), Metodu Standard tat-Test għall-Kejl tal-Fond tal-Makrotessut taċ-Ċangar bl-Użu ta’ Teknika Volumetrika;

(4)

ASTM E 1136-93 (Approvata mill-ġdid 2003), Speċifikazzjoni Standard għal Tajer Radjali Standard ta’ Referenza għat-Test (SRTT14″);

(5)

ASTM E 2493-08, Speċifikazzjoni Standard għal Tajer Radjali Standard ta’ Referenza għat-Test (SRTT16″).

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet tal-ittestjar tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajers C1, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘ġirja ta’ prova’ tfisser li tajer mgħobbi jgħaddi darba fuq korsa partikolari għal-ittestjar;

(2)

‘tajer(s) tal-prova’ tfisser tajer kandidat, tajer ta’ referenza jew tajer ta’ kontroll jew sett ta’ tajers użat f’ġirja ta’ prova;

(3)

‘tajer(s) kandidat(i) (T)’ tfisser tajer jew sett ta’ tajers li huwa ttestjat sabiex jiġi kkalkulat l-indiċi tagħhom tal-qabda fuq l-imxarrab;

(4)

‘tajer(s) ta’ referenza (R)’ tfisser tajer jew sett ta’ tajers li għandhom il-karatteristiċi indikati fl-ASTM F 2493-08 u msejjaħ Tajer Standard ta’ Referenza għat-Test 16-il pulzier (SRTT16″);

(5)

‘tajer(s) ta’ kontroll (C)’ tfisser tajer intermedju jew sett ta’ tajers intermedji li jintużaw meta t-tajer kandidat u t-tajer ta’ referenza ma jistgħux jitqabblu direttament fuq l-istess vettura;

(6)

‘il-forza tal-ibbrejkjar ta’ tajer’ tfisser il-forza lonġitudinali, espressa fi newton, li tkun ġejja mill-applikazzjoni tat-torque tal-ibbrejkjar tal-applikazzjoni;

(7)

‘il-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar ta’ tajer (BFC)’ tfisser il-proporzjon tal-forza tal-ibbrejkjar għat-tagħbija vertikali;

(8)

‘koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima ta’ tajer’ tfisser il-valur massimu tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar ta’ tajer li jseħħ qabel ma tissakkar ir-rota hekk kif jiżdied progressivament it-torque tal-ibbrejkjar;

(9)

‘sokor tar-rota’ tfisser il-kundizzjoni ta’ rota li fiha l-veloċità tat-tidwir fuq l-assi tagħha huwa żero u tinżamm milli ddur fil-preżenza ta’ torque applikat tar-rota;

(10)

‘tagħbija vertikali’ tfisser it-tagħbija espressa f’newtons imposta fuq it-tajer perpendikolarment għal wiċċ it-triq;

(11)

‘vettura għat-testijiet tat-tajers’ tfisser vettura apposta għal għanijiet speċjali li jkollha strumenti għall-kejl tal-forzi vertikali u lonġitudinali fuq tajer wieħed tat-test waqt l-ibbrejkjar.

3.   KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI TAT-TEST

3.1   Karatteristiċi tal-korsa

Il-korsa għat-test għandu jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:

(1)

Il-wiċċ għandu jkollu ċangar dens tal-asfalt b’pendil ta’ mhux aktar minn 2 % u m’għandux jiddevja aktar minn 6 mm meta ttestjat b’xifer dritt ta’ 3 m.

(2)

Il-wiċċ għandu jkollu ċangar ta’ età, għamla, u therrir uniformi. Il-wiċċ tat-test għandu jkun ħieles minn materjal li jinqala’ u depożiti ta’ materjal barrani.

(3)

Id-daqs massimu taż-żrar għall kisi għandu jkun ta’ 10mm (tolleranzi permess bejn 8 mm u 13 mm).

(4)

Il-profondità tat-tessut kif mkejla bil-metodu tal-fond tar-ramel għandu jkun ta’ 0,7 ± 0,3 mm. Għandu jitkejjel skont l-ASTM E 965-96 (approvat mill-ġdid fl-2006)

(5)

Il-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ għandhom jitkejlu bil-metodu (a) jew (b) fit-taqsima 3.2.

3.2   Metodi għall-kejl tal-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ

(a)   Metodu tan-Numru tal-Pendlu Brittanniku British Pendulum Number (BPN)

Il-metodu tan-Numru tal-Pendlu Brittanniku għandu jkun kif definit fl-ASTM E 303-93 (Approvat mill-ġdid fl-2008)

Il-formulazzjoni u l-proprjetajiet fiżiċi tal-komponent tal-gomma tal-kuxxinett għandhom ikunu kif speċifikati fl-ASTM E 501-08.

Il-valur medju tan-Numru tal-Pendlu Brittanniku (BPN) għandu jkun bejn 42 u 60 BPN wara l-korrezzjoni tat-temperatura kif ġej.

Il-BPN għandu jiġi kkoreġġut mit-temperatura tal-wiċċ imxarrab tat-triq. Sakemm ma jkunx hemm rakkomandazzjonijiet dwar il-korrezzjoni tat-temperatura indikati mill-produttur tal-pendlu Brittanniku, tintuża l-formula li ġejja:

BPN = BPN (valur imkejjel) + korrezzjoni tat-temperatura

korrezzjoni tat-temperatura = – 0,0018 t 2 + 0,34 t – 6,1

fejn t hija t-temperatura ta’ wiċċ it-triq imxarrab tat-triq fi gradi Celsius.

Effetti tat-therrir tal-kuxxinett tal-islajder: Il-kuxxinett għandu jitneħħa minħabba t-therrir massimu meta t-therrir fuq il-parti li tagħmel kuntatt jilħaq 3.2 mm fuq il-pjan tal-islajder jew 1.6 mm vertikali għalih skont it-taqsima 5.2.2 u l-Grafika 3 tal-ASTM E 303-93 (Approvat mill-ġdid 2008).

Sabiex tiġi ċċekkjata l-konsistenza BPN tal-wiċċ tal-korsa għall-kejl tal-qabda fuq l-imxarrab ta’ karozza strumentata tal-passiġġieri: il-valuri BPN tal-korsa tal-ittestjar m’għandhomx ivarjaw tul id-distanza kollha tal-waqfien sabiex titnaqqas id-dispersjoni tar-riżultati tat-test. Il-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ għandhom jitkejlu ħames darbiet ma’ kull punt tal-kejl BPN kull 10 metri u l-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-BPN medju m’għandux jaqbeż l-10%.

(b)   Metodu ASTM E 1136 Tajer Standard ta’ Referenza għat-Test (SRTT14″)

B’deroga mill-punt (4) tat-taqsima 2, dan il-metodu juża t-tajer ta’ referenza li għandu l-karatteristiċi indikati fl- ASTM E 1136-93 (Approvat mill-ġdid 2003) u msemmi SRTT14″ (1).

Il-valur medju tal-koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (μpeak,ave ) tal-SRTT14″ għandu jkun ta’ 0,7 ± 0,1 b’65 km/h.

Il-valur medju tal-koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (μpeak,ave ) tal-SRTT14″ għandu jiġi kkoreġġut mit-temperatura tal-wiċċ imxarrab tat-triq kif ġej:

 

koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (μpeak,ave ) = koeffiċjent massimu tal-forza tal-ibbrejkjar (imkejjel) + korrezzjoni tat-temperatura

 

korrezzjoni tat-temperatura = 0,0035 × (t – 20)

fejn t hija t-temperatura tal-wiċċ imxarrab tat-triq fi gradi Celsius.

3.3   Kundizzjonijiet atmosferiċi

Il-kundizzjonijiet tar-riħ m’għandhomx jaffettwaw it-tixrib tal-wiċċ (huwa permess ilqugħ għar-riħ).

Sew it-temperatura tal-wiċċ imxarrba u t-temperatura ambjentali għandhom ikunu bejn 2°C u 20°C għat-tajers tal-borra u 5°C and 35°C għat-tajers normali.

It-temperatura tal-wiċċ imxarrab m’għandhiex tvarja waqt it-test b’iktar minn 10°C.

It-temperatura ambjentali trid tibqa’ qrib it-temperatura tal-wiċċ imxarrab; id-differenza bejn it-temperaturi ambjentali u tal-wiċċ imxarrab m’għandhiex tkun inqas minn 10°C.

4.   METODI TAL-ITTESTJAR TAL-QABDA FUQ L-IMXARRAB

Għall-kalkolu tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G) ta’ tajer kandidat, il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar bil-qabda fuq l-imxarrab ta’ tajer kandidat jitqabbel mal-prestazzjoni tal-ibbrejkjar bil-qabda fuq l-imxarrab ta’ tajer ta’ referenza għaddej dritt fuq wiċċ ippavimentat imxarrab. Jitkejjel b’wieħed minn dawn il-metodi:

metodu tal-vettura li jikkonsisti minn sett ta’ tajers armati fuq karozza tal-passiġġieri strumentata

metodu tal-ittestjar b’karru rmunkat minn vettura jew vettura għat-testijiet tat-tajers, mgħammra bit-tajer(s) tat-test.

4.1   Metodu tal-ittestjar b’karozza tal-passiġġieri strumentata

4.1.1   Il-prinċipju

Il-metodu tal-ittestjar ikopri proċedura għall-kejl tal-prestazzjoni tad-deċelerazzjoni ta’ tajers C1 waqt l-ibbrejkjar, bl-użu ta’ karozza tal-passiġġieri strumentata mgħammra b’Antilock Braking System (ABS), fejn ‘karozza tal-passiġġieri strumentata’ tfisser karozza tal-passiġġieri armata bit-tagħmir tal-kejl imniżżel fit-taqsima 4.1.2.2 għall-għanijiet ta’ dan il-metodu ta’ ttestjar. Minn veloċità inizjali definita, il-brejkijiet jingħafsu biżżejjed fuq erba’ roti fl-istess ħin biex jiġi attivat l-ABS. Id-deċelerazzjoni medja tiġi kkalkulata bejn żewġ veloċitajiet predefiniti.

4.1.2   Tagħmir

4.1.2.1   Vettura

Modifiki permessi fuq il-karozza tal-passiġġieri huma kif ġej:

dawk li jippermettu li jiżdied l-għadd ta’ daqsijiet tat-tajers li jistgħu jiġu armati;

dawk li jippermettu l-attivazzjoni awtomatika tal-mezz tal-apparat tal-ibbrejkjar li għandu jiġi installat.

Mhi permessa l-ebda modifika oħra tas-sistema tal-ibbrejkjar.

4.1.2.2   It-tagħmir għall-kejl

Il-vettura għandha tiġi armata b’sensur xieraq għall-kejl tal-veloċità fuq wiċċ imxarrab u distanza koperta bejn żewġ veloċitajiet.

Sabiex titkejjel il-veloċità tal-vettura, għandha tintuża l-ħames rota jew sistema mingħajr kuntatt għal-kejl tal-veloċità.

4.1.3   L-ikkundizzjonar tal-korsa tal-prova u l-kundizzjoni tat-tixrib

Il-wiċċ tal-korsa tal-prova jrid jixxarrab mill-inqas nofs siegħa qabel l-ittestjar sabiex jiġu ekwalizzati t-temperatura tal-wiċċ u t-temperatura tal-ilma. It-tixrib estern għandu jiġi pprovdut kontinwament waqt l-ittestjar. Għaż-żona kollha tal-ittestjar, il-fond tal-ilma għandu jkun ta’ 1.0 ± 0.5 mm, imkejjel mix-xifer ta’ fuq tal-bankina.

Il-korsa tal-prova għandha mbagħad tiġi kkundizzjonata billi jsiru mill-inqas għaxar ġirjiet ta’ prova b’tajers mhux involuti fil-programm tat-testijiet b’90km/h.

4.1.4   Tajers u rimmijiet

4.1.4.1   Tħejjija u running-in tat-tajer

It-tajers tat-test għandhom jiġu ttrimmjati biex jitneħħa l-imbuzzar kollu fuq wiċċ it-tajer li jkun ikkawżat minn arja maqbuda waqt il-pressa tal-forma jew kumenti mal-ġonġituri tal-forma.

It-tajers tat-test għandhom jiġu mmuntati fuq ir-rimm tat-test iddikjarat mill-manifattur tat-tajer.

Permezz ta’ lubrikant xieraq, tinkiseb pożizzjoni kif suppost fejn ix-xifer ta’ ġewwa tat-tajer jaqbad max-xifer tar-rota. Għandu jiġi evitat l-użu eċċessiv tal-lubrikant sabiex it-tajer ma jkunx jista’ jiżloq minn fuq ir-rimm tar-rota.

It-tajers tat-test u r-rimmijiet immuntati flimkien għandhom jinħażnu f’post għal mill-inqas sagħtejn f’tali mod li kull wieħed minnhom ikollu l-istess temperatura ambjentali qabel l-ittestjar. Għandhom ikollhom ilqugħ mix-xemx sabiex jiġi evitat tisħin żejjed mir-radjazzjoni solari.

Għar-running-in tat-tajer, isiru żewġ ġirjiet bl-ibbrejkjar.

4.1.4.2   It-tagħbija tat-tajers

It-tagħbija statika fuq kull tajer tal-fus trid tkun ta’ bejn 60 % u 90 % tal-kapaċità tat-tagħbija tat-tajers ittestjata. It-tagħbijiet tat-tajers fuq l-istess fus m’għandhomx ivarjaw b’aktar minn 10 %.

4.1.4.3   Il-pressjoni tal-infiħ tat-tajers

Fuq il-fusien ta’ wara u ta’ quddiem, il-pressjonijiet tal-infiħ għandhom ikunu ta’ 220 kPa (għal tajers b’piż standard u extra). Il-pressjoni tat-tajer trid tiġi ċċekkjata eżatt qabel l-ittestjar f’temperatura ambjentali u tiġi mmodiifkata jekk meħtieġ.

4.1.5   Il-proċedura

4.1.5.1   Ġirja ta’ prova

Il-proċedura tat-test li ġejja tapplika għal kull ġirja ta’ prova:

(1)

Il-karozza tal-passiġġier tinsaq f’linja dritta sa 85 ± 2 km/h.

(2)

Ġaladarba l-karozza tal-passiġġieri tkun laħqet 85 ± 2 km/h, il-brejkijiet jiġu dejjem attivati fl-istess post fuq il-korsa tat-test, imsemmi ‘l-punt tal-bidu tal-ibbrejkjar’, b’tolleranza lonġitudinali ta’ 5 m u tolleranza trasversali ta’ 0,5 m.

(3)

Il-brejks jiġu attivati awtomatikament jew inkella manwalment.

(i)

L-attivazzjoni awtomatika tal-brejkijiet issir permezz ta’ sistema ta’ rilevament magħmula minn żewġ partijiet, waħda indiċjata mal-korsa tat-test u l-oħra fuq il-karozza tal-passiġġieri.

(ii)

L-attivazzjoni manwali tal-brejkijiet tiddependi mit-tip ta’ trażmissjoni kif ġej. Fiż-żewġ każi, huma meħtieġ sforzi minimi fuq il-pedala ta’ 600 N.

Għat-trażmissjoni manwali, is-sewwieq għandu jħalli l-klaċċ u jagħfas il-brejk bil-qawwa, u jżommu magħfus kemm ikun hemm bżonn sabiex jittieħed il-kejl.

Għat-trażmissjoni manwali, is-sewwieq għandu jħalli l-klaċċ u jagħfas il-brejk bil-qawwa, u jżommu magħfus kemm ikun hemm bżonn sabiex jittieħed il-kejl.

(4)

Id-deċelerazzjoni medja tiġi kkalkulata bejn 80 km/h u 20 km/h.

Jekk xi waħda mill-ispeċifikazzjonijiet elenkati fuq (inklużi t-tollerenza tal-veloċità, it-tolleranza lonġitudinali u trasversali għall-punt tal-bidu tal-ibbrejkjar, u l-ħin li jieħu l-ibbrejkjar) ma tintlaħaqx meta ssir ġirja ta’ prova, il-kejl jiġi injorat u ssir ġirja ta’ prova ġdida.

4.1.5.2   Ċiklu ta’ prova

Isir għadd ta’ ġirjiet ta’ prova sabiex jitkejjel l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab ta’ sett ta’ tajers kandidati (T) skont il-proċedura li ġejja, fejn kull ġirja ta’ prova għandha ssir fl-istess direzzjoni u sa tliet settijiet differenti ta’ tajers kandidati jistgħu jitkejlu fi ħdan l-istess ċiklu ta’prova:

(1)

L-ewwel, jiġi mmuntat is-sett ta’ tajers ta’ referenza fuq il-karozza strumentata tal-passiġġieri.

(2)

Wara li jkunu saru mill-inqas tliet tikjiliet validi skont it-taqsima 4.1.5.1, is-sett ta’ tajers ta’ referenza jiġi ssostitwit minn sett ta’ tajers kandidati.

(3)

Wara li jsiru sitt tikjiliet validi tat-tajers kandidati, jistgħu jitkejlu żewġ settijiet oħra ta’ tajers kandidati.

(4)

I-ċiklu tal-prova jingħalaq bi tliet tikjiliet validi oħra tal-istess sett ta’ tajers ta’ referenza bħal fil-bidu taċ-ċiklu tal-prova.

EŻEMPJI:

L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ tliet settijiet ta’ tajers kandidati (T1 sa T3) u sett ta’ tajers ta’ referenza (R) ikun dan li ġej:

R-T1-T2-T3-R

L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ ħames settijiet ta’ tajers kandidati (T1 sa T5) u sett ta’ tajers ta’ referenza (R) ikun dan li ġej:

R-T1-T2-T3-R-T4-T5-R

4.1.6   Ħarsa ġenerali tar-riżultati tal-kejl

4.1.6.1   Kalkolu tad-deċelerazzjoni medja (AD)

Id-deċelerazzjoni medja (AD) hija kkalkulata għal ġirja ta’ prova valida f’m.s– 2 kif ġej:

Formula

fejn:

 

Sf hija l-veloċità finali f’ m·s-1; Sf = 20 km/h = 5,556 m.s– 1

 

Sf hija l-veloċità inizjali f’ m·s-1; Sf = 80 km/h = 22,222 m.s– 1

 

d hija d-distanza koperta f’m bejn Si u Sf .

4.1.6.2   Validazzjoni tar-riżultati

Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni AD jiġi kkalkulat kif ġej:

(Devjazzjoni Standard / Medja) x 100

Għat-tajers ta’ referenza (R) : Jekk il-koeffiċjent tal-varjazzjoni AD ta’ kwalunkwe żewġ gruppi konsekuttivi ta’ tliet ġirjiet ta’ prova tas-sett tat-tajer tar-referenza jkun ogħla minn 3 %, id-dejta kollha trid tiġi eliminata u t-test mtenni għat-tajers tat-test kollha (it-tajers kandidati u t-tajers ta’ referenza).

Għat-tajers kandidati (T) : Il-koeffiċjenti tal-varjazzjoni AD jiġu kkalkulati għal kull sett ta’ tajers kandidati. Jekk il-koeffiċjent tal-varjazzjoni jkun ogħla minn 3 %, id-dejta trid tiġi eliminata u t-test mtenni għal dak is-sett ta’ tajers kandidati.

4.1.6.3   Kalkolu tad-deċelerazzjoni medja aġġustata (Ra)

Id-deċelerazzjoni medja (AD) tas-sett ta’ tajers ta’ referenza użat għall-kalkolu tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar huwa aġġustat skont l-ippożizzjonar ta’ kull sett ta’ tajers kandidati f’ċiklu ta’ prova partikolari.

Dan l-AD aġġustat tat-tajer ta’ referenza (Ra) jiġi kkalkulat f’m.s–2 skont it-tabella 1 fejn R1 huwa l-medja tal-valuri AD fl-ewwel test tas-sett ta’ tajers ta’ referenza (R) u R2 huwa l-medja tal-valuri AD values fit-tieni test tal-istess sett ta’ tajers ta’ referenza (R).

Tabella 1

Numru ta’ settijiet ta’ tajers kandidati ta’ referenza fi ħdan ċiklu wieħed

Sett ta’ tajers kandidati

Ra

1

(R 1 -T1-R 2 )

T1

Ra = 1/2 (R 1 + R 2 )

2

(R 1 -T1-T2-R 2 )

T1

Ra = 2/3 R 1 + 1/3 R 2

T2

Ra = 1/3 R 1 + 2/3 R 2

3

(R 1 -T1-T2-T3-R 2 )

T1

Ra = 3/4 R 1 + 1/4 R 2

T2

Ra = 1/2 (R 1 + R2 )

T3

Ra = 1/4 R1 + 3/4 R2

4.1.6.4   Kalkolu tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar (BFC)

Il-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar (BFC) jiġi kkalkulat għall-ibbrejkjar fuq iż-żewġ fusien skont it-Tabella 2 fejn Ta (a = 1, 2 jew 3) hija l-medja tal-valuri AD għal kull sett ta’ tajers kandidati (T) li huma parti minn ċiklu ta’ prova.

Tabella 2

Tajer ta’ Prova

Koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar

Tajer ta’ referenza

BFC(R) = |Ra/g|

Tajer kandidat

BFC(T) = |Ta/g|

g huwa l-aċċelerazzjoni dovuta għall-gravità, g= 9,81 m·s–2

4.1.6.5   Il-kalkolu tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (G(T)) jiġi kkalkulatkif ġej:

Formula

fejn:

t hija t-temperatura tal-wiċċ imxarrab mkejla fi gradi Celsius meta t-tajer kandidat (T) jiġi ttestjat

t0 hija l-kundizzjoni tat-temperatura ta’ referenza tal-wiċċ imxarrab, t0 =20°C għal tajers normali u t0=10 °C għal tajers tal-borra

BFC(R0) huwa l-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar għat-tajer ta’ referenza fil-kundizzjonijiet ta’ referenza, BFC(R0) = 0,68

a= – 0,4232 u b = – 8,297 għal tajers normali, a = 0,7721 u b = 31,18 għal tajers tal-borra

4.1.7   Tqabbil tal-prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab bejn tajer kandidat u tajer ta’ referenza bl-użu ta’ tajer ta’ kontroll

4.1.7.1   Ġenerali

Meta d-daqs ta’ tajer kandidat huwa apprezzabbilment differenti minn dak ta’ tajer ta’ referenza, tqabbil dirett fuq l-istess karozza strumentata tal-passiġġieri jista’ ma jkunx possibbli. Il-metodu tal-ittestjar juża tajer intermedju, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ it-tajer ta’ kontroll kif iddefinit fil-punt 5 tas-sezzjoni 2.

4.1.7.2   Il-prinċipju tal-metodu

Il-prinċipju huwa l-użu ta’ sett ta’ tajers ta’ kontroll u żewġ karozzi strumentati differenti tal-passiġġieri għaċ-ċiklu tat-test ta’ sett ta’ tajers kandidati bi tqabbil ma’ sett ta’ tajers ta’ referenza.

Karozza strumenta tal-passiġġieri waħda tiġi mmuntata bis-sett ta’ tajers ta’ referenza segwit mis-sett ta’ tajers ta’ kontroll, l-oħra bis-sett ta’ tajers ta’ kontroll segwit mis-sett ta’ tajers kandidati.

L-ispeċifikazzjonijiet elenkati fit-taqsimiet 4.1.2 sa 4.1.4 japplikaw.

L-ewwel ċiklu ta’ prova huwa tqabbil bejn is-sett ta’ tajers ta’ kontroll u s-sett ta’ tajers ta’ referenza.

It-tieni ċiklu ta’ prova huwa tqabbil bejn is-sett ta’ tajers kandidati u s-sett ta’ tajers ta’ kontroll. Isiru fuq l-istess korsa ta’ prova u waqt l-istess jum bħal tal-ewwel ċiklu ta’ prova. It-temperatura tal-wiċċ imxarrab għandha tkun fi ħdan medda ta’ ± 5 °C tat-temperatura tal-ewwel ċiklu. L-istess sett ta’ tajers ta’ kontroll għandu jintuża għall-ewwel u t-tieni ċikli ta’ prova.

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (G(T)) jiġi kkalkulat kif ġej:

G(T) = G 1 × G 2

fejn:

G1 huwa l-indiċi relattiv tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer ta’ kontroll (C) imqabbel mat-tajer ta’ referenza (R) ikkalkulat kif ġej:

Formula

G2 huwa l-indiċi relattiv tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (T) imqabbel mat-tajer ta’ kontroll (C) ikkalkulat kif ġej:

Formula

4.1.7.3   Ħżin u preservazzjoni

Huwa neċessarju li t-tajers kollha ta’ sett ta’ tajers ta’ kontroll ikunu nħażnu fl-istess kundizzjonijiet. Malli s-sett ta’ tajers ta’ kontroll ikun ġie ttestjat bi tqabbil mat-tajer ta’ referenza, għandhom jiġu applikati l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-ħżin definiti f’ASTM E 1136-93 (Approvat mill-ġdid 2003)

4.1.7.4   Sostituzzjoni ta’ tajers ta’ referenza u tajers ta’ kontroll

Meta therrir jew ħsara irregolari jirriżultaw mit-testijiet, jew meta t-therrir jinfluwenza r-riżultati tat-test, l-użu tat-tajer għandu jitwaqqaf.

4.2   Metodu tal-ittestjar bl-użu ta’ karru rmunkat minn vettura jew vettura għat-testijiet tat-tajers

4.2.1   Prinċipju

Il-kejl isir fuq tajers tat-test armati fuq karru rmunkat minn vettura (minn hawn ’il quddiem vettura tal-irmonk) jew fuq vettura għat-testijiet tat-tajers. Il-brejk fil-pożizzjoni tat-test jiġi applikat bis-sod sakemm jiġi ġġenerat biżżejjed torque tal-ibbrejkjar sabiex tiġi prodotta l-forza massima tal-ibbrejkjar li tkun se sseħħ qabel is-sokor tar-rota b’veloċità ta’ prova ta’ 65 km/h.

4.2.2   Tagħmir

4.2.2.1   Vettura tal-irmonk u karru jew vettura għat-testijiet tat-tajers

Il-vettura tal-irmonk jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha jkollha l-kapaċità li żżomm il-veloċità speċifikata tat-test ta’ 65 ± 2 km/h anki taħt il-forzi massimi tal-ibbrejkjar.

Il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha tkun mgħammra b’post wieħed fejn it-tajer ikun jista’ jitwaħħal għall-għanijiet tal-kejl, minn issa ’l quddiem ‘il-pożizzjoni tat-test’ u l-aċċessorji li ġejjin:

(i)

tagħmir biex jattiva l-brejkijiet fil-pożizzjoni tat-test;

(ii)

tank tal-ilma li jaħżen biżżejjed ilma sabiex tiġi fornuta s-sistema tat-tixrib tal-wiċċ tat-triq, sakemm ma jintużax tixrib estern;

(iii)

tagħmir tar-reġistrazzjoni biex jiġu rreġistrati sinjali minn trasdutturi installati fil-pożizzjoni tat-test u sabiex tiġi mmonitorjata r-rata tal-applikazzjoni tal-ilma jekk tintuża l-alternattiva tat-tixrib awtonomu.

Il-varjazzjoni massima tal-issettjar tat-toe u l-angolu tal-camber għall-pożizzjoni tat-test għandha tkun sa ± 0,5° mat-tagħbija vertikali massima. Is-suspenxin u l-boxxliet tal-buttun tar-rota għandhom ikollhom biżżejjed riġidità sabiex jilgħabu mill-inqas u jiżguraw il-konformità mal-applikazzjoni tal-forzi massimi tal-ibbrejkjar. Is-sistema tas-suspenxin għandha tipprovdi kapaċità xierqa għall-irfigħ tat-tagħbija u tkun iddisinjata b’tali mod li tiżola r-riżonanza tas-suspenxin.

Il-pożizzjoni tat-test għandha tkun mgħammra b’sistema tal-brejkijiet tipika jew waħda speċjali awtomotiva li tista’ tapplika biżżejed torque tal-ibbrejkjar sabiex tipproduċi l-valur massimu tal-forza loġitudinali tal-ibbrejkjar fuq ir-rota tal-prova fil-kundizzjonijiet speċifikati.

Is-sistema tal-applikazzjoni tal-brejkijiet għandha tkun kapaċi tikkontrolla l-intervall tal-ħin bejn l-applikazzjoni inizjali tal-brejk u l-forza lonġitudinali massima kif speċifika fit-taqsima 4.2.7.1.

Il-karru jew il-vettura tat-tajers għat-test għandhom ikunu ddisinjati biex jakkomodaw il-varjetà ta’ daqsijiet ta’ tajers kandidati li għandhom jiġu ttestjati.

Il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandu jkollha mezzi għall-aġġustament tat-tagħbija vertikali kif speċifikat fit-taqsima 4.2.5.2.

4.2.2.2   It-tagħmir għall-kejl

Il-pożizzjoni tar-rota tal-prova fuq il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha tkun mgħammra b’sistema tal-kejl tal-veloċità rotazzjonali tar-rota u bi trasdutturi li jkejlu l-forza tal-ibbrejkjar u t-tagħbija vertikali mar-rota tat-test.

Rekwiżiti ġenerali għal sistema ta’ kejl: Is-sistema tal-istrumentazzjoni għandha tkun konformi mar-rekwiżiti kumplessivi li ġejjin f’temperaturi ambjentali bejn 0 °C and 45 °C:

(i)

preċiżjoni ġenerali tas-sistema, forza: ± 1,5 % tal-iskala sħiħa tat-tagħbija vertikali jew tal-forza tal-ibbrejkjar;

(ii)

preċiżjoni ġenerali tas-sistema, forza: ± 1,5 % tal-veloċità jew ± 1,0 km/h, liema tkun l-ikbar.

Il-veloċità tal-vettura Sabiex titkejjel il-veloċità tal-vettura, għandha tintuża l-ħames rota jew sistema tal-kejl tal-veloċità mingħajr kuntatt.

Forzi tal-ibbrejkjar: It-trasdutturi li jkejlu l-forza tal-ibbrejkjar għandhom ikejlu l-forza lonġitudinali ġġenerata mill-interfaċċa tajer-triq bħala riżultat tal-applikazzjoni ta’ brejk fuq medda bejn 0 % sa mill-inqas 125 % tat-tagħbija vertikali applikata. Id-disinn u l-lokazzjoni tat-trasduttur għandhom jimminimizzaw l-effetti tal-inerzja u riżonanza mekkanika indotta mill-vibrazzjonijiet.

It-tagħbija vertikali It-trasduttur li jkejjel it-tagħbija vertikali għandu jkejjel it-tagħbija vertikali mal-pożizzjoni tat-test waqt l-applikazzjoni tal-brejk. It-trasduttur għandu jkollu l-istess speċifikazzjonijiet kif deskritt qabel.

L-ikkundizzjonar tas-sinjal u s-sistema ta’ reġistrazzjoni: Kull tagħmir tal-ikkundizzjonar tas-sinjal u tar-reġistrazzjoni għandu jipprovdi riżultat lineari bil-gwadanni (gain) u r-riżoluzzjoni tal-qari tad-dejta neċessarji biex jintlaħqu r-rekwiżiti speċifikati qabel. B’mod partikolari, ir-rekwiżiti li ġejjin japplikaw:

(i)

Ir-rispons minimu tal-frekwenza għandu jkun ċatt minn 0 Hz sa 50 Hz (100 Hz) fi ħdan skala ta’ ± 1 %.

(ii)

Il-proporzjon sinjal-storbju għandu jkun ta’ mill-inqas 20/1.

(iii)

Il-gwadann għandu jkun biżżejjed biex jippermetti wiri fuq skala sħiħa għal-livell tas-sinjal tad-dħul fuq skala sħiħa.

(iv)

L-impedenza tad-dħul għandha tkun mill-inqas għaxar darbiet akbar mill-impedenza tal-ħruġ tas-sors tas-sinjal.

(v)

It-tagħmir m’għandux ikun sensittiv għall-vibrazzjonijiet, l-aċċelerazzjoni, u l-bidliet fit-temperatura ambjnetali.

4.2.3   L-ikkundizzjonar tal-korsa tal-prova

Il-korsa tal-prova għandha tiġi kkundizzjonata billi jsiru mill-inqas għaxar ġirjiet ta’ prova b’tajers mhux involuti fil-programm tat-testijiet b’65 ± 2 km/h.

4.2.4   Kundizzjonijiet tat-tixrib

Il-pożizzjoni tar-rota tal-prova fuq il-karru jew il-vettura għat-testijiet tat-tajers għandha tkun mgħammra b’sistema tal-kejl tal-veloċità rotazzjonali tar-rota u bi trasdutturi li jkejlu l-forza tal-ibbrejkjar u t-tagħbija vertikali mar-rota tat-test. L-ilma applikat liċ-ċanġar qabel it-testijiet tat-tajers għandu jiġi minn żennuna ddisinjata b’mod xieraq biex tiżgura li s-saff tal-ilma li jiltaqa’ miegħu t-tajer tal-prova ikollu sezzjoni trasversali uniformi mal-veloċità tal-prova sabiex ikun hemm minimu ta’ raxx u titjir.

Il-konfigurazzjoni u l-pożizzjoni taż-żennuna għandhom jiżguraw li l-ġettijiet tal-ilma jiġi diretti lejn it-tajer tal-prova u ppuntati lejn iċ-ċangar b’angolu ta’ 20° sa 30°.

L-ilma għandu jolqot iċ-ċanara 0.25m sa 0.45 m lil hinn miċ-ċentru tal-kuntatt tat-tajer. Iż-żennuna trid tkun qiegħda 25 mm miċ-ċangar jew l-għoli minimu meħtieġa biex tevita l-ostakli li t-tester għandu mnejn jiltaqa’ magħhom, iżda fl-ebda każ aktar minn 100 mm minn fuq iċ-ċanġar.

Is-saff tal-ilma għandu jkunu mill-inqas 25 mm usa’ mit-tiflil ta’ wiċċ it-tajer tal-prova u applikat sabiex it-tajer jinsab fiċ-ċentru bejn ix-xfar. Ir-rata tal-ħruġ tal-ilma għandha tiżgura fond tal-ilma ta’ 1.0 ± 0.5 mm u għandu jkun konsistenti tul it-test kollu fi ħdan medda ta’ ± 10 fil-mija. Il-volum tal-ilma għal kull unità ta’ wisa’ mxarrba jrid ikun direttament proporzjonali għall-veloċità tat-test. Il-kwantità tal-ilma applikata b’65 km/h għandha tkun ta’ 18 l·s–1 għal kull metru ta’ wisa’ ta’ wiċċ imxarrab f’każ ta’ fond tal-ilma ta’ 1.0 mm.

4.2.5   Tajers u rimmijiet

4.2.5.1   Tħejjija u running-in tat-tajer

It-tajers tat-test għandhom jiġu ttrimmjati biex jitneħħa l-imbuzzar kollu fuq wiċċ it-tajer li jkun ikkawżat minn arja maqbuda waqt il-pressa tal-forma jew kumenti mal-ġonġituri tal-forma.

It-tajer tal-prova għandu jiġi mmuntat fuq ir-rimm tat-test iddikjarat mill-manifattur tat-tajer.

Permezz ta’ lubrikant xieraq, tinkiseb pożizzjoni kif suppost fejn ix-xifer ta’ ġewwa tat-tajer jaqbad max-xifer tar-rota. Għandu jiġi evitat użu eċċessiv ta’ lubrikant sabiex it-tajer ma jiżloqx minn fuq ir-rimm tar-rota.

It-tajers tat-test u r-rimmijiet immuntati flimkien għandhom jinħażnu f’post għal mill-inqas sagħtejn f’tali mod li kull wieħed minnhom ikollu l-istess temperatura ambjentali qabel l-ittestjar. Għandhom ikollhom ilqugħ mix-xemx sabiex jiġi evitat tisħin żejjed mir-radjazzjoni solari.

Għar-running-in tat-tajer, għandhom isiru żewġ ġirjiet bl-ibbrejkjar bit-tagħbija, il-pressjoni u l-veloċità speċifikati f’ 4.2.5.2, 4.2.5.3 u 4.2.7.1 rispettivament.

4.2.5.2   It-tagħbija tat-tajer

It-tagħbija tat-test fuq it-tajer tal-prova hija 75 ± 5 % tal-kapaċità tat-tagħbija tat-tajer tal-prova.

4.2.5.3   Il-pressjoni tat-tajers

Il-pressjoni tal-infiħ kiesaħ tat-tajers tat-test għandha tkun 180 kPa għal tajers b’tagħbija standard. Għal tajers b’tagħbija żejda, il-pressjoni tal-infiħ kiesaħ għandha tkun ta’ 220 k Pa.

Il-pressjoni tat-tajers għandha tiġi ċċekkjata eżatt qabel l-ittestjar f’temperatura ambjentali u tiġi aġġustata jekk meħtieġ.

4.2.6   Tħejjija tal-vettura tal-irmonk u karru jew vettura għat-testijiet tat-tajers

4.2.6.1   Il-karru

Għal karrijiet b’fus wieħed, l-għoli tal-ġanċ tal-irmonk u l-pożizzjoni trasversali għandhom jiġu aġġustati darba li r-rota tal-prova tkun tgħabbiet bit-tagħbija speċifika tal-prova sabiex jiġi evitat kull tfixkil għar-riżultati tal-kejl. Id-distanza lonġitudinali mil-linja taċ-ċentru tal-punt tal-artikolazzjoni ta’ ras l-aġġanċ sal-linja taċ-ċentru trasversa tal-karru għandha tkun mill-inqas għaxar darbiet l-għoli tal-ġanc jew l-għoli ta’ ras l-aġġanċ.

4.2.6.2   Strumentazzjoni u tagħmir

Il-ħames rota, meta użata, għandha tiġi installata skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur u titqiegħed kemm jista’ jkun qrib il-pożizzjoni f’nofs il-korsa tal-karru tal-irmonk jew tal-vettura għat-testijiet tat-tajers.

4.2.7   Il-proċedura

4.2.7.1   Il-ġirja ta’ prova

Il-proċedura li ġejja tapplika għal kull ġirja ta’ prova:

(1)

Il-vettura tal-irmonk jew il-vettura tat-tajer tal-prova tinsaq fuq il-korsa tal-prova f’linja dritta bil-veloċità speċifikata tat-test ta’ 65 ± 2 km/h.

(2)

Tinbeda s-sistema ta’ reġistrazzjoni.

(3)

Jingħata l-ilma liċ-ċangar qabel it-test tat-tajer bejn wieħed u ieħor 0.5s qabel l-applikazzjoni tal-brejk (għas-sistema tat-tixrib intern).

(4)

Il-brejkijiet tal-karru jiġu attivati ma’ 2 metri minn punt ta’ kejl tal-proprjetajiet frizzjonali mxarrba tal-wiċċ u l-fond tar-ramel skont il-punti 4 u 5 tat-taqsima 3.1. Ir-rata tal-applikazzjoni tal-ibbrejkjar għandha tkun tali li l-intervall tal-ħin bejn l-applikazzjoni inzjali tal-forza u l-forza lonġitudinali massima jkunu fil-medda bejn 0.2 sa 0.5 s.

(5)

Titwaqqaf s-sistema ta’ reġistrazzjoni.

4.2.7.2   Ċiklu tat-test

Isir għadd ta’ ġirjiet ta’ prova sabiex jitkejjel l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (T) skont il-proċedura li ġejja, fejn kull ġirja ta’ prova għandha ssir fuq l-istess punt fuq il-kors tal-prova u fl-istess direzzjoni. Jistgħu jitkejlu sa tliet tajers kandidati fi ħdan l-istess ċiklu tat-test, dejjem sakemm it-testijiet jitlestew fi żmien ġurnata.

(1)

L-ewwel, jiġi ttestjat it-tajer ta’ referenza.

(2)

Wara mill-inqas sitt tikjiliet validi mwettqa skont it-taqsima 4.2.7.1, it-tajer ta’ referenza jiġi ssostitwit mit-tajer kandidat.

(3)

Wara li jsiru sitt tikjiliet validi tat-tajers kandidati, jistgħu jitkejlu żewġ settijiet oħra ta’ tajers kandidati.

(4)

Iċ-ċiklu tal-prova jingħalaq bi tliet tikjiliet validi oħra tal-istess sett ta’ tajers ta’ referenza bħal fil-bidu taċ-ċiklu tal-prova.

EŻEMPJI:

L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ tliet tajers kandidati (T1 sa T3) flimkien mat-tajer ta’ referenza (R) ikun dan li ġej:

R-T1-T2-T3-R

L-ordni tal-ġiri għal ċiklu ta’ prova ta’ ħames tajers kandidati (T1 sa T5) flimkien mat-tajer ta’ referenza (R) ikun dan li ġej:

R-T1-T2-T3-R-T4-T5-R

4.2.8   L-ipproċessar tar-riżultati tal-kejl

4.2.8.1   Kalkolu tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima

Il-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima (μpeak) tat-tajer huwa l-ogħla valur ta’ μ(t) qabel ma jseħħ is-sokor, ikkalkulat kif ġej għal kull ġirja ta’ prova. Is-sinjali analogi għandhom jiġi ffiltrati sabiex jitneħħa l-istorbju. Sinjali rreġistrati diġitalment iridu jiġi ffiltrati bl-użu ta’ teknika tal-medja mobbli.

Formula

fejn:

 

μ(t) huwa l-koeffiċjent tal-forza dinamika tal-ibbrejkjar tat-tajer f’ħin reali;

 

fh(t) huwa l-koeffiċjent tal-forza dinamika tal-ibbrejkjar f’ħin reali, f’N;

 

fv(t) huwa t-tagħbija vertikali dinamika f’ħin reali, f’N;

4.2.8.2   Validazzjoni tar-riżultati

Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni μpeak jiġi kkalkulat kif ġej:

(Devjazzjoni Standard / Medja) x 100

Għat-tajer ta’ referenza (R) : Jekk il-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-forza massima tal-ibbrejkjar (μpeak) tat-tajer ta’ referenza jkun ogħla minn 5 %, id-dejta kollha trid tiġi eliminata u t-test imtenni għat-tajers tat-test kollha (it-tajer(s) kandidat(i) u t-tajer ta’ referenza).

Għat-tajer(s) kandidati(i) (T) : Il-koeffiċjent tal-varjazzjoni tal-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima (μpeak) jiġi kkalkulat għal kull tajer kandidat Jekk koeffiċjent ta’ varjazzjoni wieħed ikun ogħla minn 5 %, id-dejta trid tiġi eliminata u t-test imtenni għal dan it-tajer kandidat.

4.2.8.3   Kalkolu tal-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima

Il-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima użat għall-kalkolu tal-koefiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar tiegħu jiġi aġġustat skont l-ippożizzjonar ta’ kull tajer kandidat f’ċiklu ta’ prova partikolari.

Dan il-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima (Ra) jiġi kkalkulat skont it-tabella 3 fejn R1 huwa l-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima fl-ewwel test tat-tajer ta’ referenza (R) u R2 huwa il-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima fit-tieni test tal-istess tajer ta’ referenza (R).

Tabella 3

Numru ta’ tajers kandidati fi ħdan ċiklu ta’ prova wieħed

Tajer kandidat

Ra

1

(R 1 -T1-R 2 )

T1

Ra = 1/2 (R 1 + R 2 )

2

(R 1 -T1-T2-R 2 )

T1

Ra = 2/3 R 1 + 1/3 R 2

T2

Ra = 1/3 R 1 + 2/3 R 2

3

(R 1 -T1-T2-T3-R 2 )

T1

Ra = 3/4 R 1 + 1/4 R 2

T2

Ra = 1/2 (R 1 +R 2 )

T3

Ra = 1/4 R 1 + 3/4 R 2

4.2.8.4   Kalkolu tal-koeffiċjent medju aġġustat tal-forza tal-ibbrejkjar massima (μpeak,ave )

Il-valur medju tal-koeffiċjenti tal-forza tal-ibbrejkjar massima tat-tajer (μpeak,ave ) jiġi kkalkulat skont it-Tabella 4 fejn Ta (a = 1, 2 jew 3) hija l-medja tal-koeffiċjenti massimi tal-forza tal-ibbrejkjar imkejla għal tajer kandidat wieħed f’ ċiklu ta’ prova wieħed.

Tabella 4

Tajer ta’ prova

μpeak,ave

Tajer ta’ referenza

μpeak,ave(R)=Ra skont it-Tabella 3

Tajer kandidat

μpeak,ave (T) = Ta

4.2.8.5   Il-kalkolu tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat

L-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat (G(T)) jiġi kkalkulat kif ġej:

Formula

fejn:

t hija t-temperatura mkejla tal-wiċċ imxarrab fi gradi Celsius meta t-tajer kandidat (T) jiġi ttestjat

t0 hija l-kundizzjoni tat-temperatura ta’ referenza tal-wiċċ imxarrab.

t0 =20°C għat-tajers normali t0 =10°C għat-tajers tal-borra

μpeak,ave(R0) = 0,85 hija l-koeffiċjent tal-forza tal-ibbrejkjar massima għat-tajer ta’ referenza fil-kundizzjonijiet ta’ referenza.

a= –0,4232 u b = –8,297 għat-tajers normali, a = 0,7721 u b = 31,18 għat-tajers tal-borra.

Appendiċi A

Eżempji ta’ rapporti tat-testijiet tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab

EŻEMPJU 1   Rapport tat-test tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab bl-użu tal-metodu tal-karru

Numru tar-rapport tat-test:

 

Data tat-test:

Tip ta’ wiċċ tat-triq:

 

Fond tat-tessut (mm):

μ peak (SRTT14″ E 1136):

 

BPN:

Veloċità (km/h):

 

Fond tal-ilma (mm):


Nru.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

Daqs

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Deskrizzjoni tas-servizz

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Identifikazzjoni tat-tajer

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Rimm

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pattern

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Tagħbija (N)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Pressjoni (kPa)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

μ peak)

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Medja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Devjazzjoni standard σ

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(σ/medja) ≤ 5 %

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ra, Aġġustat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Temperatura tal-wiċċ (°C)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Temperatura ambjentali (°C)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kummenti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

EŻEMPJU 2   Rapport tat-test tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab bl-użu tal-metodu tal-karozza tal-passiġġier

Sewwieq:

 

Data tat-test:

 

 

 

 

 

 

 

Korsa:

 

Karozza tal-Passiġġier:

 

Veloċità inizjali (km/h):

 

Fond tat-tessut (mm):

 

Ditta:

 

Veloċità finali (km/h):

BPN:

 

Mudell:

 

 

Fond tal-ilma (mm):

 

Tip

 

 


Nru.

1

2

3

4

5

Ditta

Uniroyal

TAJER B

TAJER C

TAJER D

Uniroyal

Pattern

ASTM F 2493 SRTT16″

PATTERN B

PATTERN C

PATTERN D

ASTM F 2493 SRTT16″

Daqs

P225/60R16

SIZE B

SIZE C

SIZE D

P225/60R16

Deskrizzjoni tas-servizz

97S

LI/SS

LI/SS

LI/SS

97S

Identifikazzjoni tat-tajer

XXXXXXXXX

YYYYYYYYY

ZZZZZZZZZ

NNNNNNNNN

XXXXXXXXX

Rimm

 

 

 

 

 

Pressjoni fuq il-fus ta’ quddiem (kPa)

 

 

 

 

 

Pressjoni fuq il-fus ta’ wara (kPa)

 

 

 

 

 

Tagħbija fuq il-fus ta’ quddiem (N)

 

 

 

 

 

Temperatura tal-wiċċ (°C)

 

 

 

 

 

Temp. ambjentali (°C)

 

 

 

 

 

 

Ibbrejkjar distance

(m)

Deċelerazzjoni medja

(m/s2)

Distanza tal-ibbrejkjar

(m)

Deċelerazzjoni medja

(m/s2)

Distanza tal-ibbrejkjar

(m)

Deċelerazzjoni medja

(m/s2)

Distanza tal-ibbrejkjar distance

(m)

Deċelerazzjoni medja

(m/s2)

Distanza tal-ibbrejkjar

(m)

Deċelerazzjoni medja

(m/s2)

Kejl

1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Medja AD (m/s2)

 

 

 

 

 

Devjazzjoni standard (m/s2)

 

 

 

 

 

Validazzjoni tar-riżultati

Koeff. Tal-varjazzjoni (%) < 3 %

 

 

 

 

 

Medja aġġustata AD tat-tajer ta’ ref.:

m/s2)

 

 

 

 

 

BFC(R) tajer ta’ referenza (SRTT16″)

 

 

 

 

 

BFC(T) tajer kandidat

 

 

 

 

 

Indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G)

 

 

 

 

 


(1)  Id-daqs tal-ASTM E 1136 SRTT huwa P195/75R14.


Top