Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0837

2011/837/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Diċembru 2011 li tikkoreġi d-Deċiżjoni 2010/399/UE li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9130)

ĠU L 332, 15.12.2011, pp. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/837/oj

15.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/11


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Diċembru 2011

li tikkoreġi d-Deċiżjoni 2010/399/UE li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9130)

(it-test bis-Sloven biss huwa awtentiku)

(2011/837/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Komuni Agrikola (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2010/399/UE (3) il-Kummissjoni eskludiet mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ammont ta’ EUR 2 280 860,00 għas-Slovenja, li jikkonċerna miżuri ta’ żvilupp rurali, miżuri agro-ambjentali u miżuri f’żoni żvantaġġati, fir-rigward tal-ammonti li kienu għadhom ma nġabrux mill-benefiċjarji sat-23 ta’ Ġunju 2009. Iċ-ċifra ta’ hawn fuq irriżultat minn dejta li s-Slovenja kienet tat lill-Kummissjoni. Is-Slovenja kienet infurmata li kwalunkwe rkupri ta’ dawk l-ammonti magħmula wara t-23 ta’ Ġunju 2009 ma jiġux iddikjarati u lanqas imħallsin lura lill-Kummissjoni.

(2)

Meta s-Slovenja ppreżentat id-dikjarazzjoni finali tan-nefqa u t-talba għall-ħlas finali lill-Kummissjoni Ewropea għall-għeluq tal-programmi ta’ Żvilupp Rurali Tranżizzjonali, inkludiet b’mod żbaljat ammonti rkuprati u li kienu soġġetti għall-korrezzjoni finanzjarja hawn fuq imsemmija fid-dikjarazzjonijiet finali tagħhom. Abbażi tal-ammonti mogħtija mis-Slovenja, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/984/UE (4) li tistabbilixxi l-bilanċ finali li għandu jitħallas jew li għandu jkun irkuprat minħabba l-għeluq tal-programm fil-qasam tal-programmi ta’ żvilupp rurali tranżizzjonali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) mir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u s-Slovenja.

(3)

Wara li waslet l-ordni ta’ rkupru għall-korrezzjoni mid-Deċiżjoni 2010/399/UE is-Slovenja infurmat lill-Kummissjoni li parti mill-korrezzjoni diġà ġiet imnaqqsa fid-Deċiżjoni 2009/984/UE. Wara analiżi bir-reqqa u konferma mill-Korp taċ-Ċertifikazzjoni tal-Aġenzija tal-Ħlas tas-Slovenja, ġie kkonfermat ammont żejjed ta’ EUR 2 170 331,88.

(4)

Għalhekk is-Slovenja hija responsabbli biss lejn il-Kummissjoni għad-differenza bejn l-ammont tal-korrezzjoni oriġinali ta’ EUR 2 280 860 fid-Deċiżjoni 2010/399/EU u l-ammont tal-irkupri ddikjarati fid-Deċiżjoni 2009/984/UE ta’ EUR 2 170 331,88. Din id-differenza hija ta’ EUR 110 528,12. L-ordni ta’ rkupru oriġinali se tiġi sostitwita b’waħda ġdida bl-ammont ta’ EUR 110 528,12.

(5)

Id-Deċiżjoni 2010/399/UE għandha għaldaqstant tiġi kkorreġuta skont dan.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-entrati kollha fl-Anness għad-Deċiżjoni 2010/399/UE li jikkonċernaw is-Slovenja għandhom jiġu sostitwiti b’dawk stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovenja.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(2)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(3)   ĠU L 184, 17.7.2010, p. 6.

(4)   ĠU L 338, 19.12.2009, p. 95.


ANNESS

PARTITA TAL-BAĠIT 6500

SM

Miżura

SF

Raġuni

Korrezzjoni tat-Tip

%

Munita

Ammont

Deduzzjonijiet

Impatt Finanzjarju

SI

Żvilupp Rurali - Strument Tranżitorju

2005

applikazzjonijiet tal-verifika li waslu tard u proċeduri ta' rkupru

ta' darba

 

EUR

–1 354 253,00

–1 263 363,80

–90 889,20

SI

Żvilupp Rurali - Strument Tranżitorju

2006

applikazzjonijiet tal-verifika li waslu tard u proċeduri ta' rkupru

ta' darba

 

EUR

– 926 607,00

– 906 968,08

–19 638,92

Total SI

–2 280 860,00

–2 170 331,88

– 110 528,12


Top