Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011H0645

    2011/645/UE: Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal- 15 ta’ Frar 2011 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2009

    ĠU L 255, 1.10.2011, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2011/645/oj

    1.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 255/13


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

    tal-15 ta’ Frar 2011

    dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2009

    (2011/645/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra ir-raba’ Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f’Lomé fil-15 ta’ Diċembru 1989 (1) u emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta’ Novembru 1995 (2),

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-Raba’ Konvenzjoni ACP-KE (3) (“il-Ftehim Intern”) li jistabbilixxi, fost oħrajn, it-tmien Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-tmien EDF), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament tal-iżvilupp taħt ir-raba’ Konvenzjoni ACP-KE (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 66 sa 74 tiegħu,

    Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tat-tmien EDF kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2009, u r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDFs) (5), dwar is-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni li jinsabu f’dak ir-Rapport Annwali,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tat-tmien EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

    (2)

    L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tat-tmien EDF matul is-sena finanzjarja 2009 kienet sodisfaċenti,

    B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tat-tmien EDF għas-sena finanzjarja 2009.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    MATOLCSY Gy.


    (1)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.

    (2)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.

    (3)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

    (4)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

    (5)  ĠU C 303, 9.11.2010, p. 243.


    Top