Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0357

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/357/PESK tal- 20 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja

ĠU L 161, 21.6.2011, p. 25–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/357/oj

21.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/357/PESK

tal-20 ta’ Ġunju 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (1).

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali.

(3)

Barra minn hekk, għandhom jiġu inklużi aktar persuni u entitajiet fuq il-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi kif tidher fl-Anness IIIA għad-Deċiżjoni 2010/639/PESK.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandha tiġi emendatakif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/639/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1.

It-titolu tad-Deċiżjoni 2010/639/PESK għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja”.

2.

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 3a

1.   Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armi u ta’ materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawk imsemmijin hawn fuq, kif ukoll tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, lill-Bjelorussja minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew permezz ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru bil-bandiera tagħhom, huma pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom jew le.

2.   Huma pprojbiti:

(a)

il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ tali oġġetti, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Bjelorussja;

(b)

il-forniment, dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati mal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu, fil-Bjelorussja;

(ċ)

il-parteċipazzjoni, xjentement u intenzjonalment, f’attivitajiet, li l-objettiv jew l-effett tagħhom tkun l-evażjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 3b

1.   L-Artikolu 3a mgħandux japplika għal:

(a)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari li ma joqtolx, jew ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-Unjoni għat-tiswir ta’ istituzzjonijiet, jew għal operazzjonijiet tal-UE u tan-NU ta’ maniġġar ta’ kriżijiet;

(b)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-ġlied li ġew manifatturati jew mgħammra b’materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fil-Bjelorussja;

(ċ)

il-forniment ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħrajn relatati ma’ tali tagħmir, jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet;

(d)

il-forniment ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ tali tagħmir jew ma’ tali programmi u operazzjonijiet,

bil-kondizzjoni li tali esportazzjonijiet u assistenza jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.

2.   Il-paragrafu 3a m’għandux japplika għal ilbies protettiv, inklużi ġkieket kontra l-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Bjelorussja minn persunal tan-NU, minn persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, minn rappreżentanti tal-media u ħaddiema umanitarji u dawk li jaħdmu fl-iżvilupp u persuni assoċjati esklussivament għall-użu personali tagħhom.”.

Artikolu 2

Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jiżdiedu mal-lista li tidher fl-Anness IIIA tad-Deċiżjoni 2010/639/PESK.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18.


ANNESS

Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2

A.   Persuni

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Post u data tat-twelid, informazzjoni oħra ta' identifikazzjoni

(numru tal-passaport…)

Raġunijiet

1

Andrey Kazheunikau

Andrey Kozhevnikov

Андрэй Кажэўнiкаў

Андрей Кожевников

 

Prosekutur pubbliku tal-kawża kontra l-ex-kandidati presidenzjali Vladimir Neklyaev, Vitaly Rimashevsky, il-membri tat-tim tal-kampanja ta' Neklyaev, Andrei Dmitriev, Aleksandr Feduta u Sergei Vozniak, kif ukoll il-Viċi President tal-Young Front, Anastasia Polozhanka. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi u testimonjanzi tax-xhieda.

2

Grachova, Liudmila

(Grachova, Ludmila; Grachova Lyudmila)

Gracheva Liudmila

(Gracheva Lyudmila; Grachiova Ludmila)

Грачова Людмiла

Грачева Людмила

 

Imħallef tal-Qorti Distrettwali Leninski ta' Minsk. Hija ttrattat il-kawża tal-ex-kandidati presidenzjali Nikolai Statkevich u Dmitri Uss, kif ukoll l-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Andrei Pozniak, Aleksandr Klaskovski, Aleksandr Kvetkevich, Artiom Gribkov u Dmitri Bulanov. Il-mod tagħha kif mexxiet il-proċess kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija ħalliet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi rrilevanti għall-persuni akkużati.

3

Chubkavets Kiril

Chubkovets Kirill

Чубкавец Кiрыл

Чубковец Кирилл

 

Prosekutur pubbliku tal-kawża kontra l-ex-kandidati presidenzjali Nikolai Statkevich u Dmitri Uss, kif ukoll l-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Andrei Pozniak, Aleksandr Klaskovski, Aleksandr Kvetkevich, Artiom Gribkov u Dmitri Bulanov. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi u testimonjanzi tax-xhieda.

4

Peftiev Vladimir

Peftiev Vladimir Pavlovich

Пефцiеў Уладзiмiр Паўлавiч

Пефтиев Владимир Павлович

Imwieled fl-1 ta' Lulju 1957 fil-belt ta' Berdyansk, Zaporozhskaya Oblast, Ukraina

Numru tal-passaport attwali: MP2405942

Persuna assoċjata mal-President Lukashenko u l-familja tiegħu. Konsulent ekonomiku ewlieni tal-President Lukashenko u sponsor finanzjarju prinċipali tar-reġim ta' Lukashenko. President tal-Kunsill tas-Sidien tal-Ishma ta' Beltechexport, l-akbar kumpanija ta' importazzjoni u esportazzjoni ta' prodotti tad-difiża fil-Bjelorussja


B.   Entitajiet

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Bjelorussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

1

Beltechexport

 

ЗАО “Белтехэкспорт”

Repubblika tal-Bjelorussja,

220012, Minsk,

Nezavisimost ave., 86-B

Tel: (+375 17) 263-63-83,

Fax: (+375 17) 263-90-12

Entità kkontrollata mis-Sur Peftiev Vladimir

2

Sport-Pari

(Operatur tal-Kumpannija tal-Lotterija Repubblikana)

 

ЗАО “Спорт-пари” (оператор республиканской лотереи)

 

Entità kkontrollata mis-Sur Peftiev Vladimir

3

Private Unitary Enterprise (PUE) BT Telecommunications

 

частное унитарное предприятие ЧУП “БТ Телекоммуникации”

 

Entità kkontrollata mis-Sur Peftiev Vladimir


Top