Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0259

2011/259/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ April 2011 dwar ir-rikonoxximent tat-Tuneżija rigward l-edukazzjoni, it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kompetenza (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2754) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 110, 29.4.2011, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/259/oj

29.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ April 2011

dwar ir-rikonoxximent tat-Tuneżija rigward l-edukazzjoni, it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kompetenza

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2754)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/259/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat l-ittra tad-9 ta’ Marzu 2006 mill-Awtoritajiet Franċiżi li fiha qed jitolbu r-rikonoxximent tat-Tuneżija sabiex jiġu rikonoxxuti ċ-ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn dan il-pajjiż,

Billi:

(1)

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japprovaw iċ-ċertifikati ta’ kompetenza tal-baħħara maħruġa minn pajjiżi terzi, dejjem jekk il-pajjiż terz rilevanti jkun rikonoxxut mill-Kummissjoni bħala pajjiż li jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni internazzjonali dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara tal-1978, kif emendata (il-Konvenzjoni STCW) (2).

(2)

Wara t-talba tal-Awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni vvalutat l-edukazzjoni marittima, it-taħriġ u s-sistemi ta’ ċertifikazzjoni fit-Tuneżija sabiex tivverifika jekk dan il-pajjiż jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW u jekk ittiħdux miżuri xierqa biex tkun evitata l-frodi fil-ħruġ taċ-ċertifikati. Din il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq ir-riżultati ta’ spezzjonijiet għat-tfittxija tal-fatti li għamlu l-esperti tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima f’April 2007.

(3)

Il-Kummissjoni tat rapport lill-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni ta’ konformità.

(4)

Wara, il-Kummissjoni, permezz tal-ittra tat-28 ta’ Jannar 2009, talbet lill-Awtoritajiet Tuneżini biex jibagħtulha provi li juru jekk in-nuqqasijiet li ħarġu mill-valutazzjoni kinux ġew indirizzati kif xieraq.

(5)

Permezz tal-ittra tal-25 ta’ Novembru 2009, l-awtoritajiet Tuneżini pprovdew l-informazzjoni mitluba u l-provi dwar l-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva xierqa u suffiċjenti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet kollha identifikati matul il-valutazzjoni ta’ konformità.

(6)

L-eżitu tal-valutazzjoni ta’ konformità u l-evalwazzjoni tal-informazzjoni provduta mill-Awtoritajiet Tuneżini juru li t-Tuneżija hi konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-Konvenzjoni STCW, filwaqt li dan il-pajjiż ħa miżuri xierqa biex jevita l-frodi fil-ħruġ ta’ ċertifikati u għalhekk għandu jkun rikonoxxut mill-Unjoni.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-Tuneżija hija rikonoxxuta rigward l-edukazzjoni, it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni għall-baħħara, għall-iskop tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn dan il-pajjiż.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2011.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi-President


(1)  ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33.

(2)  Adottata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.


Top