Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0144

2011/144/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Frar 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra

ĠU L 60, 5.3.2011, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/144(1)/oj

Related international agreement

5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Frar 2011

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra

(2011/144/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(iii) u 218(6)(a)(v) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Ġunju 2002, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati sabiex tikkonkludi Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika mal-pajjiżi tal-AKP.

(2)

In-negozjati għal Ftehim Interim ta’ Sħubija (minn hawn ‘il quddiem il-“FSE interim”) kienu konklużi fit-23 ta’ Novembru 2007 mal-Papwa Ginea Ġdida u mar-Repubblika tal-Gżejjer Fiġi.

(3)

Il-FSE interim għadu ma ġiex konkluż. Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-proċedura li għandha tiġi segwita għal dak il-għan hija stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-FSE interim għandu jiġi konkluż f’isem l-Unjoni Ewropea.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra, huwa approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika msemmija fl-Artikolu 76(2) tal-FSE interim f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MATOLCSY Gy.


Top