Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0707

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Ottubru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7564) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 281, 28.10.2011, p. 29–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/707/oj

    28.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 281/29


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-26 ta’ Ottubru 2011

    li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces

    (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7564)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2011/707/UE)

    Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar it-tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (4), tistabbilixxi lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati bi qbil mad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni.

    (2)

    Wara komunikazzjoni mill-Belġju, fl-annotazzjonijiet għaċ-Ċentri tal-Ispezzjoni Avia Partner u Swiss Port tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Brussell-Zaventem, l-approvazzjoni għandha tiġi estiża għall-prodotti ppakkjati kollha għall-konsum uman. Il-lista ta’ annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (3)

    Id-Danimarka kkomunikat li l-isem tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Århus għandu jinkiteb “Aarhus”. Il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni għal dan l-Istat Membru għandha tiġi emendata skont dan.

    (4)

    Wara spezzjoni sodisfaċenti mis-servizzi ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju, għandu jiżdied post addizzjonali ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-ferrovija Koidula fl-Estonja mal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Barra minn hekk, l-Estonja kkomunikat li l-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fit-triq Luhamaa għandu wkoll jiġi approvat għal ċerti annimali ħajjin għajr Ekwidi u Ungulati. Għaldaqstant, l-annotazzjoni għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandha tiġi emendata skont dan.

    (5)

    L-Italja kkomunikat li ċ-ċentru ta’ Spezzjoni, Sintermar, fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-port ta’ Livorno-Pisa ġie sospiż. Il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni għal dan l-Istat Membru għandha tiġi emendata skont dan.

    (6)

    Wara komunikazzjoni mill-Latvja, iċ-ċentru ta’ Spezzjoni “Kravu Termināls” fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Riga għandu jitħassar mil-lista tal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

    (7)

    Il-Pajjiżi l-Baxxi kkomunikaw li l-ismijiet taċ-ċentri ta’ Spezzjoni fi ħdan il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera ta’ Vlissingen inbidlu. Għaldaqstant, l-annotazzjoni għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandha tiġi emendata skont dan.

    (8)

    Wara komunikazzjoni mill-Portugall, l-annotazzjoni għall-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Horta (Açores) għandha titħassar mil-lista tal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

    (9)

    Wara komunikazzjoni mill-Isvezja, l-annotazzjoni għall-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Göteborg, l-approvazzjoni għall-annimali ħajjin għandha titħassar mil-lista tal-annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

    (10)

    L-annotazzjoni għall-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Manston fir-Renju Unit tneħħiet fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/93/UE (5). Wara talba ġdida tar-Renju Unit u spezzjoni sodisfaċenti mis-servizzi ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju, l-ajruport ta’ Manston għandu jiġi approvat għall-ekwidi u l-ungulati u għandu jiżdied mal-lista tal-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Barra minn hekk, ir-Renju Unit ikkomunika li l-port ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera ta’ Southampton ġie maqsum f’żewġ ċentri ta’ Spezzjoni approvati għal kategoriji differenti ta’ prodotti. Għaldaqstant, l-annotazzjoni għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għandha tiġi emendata skont dan.

    (11)

    L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista ta’ unitajiet ċentrali, l-unitajiet reġjonali u l-unitajiet lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces).

    (12)

    Wara komunikazzjonijiet mid-Danimarka, il-Ġermanja u l-Polonja, għandhom isiru ċerti bidliet fil-lista tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fi Traces għal dawk l-Istati Membri stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

    (13)

    Id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

    (14)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

    (3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

    (4)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.

    (5)  ĠU L 37, 11.2.2011, p. 25.


    ANNESS

    L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-parti li tikkonċerna lill-Belġju, l-annotazzjoni għall-ajruport Brussell-Zaventem tinbidel b’li ġej:

    “Brussell–Zaventem

    Bruxelles-Zaventem

    BE BRU 4

    A

    Flight Care

    HC-T(2)

     

    Flight Care 2

    NHC(2)

    U, E, O

    Avia Partner

    HC(2)

     

    WFS

    HC-T(2)

     

    Swiss Port

    HC(2)”

     

    (b)

    fil-parti li tikkonċerna lid-Danimarka, l-annotazzjoni għall-port ta’ Århus tinbidel b’li ġej:

    “Aarhus

    DK AAR 1

    P

     

    HC(1)(2), NHC(2)”

     

    (c)

    il-parti li tikkonċerna lill-Estonja hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni li ġejja għal post ġdid ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port tal-ferrovija Koidula hija miżjuda:

    “Koidula

    EE KLA 2

    F

     

    HC(2), NHC-NT(2), NHC-T(FR)(2)”

     

    (ii)

    l-annotazzjoni għat-triq Luhamaa tinbidel b’li ġej:

    “Luhamaa

    EE LHM 3

    R

     

    HC, NHC

    U, E, O(14)”

    (d)

    fil-parti li tikkonċerna lill-Italja, l-annotazzjoni għall-port ta’ Livorno-Pisa tinbidel b’li ġej:

    “Livorno–Pisa

    IT LIV 1

    P

    Porto Commerciale

    HC, NHC-NT

     

    Sintermar(*)

    HC(*), NHC(*)

     

    Lorenzini

    HC, NHC-NT

     

    Terminal Darsena Toscana

    HC, NHC”

     

    (e)

    fil-parti li tikkonċerna lil-Latvja, l-annotazzjoni għall-port ta’ Riga (Riga Port) tinbidel b’li ġej:

    “Riga (Riga port)

    LV RIX 1a

    P

     

    HC(2), NHC(2)”

     

    (f)

    fil-parti li tikkonċerna lill-Pajjiżi l-Baxxi, l-annotazzjoni għall-port ta’ Vlissingen tinbidel b’li ġej:

    “Vlissingen

    NL VLI 1

    P

    Kloosterboer Denemarkenweg

    HC-T(2), NHC-T(FR)(2)

     

    Kloosterboer Finlandweg

    HC(2)”

     

    (g)

    fil-parti li tikkonċerna lill-Portugall, l-annotazzjoni għall-port ta’ Horta (Açores) titħassar;

    (h)

    fil-parti li tikkonċerna lill-Isvezja, l-annotazzjoni għall-port ta’ Göteborg tinbidel b’li ġej:

    “Göteborg

    SE GOT 1

    P

     

    HC(2), NHC(2)-NT”

     

    (i)

    Il-parti li tikkonċerna lir-Renju Unit hija emendata kif ġej:

    (i)

    annotazzjoni ġdida għall-ajruport ta’ Manston hija miżjuda kif ġej:

    “Manston

    GB MSE 4

    A

     

     

    U, E”

    (ii)

    l-annotazzjoni għall-port ta’ Southampton hija emendata kif ġej:

    “Southampton

    GB SOU 1

    P

    IC1

    HC-T(1)(2), HC-NT(1)(2)

     

    IC2

    NHC(2)”

     

    (2)

    l-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Il-parti li tikkonċerna lid-Danimarka hija emendata kif ġej:

    (i)

    l-annotazzjoni għall-unità reġjonali “DK00001 REGION VEST” tinbidel b’li ġej:

    “DK00001

    FØDEVARESTYRELSEN, VEST”

    (ii)

    l-annotazzjoni għall-unità reġjonali “DK00002 REGION ØST “ tinbidel b’li ġej:

    “DK00002

    FØDEVARESTYRELSEN, ØST”

    (iii)

    l-annotazzjoni għall-unità lokali “ DK01200 ÁRHUS “ tinbidel b’li ġej:

    “DK01200

    AARHUS”.

    (b)

    fil-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja, titneħħa l-unità lokali li ġejja:

    “DE46713

    WISMAR HANSESTADT”;

    (c)

    fil-parti li tikkonċerna lill-Polonja, l-annotazzjoni għall-unità lokali “ PL30160 OBORNIKI WLKP” tinbidel b’li ġej:

    “PL30160

    OBORNIKI”.


    Top