This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0720
Council Decision of 26 November 2007 on the signing, on behalf of the Community, of an Agreement between the United States of America and the European Community on cooperation in the regulation of civil aviation safety
Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta’ Novembru 2007 dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità, ta’ Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea u dwar kooperazzjoni fit-treġija tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili
Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta’ Novembru 2007 dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità, ta’ Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea u dwar kooperazzjoni fit-treġija tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili
ĠU L 291, 9.11.2011, p. 45–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
9.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 291/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Novembru 2007
dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità, ta’ Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea u dwar kooperazzjoni fit-treġija tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili
(2011/720/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 80(2) u 133(4) flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea u dwar kooperazzjoni fit-treġija tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kumissjoni biex tibda n-negozjati. |
|
(2) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea u dwar kooperazzjoni fit-treġija tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) qiegħed b’dan jiġi approvat f’isem il-Komunità, soġġett għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Ftehim.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna/i li jkollha/jkollhom is-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem il-Komunità, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-ftehimiet bilaterali tagħhom mal-Istati Uniti, li huma elenkati fid-Dokument 1 mehmuż mal-Ftehim, jistgħu jiġu emendati jew mitmuma, kif ikun xieraq, mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SILVA