This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0631
2011/631/EU: Commission Implementing Decision of 21 September 2011 establishing a questionnaire to be used for reporting on the implementation of Directive 2008/1/EC of the European Parliament and of the Council concerning integrated pollution prevention and control (notified under document C(2011) 6502) Text with EEA relevance
2011/631/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Settembru 2011 li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6502) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2011/631/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Settembru 2011 li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6502) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 247, 24.9.2011, p. 47–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/47 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Settembru 2011
li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6502)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/631/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2008/1/KE, l-Istati Membri huma meħtieġa jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva kull tliet snin abbażi ta’ kwestjonarju stabbilit mill-Kummissjoni. |
(2) |
Kienu stabbiliti erba’ kwestjonarji mill-Kummissjoni. Ir-raba’ wieħed, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/728/UE (2), kien ikopri s-snin 2009, 2010 u 2011. |
(3) |
Peress li l-kwestjonarju stabbilit bid-Deċiżjoni 2010/728/UE għandu jintuża għar-rappurtar sal-31 ta’ Diċembru 2011, għandu jiġi stabbilit kwestjonarju ġdid għall-perjodu ta’ tliet snin ta’ rappurtar li jmiss, filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE u fl-użu tal-kwestjonarji preċedenti. Madankollu, peress li d-Direttiva 2008/1/KE ser tiġi mħassra mis-7 ta’ Jannar 2014 u sostitwita bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (3), il-kwestjonarju l-ġdid għandu jkopri biss sentejn, jiġifieri l-2012 u l-2013. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, id-Deċiżjoni 2010/728/UE għandha tiġi sostitwita. |
(4) |
Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE (4). |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jużaw l-kwestjonarju stabbilit fl-Anness għar-rappurtar dwar l-implementazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE.
2. Ir-rapporti li għandhom jiġu sottomessi għandhom ikopru l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2010/728/UE għandha titħassar mill-1 ta’ Jannar 2013.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 313, 30.11.2010, p. 13.
(3) ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17.
(4) ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48.
ANNESS
PARTI 1
Kwestjonarju dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis
Noti ġenerali:
Dan il-ħames kwestjonarju skont id-Direttiva 2008/1/KE jkopri s-snin 2012 u 2013. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE u l-informazzjoni diġà miksuba permezz tal-kwestjonarji preċedenti, dan il-kwestjonarju jiffoka fuq il-bidliet u l-progress li sar mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE. Peress li d-Direttiva 2008/1/KE ser titħassar mis-7 ta’ Jannar 2014 u sostitwita mid-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, il-perjodu tar-rappurtar huwa limitat għal sentejn minflok tliet snin. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità u jkun jista’ jsir paragun dirett mat-tweġibiet preċedenti, dan il-kwestjonarju jżomm ħafna aspetti li jinsabu fid-Deċiżjoni 2010/728/UE. F’dawk il-każijiet fejn il-mistoqsijiet huma simili għal dawk tal-kwestjonarji preċedenti u s-sitwazzjoni ma nbidlitx, tista’ sempliċiment issir referenza għat-tweġibiet preċedenti. Fejn kien hemm żviluppi ġodda, dawn l-iżviluppi għandhom jiġu deskritti fi tweġiba ġdida. Waqt li tkun qed twieġeb il-kwestjonarju dwar mistoqsijiet speċifiċi dwar ir-regoli ġenerali vinkolanti, jew il-linji gwida uffiċjali maħruġa minn entitajiet amministrattivi, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni deskrittiva dwar it-tip ta’ regoli jew linji gwida u ħolqiet tal-Internet jew mezzi oħra ta’ aċċess għalihom, kif xieraq.
1. Deskrizzjoni ġenerali
Fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE, l-Istati Membri esperjenzaw xi diffikultajiet minħabba d-disponibilità jew il-kapaċità limitata tar-riżorsi tal-persunal? Jekk iva, iddeskrivi dawn id-diffikultajiet kif ukoll kwalunkwe pjan biex jiġu indirizzati fid-dawl tad-Direttiva 2010/75/UE.
2. Għadd ta’ stallazzjonijiet u permessi (l-Artikolu 2(3) u 2(4) u l-Artikolu 4)
2.1. |
Agħti d-dettalji tal-għadd ta’ stallazzjonijiet kif iddefinit bid-Direttiva 2008/1/KE u l-permessi skont it-tip ta’ attività fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar, billi tuża l-mudell u n-noti stabbiliti fil-Parti 2. |
2.2. |
Identifikazzjoni tal-istallazzjonijiet tal-IPPC. Jekk disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi ħolqa għall-informazzjoni aġġornata aċċessibbli għall-pubbliku li jkun fiha l-ismijiet, il-post u l-attività ewlenija (l-Anness I) tal-istallazzjonijiet IPPC fl-Istat Membru tiegħek. Jekk din l-informazzjoni mhijiex disponibbli pubblikament, jekk jogħġbok issottometti lista tal-istallazzjonijiet individwali kollha fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar (l-ismijiet, il-postijiet u l-attività ewlenija tal-IPPC). Jekk din il-lista mhijiex disponibbli, jekk jogħġbok ipprovdi spjegazzjoni dwar għaliex huwa hekk. |
3. Applikazzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 6)
Iddeskrivi kwalunkwe regola ġenerali vinkolanti, dokumenti ta’ gwida jew formoli ta’ applikazzjoni prodotti biex ikun żgurat li l-applikazzjonijiet fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 6, jew inġenerali jew dwar kwistjonijiet speċifiċi (eż. il-metodoloġija għall-valutazzjoni ta’ emissjonijiet sinifikanti mill-istallazzjonijiet).
4. Koordinazzjoni tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-permessi (l-Artikoli 7 u 8)
4.1. |
Iddeskrivi kwalunkwe bidla li saret mill-aħħar perjodu ta’ rappurtar fl-istruttura organizzazzjonali tal-proċeduri għall-għoti tal-permessi, partikolarment dwar il-livelli tal-awtoritajiet kompetenti u d-distribuzzjoni tal-kompetenzi. |
4.2. |
Hemm xi diffikultajiet partikolari biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni sħiħa tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-permessi kif mitlub fl-Artikolu 7, speċjalment meta jkun hemm involuti iktar minn awtorità kompetenti waħda? Iddeskrivi kwalunkwe leġiżlazzjoni jew dokumenti ta’ gwida maħruġa dwar din il-kwistjoni. |
4.3. |
X’dispożizzjonijiet legali, proċeduri jew gwida qed jintużaw biex ikun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jirrifjutaw li jagħtu permess f’każijiet meta stallazzjoni ma tikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/1/KE? Jekk disponibbli, agħti informazzjoni dwar l-għadd u ċ-ċirkustanzi fejn ġew irrifjutati l-permessi. |
5. Kemm huma xierqa u adegwati l-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikoli 3(1)(d) u (f), l-Artikolu 9, l-Artikolu 17(1) u (2))
5.1. |
Iddeskrivi kwalunkwe regola ġenerali vinkolanti jew linji gwida speċifiċi għall-awtoritajiet kompetenti li nħarġu dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
5.2. |
Kwistjonijiet marbuta mad-Dokumenti ta’ Referenza BAT (BREFs) stabbiliti skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 2008/1/KE:
|
5.3. |
Kwistjonijiet oħra relatati mal-kundizzjonijiet għall-permessi:
|
6. Standards tal-kwalità ambjentali (l-Artikolu 10)
Inqalgħu każijiet fejn japplika l-Artikolu 10 u l-użu tal-aqwa tekniki disponibbli mhuwiex biżżejjed biex jissodisfa l-istandard tal-kwalità ambjentali (kif definit fl-Artikolu 2(7))? Jekk iva, agħti eżempji ta’ dawn il-każijiet u l-miżuri addizzjonali meħuda.
7. Bidliet fl-istallazzjonijiet (l-Artikoli 12 u l-Artikolu 2(10))
Fil-prattika kif jiddeċiedu l-awtoritajiet kompetenti, skont l-Artikolu 12, jekk “bidla fl-operat” jistax ikollha konsegwenzi fuq l-ambjent (l-Artikolu 2(10)), u jekk din il-bidla hijiex “bidla sostanzjali” li “jista’ jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq il-bnedmin jew fuq l-ambjent” (l-Artikolu 2(11))? Agħti referenza għad-dispożizzjonijiet legali, gwida jew proċeduri rilevanti.
8. Kunsiderazzjoni mill-ġdid u aġġornament tal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 13)
8.1. |
Il-frekwenza ta’ kunsiderazzjoni mill-ġdid u, fejn meħtieġ, l-aġġornament tal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 13) huma speċifikati fil-liġi nazzjonali jew subnazzjonali, jew huma ddeterminati b’mezzi oħra, bħal limiti ta’ żmien fil-permessi? Jekk iva, x’inhuma dawk il-mezzi l-oħra? Agħti referenza għal leġiżlazzjoni, gwida jew proċeduri rilevanti. |
8.2. |
X’inhi l-frekwenza rappreżentattiva għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet għall-permessi? F’każijiet fejn hemm id-differenzi bejn l-istallazzjonijiet jew is-setturi, ipprovdi informazzjoni illustrattiva jekk disponibbli. |
8.3. |
Fiex jikkonsisti l-proċess tal-kunsiderazzjoni mill-ġdid u l-aġġornament tal-kundizzjonijiet għall-permessi? Kif inhi implimentata d-dispożizzjoni għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-kundizzjonijiet għall-permessi f’każijiet ta’ bidliet sostanzjali fl-aqwa tekniki disponibbli implimentati? Agħti referenza għal leġiżlazzjoni, gwida jew proċeduri rilevanti. |
9. Konformità mal-kundizzjonijiet għall-permessi (l-Artikolu 14)
9.1. |
Fil-prattika, kif inhu implimentat ir-rekwiżit tal-Artikolu 14 li l-operaturi jinfurmaw b’mod regolari lill-awtoritajiet bir-riżultati tal-monitoraġġ tar-rilaxx? Agħti referenza għal kwalunkwe regolament, proċedura jew linja gwida speċifika għall-awtoritajiet kompetenti dwar dan is-suġġett. |
9.2. |
Jiġi sottomess rapport perjodiku ta’ monitoraġġ mill-operaturi kollha? Ipprovdi informazzjoni dwar il-frekwenza rappreżentattiva għat-tressiq ta’ din l-informazzjoni. F’każijiet ta’ differenzi bejn is-setturi, ipprovdi informazzjoni illustrattiva fejn disponibbli. |
9.3. |
Jekk għadha ma tressqitx fir-rappurtar skont ir-Rakkomandazzjoni 2001/331/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 li tipprovdi kriterji minimi għal spezzjonijiet ambjentali fl-Istati Membri (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni disponibbli dwar stallazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE, dwar il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
10. Kooperazzjoni transkonfinali (l-Artikolu 18)
Waqt il-perjodu ta’ rappurtar, kien hemm waqtiet fejn intużaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 18 fir-rigward tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni transkonfinali? Ipprovdi eżempji illustrattivi tal-proċeduri ġenerali li ntużaw.
11. Osservazzjonijiet ġenerali
11.1. |
Jeżistu kwistjonijiet partikolari dwar l-implimentazzjoni li joħolqu tħassib fl-Istat Membru tiegħek? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
11.2. |
Hemm xi informazzjoni partikolari marbuta mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/75/UE fl-Istat Membru tiegħek li hija rilevanti għall-interpretazzjoni tal-informazzjoni pprovduta skont dan il-kwestjonarju? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika. |
PARTI 2
Mudell għat-tweġiba għall-mistoqsija 2.1
TIP TA’ STALLAZZJONI |
|
|
|
|||||||||||||
Kodiċi |
Attività ewlenija operata fl-istallazzjoni kif stabbilit fl-Anness I għad-Direttiva 2008/1/KE |
|
|
|
|
|
||||||||||
1 |
Enerġija |
|
|
|
|
|
||||||||||
1.1 |
Kombustjoni |
|
|
|
|
|
||||||||||
1.2 |
Raffinar ta’ żejt minerali u gass |
|
|
|
|
|
||||||||||
1.3 |
Fran tal-kokk |
|
|
|
|
|
||||||||||
1.4 |
Gassifikazzjoni u likwefazzjoni tal-faħam |
|
|
|
|
|
||||||||||
2 |
Metalli |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.1 |
Inkaljar/sinterizzazzjoni tal-minerali metalliċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.2 |
Produzzjoni ta’ ħadid jew azzar mhux ipproċessati |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.3 (a) |
Magni tar-rumblar f’temperaturi għoljin (hot-rolling mills) |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.3 (b) |
Ferreriji |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.3 (c) |
Applikazzjoni ta’ passati ta’ metall imdewweb |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.4 |
Funderiji |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.5 (a) |
Produzzjoni ta’ metalli mhux maħduma mhux ferrużi |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.5 (b) |
Tidwib ta’ metalli mhux ferrużi |
|
|
|
|
|
||||||||||
2.6 |
Trattament tal-wiċċ ta’ metalli u plastiks |
|
|
|
|
|
||||||||||
3 |
Minerali |
|
|
|
|
|
||||||||||
3.1 |
Produzzjoni ta’ siment jew ġir |
|
|
|
|
|
||||||||||
3.2 |
Produzzjoni ta’ asbestos |
|
|
|
|
|
||||||||||
3.3 |
Manifattura tal-ħġieġ |
|
|
|
|
|
||||||||||
3.4 |
Tidwib tal-minerali |
|
|
|
|
|
||||||||||
3.5 |
Manifattura taċ-ċeramika |
|
|
|
|
|
||||||||||
4 |
Sustanzi kimiċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
4.1 |
Produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi organiċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
4.2 |
Produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi inorganiċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
4.3 |
Produzzjoni ta’ fertilizzanti |
|
|
|
|
|
||||||||||
4.4 |
Produzzjoni ta’ prodotti għas-saħħa tal-pjanti/bijoċidi |
|
|
|
|
|
||||||||||
4.5 |
Produzzjoni ta’ farmaċewtiċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
4.6 |
Produzzjoni ta’ splussivi |
|
|
|
|
|
||||||||||
5 |
Skart |
|
|
|
|
|
||||||||||
5.1 |
Rimi jew irkupru ta’ skart perikoluż |
|
|
|
|
|
||||||||||
5.2 |
Ħruq ta’ skart muniċipali |
|
|
|
|
|
||||||||||
5.3 |
Rimi ta’ skart mhux perikoluż |
|
|
|
|
|
||||||||||
5.4 |
Miżbliet |
|
|
|
|
|
||||||||||
6 |
Oħrajn |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.1 (a) |
Produzzjoni tal-polpa |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.1 (b) |
Produzzjoni ta’ karta u kartun |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.2 |
Trattament minn qabel jew tiżbigħ ta’ fibri jew tessuti |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.3 |
Ikkunzar tal-ġlud |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.4 (a) |
Biċċeriji |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.4 (b) |
Trattament u pproċessar ta’ prodotti tal-ikel |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.4 (c) |
Trattament u pproċessar tal-ħalib |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.5 |
Rimi jew riċiklaġġ ta’ karkassi tal-annimali |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.6 (a) |
Trobbija intensiva tat-tjur |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.6 (b) |
Trobbija intensiva ta’ majjali għall-produzzjoni |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.6 (c) |
Trobbija intensiva ta’ ħnieżer nisa |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.7 |
Trattament tal-wiċċ bl-użu ta’ solventi orġaniċi |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.8 |
Produzzjoni tal-karbonju jew elettrografit |
|
|
|
|
|
||||||||||
6.9 |
Qbid ta’ flussi tas-CO2 (id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill (2)) |
|
|
|
|
|
||||||||||
Totali |
|
|
|
|
|
|
Noti ta’ spjegazzjoni għall-mudell:
Il-ġbir tad-dejta f’dan il-mudell se jkun imsejjes fuq l-“għadd ta’ stallazzjonijiet” u l-“għadd ta’ bidliet sostanzjali” fejn jitużaw id-definizzjonijiet ta’ “stallazzjoni” fl-Artikolu 2(3) u “bidla sostanzjali” fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2008/1/KE.
It-“tip ta’ stallazzjoni” tirreferi għall-attività ewlenija li ssir fl-istallazzjoni. L-istallazzjonijiet għandhom jiġu rrappurtati biss taħt attività unika waħdanija, anki meta jkunu qed isiru diversi attivitajiet tal-IPPC fl-istallazzjoni.
Iktar gwida u spjegazzjoni fir-rigward tad-dejta li għandha tingħata fit-Tabella jinsabu fin-noti ta’ hawn taħt. L-Istati Membri huma mitluba jimlew it-Tabella safejn ikun possibbli.
A. GĦADD TA’ STALLAZZJONIJIET fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar (il-31 ta’ Diċembru 2013).
1. |
Għadd ta’ stallazzjonijiet: għadd totali ta’ stallazzjonijiet IPPC (kemm eżistenti kif ukoll ġodda) li joperaw fl-Istati Membri fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar irrispettivament mill-istatus tal-permessi tagħhom. |
2. |
Għadd ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess li huwa f’konformità sħiħa mad-Direttiva 2008/1/KE: għadd totali ta’ stallazzjonijiet tal-IPPC koperti b’permess wieħed jew iktar mogħti(ja) skont id-Direttiva 2008/1/KE (inklużi l-permessi ta’ qabel l-IPPC li reġgħu ġew ikkunsidrati mill-ġdid/aġġornati) irrispettivament minn meta nħareġ/inħarġu l-permess(i) jew jekk il-permess ġiex ikkunsidrat mill-ġdid, aġġornat, jew emendat/imġedded minħabba kwalunkwe raġuni. |
Biex jingħadd l-għadd ta’ stallazzjonijiet li għandhom jiġu rrappurtati, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-istatus tal-permess(i) li jkopri/u kull stallazzjoni fi tmiem il-perjodu ta’ rappurtar. Jekk jogħġbok, innota li l-għadd jirreferi għall-istallazzjonijiet, u mhux għall-permessi (peress li stallazzjoni waħda tista’ tkun koperta b’diversi permessi jew viċe versa).
Regola ta’ konsistenza |
: |
l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet IPPC (1) li minnu jitnaqqas l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess li huwa f’konformità sħiħa mad-Direttiva 2008/1/KE (2) għandu jkun ugwali għall-għadd ta’ stallazzjonijiet li, għal kwalunkwe raġuni mhumiex koperti b’permess tal-IPPC konformi bis-sħiħ (proċedura mhux konkluża, l-attivitajiet mhumiex koperti kollha, eċċ.). Meta din iċ-ċifra tkun differenti minn żero, dan jindika ksur potenzjali tad-Direttiva 2008/1/KE. |
B. BIDLIET SOSTANZJALI matul il-perjodu tar-rappurtar (l-1 ta’ Jannar 2012 – il-31 ta’ Diċembru 2013).
3. |
Għadd ta’ bidliet sostanzjali meħuda matul il-perjodu ta’ rappurtar mingħajr permess maħruġ skont l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2008/1/KE: għadd ta’ bidliet sostanzjali magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti li effettivament kienu implimentati mill-operaturi mingħajr permess kif mitlub mill-Artikolu 12(2). |
Meta din iċ-ċifra tkun differenti minn żero, dan jindika ksur potenzjali tad-dispożizzjoni IPPC.
C. KUNSIDERAZZJONI MILL-ĠDID u AĠĠORNAMENT TAL-PERMESSI matul il-perjodu tar-rappurtar (l-1 ta’ Jannar 2012 – il-31 ta’ Diċembru 2013).
4. |
Għadd ta’ stallazzjonijiet li għalihom ġie kkunsidrat mill-ġdid il-permess tal-IPPC matul il-perjodu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/1/KE: għadd totali ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess wieħed jew iktar li ġew ikkunsidrati mill-ġdid skont l-Artikolu 13. |
5. |
Għadd ta’ stallazzjonijiet li għalihom ġie aġġornat il-permess tal-IPPC matul il-perjodu ta’ rappurtar skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/1/KE: għadd totali ta’ stallazzjonijiet koperti b’permess wieħed jew iktar li ġew aġġornati skont l-Artikolu 13. |