This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0256
2011/256/EU: Council Decision of 11 April 2011 on the signing, on behalf of the European Union, of the Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Union and the Argentine Republic pursuant to Article XXIV:6 and Article XXVIII of the General Agreement on Tariffs and Trade (GATT) 1994 relating to the modification of concessions in the schedules of the Republic of Bulgaria and Romania in the course of their accession to the European Union
2011/256/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ April 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea
2011/256/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ April 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea
ĠU L 110, 29.4.2011, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
29.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ April 2011
dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea
(2011/256/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fid-29 ta’ Jannar 2007 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħrajn tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skont l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 matul l-adeżjonijiet fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija. |
(2) |
In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni fil-qafas tad-direttivi ta’ negozjar adottati mill-Kunsill. |
(3) |
Dawn in-negozjati ġew konklużi u l-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fit-22 ta’ Settembru 2010. |
(4) |
Dan il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Arġentina skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 fir-rigward tal-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija matul l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) b’dan qiegħed jiġi approvat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim (1).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tiffirma l-Ftehim f’isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ April 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
PINTÉR S.
(1) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.