This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0546
2011/546/EU: Commission Implementing Decision of 16 September 2011 repealing Implementing Decision 2011/508/EU concerning certain protection measures relating to classical swine fever in Lithuania (notified under document C(2011) 6443) Text with EEA relevance
2011/546/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Settembru 2011 li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/508/UE dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Litwanja (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6443) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2011/546/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Settembru 2011 li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/508/UE dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Litwanja (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6443) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 241, 17.9.2011, p. 34–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/07/2021; Imħassar b' 32020R0687
17.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 241/34 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Settembru 2011
li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/508/UE dwar ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Litwanja
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6443)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/546/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1)(f) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (4), u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 4(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/508/UE (5) tistipula l-miżuri ta’ ħarsien marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer li għandhom jiġu applikati fil-partijiet tat-territorju tal-Litwanja stabbiliti fl-Anness I tagħha. |
(2) |
Il-Litwanja ħadet miżuri biex teqred din il-marda fiż-żoni elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/508/UE. Skont l-informazzjoni mogħtija minn dan l-Istat Membru, dawn il-miżuri kienu ta’ suċċess. |
(3) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/508/UE għandha titħassar. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/508/UE hija b’dan imħassra.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.
(4) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(5) ĠU L 209, 17.8.2011, p. 53.