EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0352

2011/352/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ġunju 2011 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal- acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fil-Prinċipat tal-Liechtenstein

ĠU L 160, 18.6.2011, p. 84–87 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/352/oj

18.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/84


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-9 ta’ Ġunju 2011

dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fil-Prinċipat tal-Liechtenstein

(2011/352/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (“il-Protokoll”) (1), li ġie ffirmat fit-28 ta’ Frar 2008 (2) u daħal fis-seħħ fis-7 ta’ April 2011, u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(1) tal-Protokoll jipprovdi li d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen għandhom jingħataw effett mill-Prinċipat tal-Liechtenstein biss wara deċiżjoni tal-Kunsill b’dak il-għan wara verifika li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dak l-acquis ikunu ġew sodisfatti mill-Prinċipat tal-Liechtenstein.

(2)

Il-Kunsill ivverifika li l-Prinċipat tal-Liechtenstein jiżgura livelli sodisfaċenti ta’ protezzjoni tad-data billi ttieħdu l-passi li ġejjin: ġie mgħoddi kwestjonarju sħiħ lill-Prinċipat tal-Liechtenstein, li t-tweġibiet tiegħu ġew reġistrati, u saru żjarat ta’ verifika u evalwazzjoni fil-Prinċipat tal-Liechtenstein, skont il-proċeduri ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen applikabbli kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li tistabbilixxi Kumitat Permanenti dwar l-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (SCH/Com-ex (98) 26 def.) (3) (“Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998”), fil-qasam tal-Protezzjoni tad-Data.

(3)

Fid-9 ta’ Ġunju 2011, il-Kunsill ikkonkluda li l-Prinċipat tal-Liechtenstein kien issodisfa l-kondizzjonijiet fil-qasam tal-Protezzjoni tad-Data. Għaldaqstant huwa possibbli li tiġi stabbilita data minn meta l-acquis ta’ Schengen relatat mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) jista’ japplika għall-Prinċipat tal-Liechtenstein.

(4)

Id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni għandu jippermetti li tiġi trasferita data ġenwina tas-SIS lill-Prinċipat tal-Liechtenstein. L-użu konkret ta’ din id-data għandu jippermetti lill-Kunsill, permezz tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni applikabbli ta’ Schengen kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998, sabiex jivverifika l-applikazjoni korretta tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-SIS fil-Prinċipat tal-Liechtenstein. Ladarba dawk l-evalwazzjonijiet ikunu saru, il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar it-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni mal-Prinċipat tal-Liechtenstein.

(5)

Il-Ftehim bejn il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami tat-talba għall-asil magħmula fil-Liechtenstein, l-Islanda jew in-Norveġja jistipula li hija għandha tingħata effett fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen fl-istess data li jingħata effett il-Protokoll.

(6)

Għandha tiġi adottata Deċiżjoni tal-Kunsill separata li tistabbilixxi data għat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni. Sad-data stabbilita f’dik id-Deċiżjoni, għandhom jiġu imposti ċerti restrizzjonijiet fuq l-użu tas-SIS,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Mid-19 ta’ Lulju 2011, id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-SIS, kif imsemmi fl-Anness I, għandhom japplikaw għall-Prinċipat tal-Liechtenstein fir-relazzjonijiet tiegħu mar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-SIS, kif imsemmi fl-Anness II, għandhom japplikaw mid-data stabbilita f’dawk id-dispożizzjonijiet għall-Prinċipat tal-Liechtenstein fir-relazzjonijiet tiegħu mar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja.

3.   Mid-9 ta’ Ġunju 2011, tista’ tiġi trasferita data ġenwina tas-SIS lill-Prinċipat tal-Liechtenstein.

Mid-19 ta’ Lulju 2011, għandu jkun permissibbli għall-Prinċipat tal-Liechtenstein li dan idaħħal data fis-SIS u juża data tas-SIS, suġġett għall-paragrafu 4.

4.   Sad-data tat-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni mal-Prinċipat tal-Liechtenstein, il-Prinċipat tal-Liechtenstein:

(a)

m’għandux ikun obbligat jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu jew ikeċċi ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għalihom ikun inħareġ allert tas-SIS minn Stat Membru għall-fini taċ-ċaħda tad-dħul;

(b)

m’għandux idaħħal id-data koperta mill-Artikolu 96 tal-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (4) (Konvenzjoni ta’ Schengen).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

PINTÉR S.


(1)  Għadu mhuwiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/261/KE (ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3) u 2008/262/KE (ĠU L 83, 26.3.2008, p. 5).

(3)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 138.

(4)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.


ANNESS I

Lista tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-SIS li għandhom isiru applikabbli għall-Prinċipat tal-Liechtenstein

1.

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen:

l-Artikolu 64 u l-Artikoli 92 sa 119 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen;

2.

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni ta’ Schengen dwar is-SIS:

(a)

Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-15 ta’ Diċembru 1997 li temenda r-Regolament Finanzjarju dwar is-C.SIS (SCH/Com-ex (97) 35) (1);

(b)

Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-18 ta’ April 1996 li tiddefinixxi l-kunċett ta’ barrani (SCH/Com/Ex (96) dikj. 5) (2);

Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ April 1999 dwar l-istruttura tas-SIS (SCH/Com-ex (99) dikj. 2 rev) (3);

3.

Fir-rigward ta’ strumenti oħra dwar is-SIS:

(a)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (4) safejn tapplika fir-rigward tal-ipproċessar tad-data fis-SIS;

(b)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE tas-27 ta’ Marzu 2000 dwar it-twaqqif ta’ regolament finanzjarju li jirregola l-aspetti li għandhom x’jaqsmu mal-budget tat-treġija mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ta’ kuntratti konklużi f’ismu, f’isem ċerti Stati Membri, li jirrelataw għall-istallazzjoni u l-ħidma tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta’ Schengen, “Sisnet” (5);

(c)

il-Manwal SIRENE (6);

(d)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 871/2004 tad-29 ta’ April 2004 li għandu x’jaqsam ma’ xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (7), u kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti dwar id-data ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-funzjonijiet;

(e)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/211/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-introduzzjoni ta’ xi funzjonijiet ġodda fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, inklużi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (8), u kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti dwar id-data ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-funzjonijiet;

(f)

Ir-Regolament (KE) Nru 1160/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni, fir-rigward tal-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli mill-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ reġistrazzjoni għal vetturi (9);

(g)

L-Artikolu 5(4)(a) u d-dispożizzjonijiet tat-Titolu II u l-annessi tiegħu li jirriferu għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (10);

(h)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2008 tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (11);

(i)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (12).


(1)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 444.

(2)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 458.

(3)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 459.

(4)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(5)  ĠU L 85, 6.4.2000, p. 12.

(6)  Partijiet mill-manwal SIRENE ġew ippubblikati fil-ĠU C 38, 17.2.2003, p. 1. Il-manwal ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2006/757/KE (ĠU L 317, 16.11.2006, p. 1) u 2006/758/KE (ĠU L 317, 16.11.2006, p. 41).

(7)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 29.

(8)  ĠU L 68, 15.3.2005, p. 44.

(9)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 18.

(10)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(11)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 1.

(12)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 43.


ANNESS II

Lista tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-SIS li għandhom isiru applikabbli għall-Prinċipat tal-Liechtenstein mid-data stabbilita f’dawk id-dipożizzjonijiet

1.

Ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi (1);

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (2);

3.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (3).


(1)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4.

(3)  ĠU L 205, 7.8.2007, p. 63.


Top