EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0395

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 395/2010 tas- 7 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward ta’ arranġamenti amministrattivi dwar ċertifikati tal-qbid

ĠU L 115, 8.5.2010, p. 1–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/395/oj

8.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 395/2010

tas-7 ta’ Mejju 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009 fir-rigward ta’ arranġamenti amministrattivi dwar ċertifikati tal-qbid

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (1) tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u b’mod partikolari l-Artikoli 12(4), 14(3), 20(4) u 52 tiegħu,

Billi:

(1)

L-arranġamenti amministrattivi li permezz tagħhom iċ-ċertifikati tal-qbid jiġu stabbiliti, validati jew imressqa b’mezzi elettroniċi inkella sostitwiti permezz ta’ sistemi elettroniċi tat-traċċabilità li jiżguraw l-istess livell ta’ kontroll mill-awtoritajiet għandhom jiġu elenkati fl-Anness IX għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009 tat-22 ta’ Ottubru 2009 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (2). Peress li ntlaħaq qbil dwar arranġamenti amministrattivi ġodda dwar iċ-ċertifikati tal-qbid, dak l-Anness għandu jiġi aġġornat.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1010/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(3)

L-arranġamenti amminstrattivi dwar iċ-ċertifikati tal-qbid, stipulati fl-Anness, huma abbażi ta’ sistemi elettroniċi tat-traċċabilità li kienu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 u għalhekk dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1010/2009 huwa emendat kif ġej:

L-Anness IX huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 280, 27.10.2009, p. 5.


ANNESS

Is-Sezzjonijiet 4, 5 u 6 li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 1010/2009:

“Sezzjoni 4

L-IŻLANDA

SKEMA TA’ ĊERTIFIKAZZJONI TAL-QBID

Skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, iċ-ċertifikat tal-qbid previst fl-Artikolu 12 u l-Anness II għal dak ir-Regolament għandu, mill-1 ta’ Jannar 2010, jiġi sostitwit – għal prodotti tas-sajd miksuba minn qabdiet magħmula minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera Iżlandiża – miċ-ċertifikat tal-qbid Iżlandiż abbażi tas-Sistema Iżlandiża tat-teħid tal-piż u tar-reġistrazzjoni tal-qabdiet, li hija sistema elettronika tat-traċċabilità taħt il-kontroll tal-awtoritajiet Iżlandiżi, li tiżgura l-istess livell ta’ kontroll mill-awtoritajiet bħal dak meħtieġ mill-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-qbid tal-UE.

Kampjun taċ-ċertifikat tal-qbid Islandiż jidher fl-Appendiċi.

Dokumenti msemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistgħu jkunu kkomunikati b’mezzi elettroniċi.

L-Iżlanda għandha tesiġi ċertifikat tal-qbid għall-ħatt l-art u l-importazzjoni fl-Iżlanda ta’ qabdiet magħmula minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

ASSISTENZA REĊIPROKA

Għandha tiġi żviluppata assistenza reċiproka skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tat-tagħrif u l-assistenza bejn awtoritajiet rispettivi fl-Iżlanda u fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, abbażi ta’ regoli dettaljati dwar l-assistenza reċiproka, stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009.

Appendiċi

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Sezzjoni 5

IL-KANADA

SKEMA TA’ ĊERTIFIKAZZJONI TAL-QBID

Skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, iċ-ċertifikat tal-qbid previst fl-Artikolu 12 u l-Anness II għal dak ir-Regolament għandu jiġi sostitwit – għal prodotti tas-sajd miksuba minn qabdiet magħmula minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Kanada – minn ċertifikati tal-qbid Kanadiżi abbażi tas-Sistema taċ-Ċertifikat tas-Sajd (FCS) Kanadiż (deskritt fl-Appendiċi 3), li hija sistema elettronika tat-traċċabilità taħt il-kontroll tal-awtoritajiet Kanadiżi, li tiżgura l-istess livell ta’ kontroll mill-awtoritajiet bħal dak meħtieġ mill-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-qbid tal-UE.

Kampjuni taċ-ċertifikati tal-qbid Kanadiżi li għandhom jissostitwixxu ċ-Ċertifikat tal-Qbid u ċ-Ċertifikat tar-Riesportazzjoni tal-Komunità Ewropea mill-1 ta’ Jannar 2010 jidhru fl-Appendiċi 1 u 2.

Qabdiet li ġejjin minn tekniki tas-sajd aboriġinali jew minn bastimenti tas-sajd kif definit fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009 għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tal-qbid Kanadiż simplifikat kif jidher fl-Appendiċi 2.

Dokumenti msemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistgħu jkunu kkomunikati b’mezzi elettroniċi.

ASSISTENZA REĊIPROKA

Għandha tiġi żviluppata assistenza reċiproka skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tat-tagħrif u l-kooperazzjoni amministrattiva bejn awtoritajiet kompetenti rispettivi fil-Kanada u fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, abbażi ta’ regoli dettaljati dwar l-assistenza reċiproka, stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009.

Appendiċi 1

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 2

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 3

Is-Sistema ta’ Ċertifikat tas-Sajd (FCS) Kanadiża hija mmirata lejn il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-qbid standard u simplifikati.

L-FCS se tkun użata biex jinħareġ u jkun validat ċertifikat tal-qbid għall-kunsinni esportati milll-Kanada lejn l-Unjoni Ewropea ta’ prodotti tas-sajd konvenzjonali inklużi ħut ħaj, frisk, iffriżat, immellaħ, ippakkjat fil-landi u/jew iffumikat u mnixxef, bl-użu ta’ materja prima minn sajd li ma jsirx minn fuq bastiment, sajd aboriġinali, jew bastimenti tas-sajd żgħar u kbar u/jew li tinvolvi produzzjoni magħmula minn diversi passi fil-proċess tal-produzzjoni.

Fuq iċ-ċertifikati simplifikati, il-Kanada se tiġbor ċerti bastimenti flimkien biex tilħaq l-aqwa effiċenza. Madankollu, l-FCS se żżomm rabta sħiħa ma’ bastimenti li jinsabu fi gruppi u dawn il-bastimenti huma marbuta wkoll mat-tagħrif dwar il-liċenzja jew ir-reġistrazzjoni tagħhom u l-qabda ddikjarata fuq iċ-ċertifikat.

Il-karattarestika ta’ raggruppar se tkun użata għal xi forom ta’ prodotti u, b’mod partikolari, għas-sajd li juża bastimenti tal-ġbir li jixtru minn diversi bastimenti tas-sajd u li joħorġu reġistrazzjonijiet tal-bejgħ fuq il-baħar, għal sajd li ma jsirx minn fuq bastiment bħat-tartarun fil-bajja, sajd għal gandoffli fil-bajja, sajd fis-silġ, xi sajd lokali, u sajd aboriġinali fejn is-sajd jista’ jseħħ fuq il-livell ta’ komunità. Ir-raggruppamenti se jkun speċifikati skont il-kumpanija tal-esportazzjoni u se jkunu modifikati għal kull konsenja, kif meħtieġ.

Il-karatteristika ta’ raggruppament se jippermetti lil Kanada sabiex tipproduċi ċertifikat uniku għal kull konsenja filwaqt li żżomm it-tagħrif kollu wara ċ-ċertifikat (il-liċenzja/ir-reġistrazzjoni tal-bastiment) disponibbli fid-database.

Dan it-tagħrif se jkun disponibbli lill-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE fil-pajjiżi tal-importazzjoni permezz tas-sit tal-Internet tagħna jew permezz ta’ linja tat-telefown diretta għall-uffiċju tagħna taċ-ċertifikati.

Pajjiżi terzi jistgħu wkoll jikkuntattjaw lill-uffiċju taċ-ċertifikati għal tagħrif dwar esportazzjonijiet indiretti.

Sezzjoni 6

Il-Gżejjer Faeroe

SKEMA TA’ ĊERTIFIKAZZJONI TAL-QBID

Skont l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, iċ-ċertifikat tal-qbid previst fl-Artikolu 12 u l-Anness II għal dak ir-Regolament għandu jiġi sostitwit – għal prodotti tas-sajd miksuba minn qabdiet magħmula minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Gżejjer Faeroe – minn ċertifikat tal-qbid tal-Gżejjer Faeroe abbażi tas-sistema tal-Gżejjer Faeroe tan-noti tal-bejgħ u tal-ġurnali ta’ abbord, li hija sistema tat-traċċabilità taħt il-kontroll tal-awtoritajiet tal-Gżejjer Faeroe, li tiżgura l-istess livell ta’ kontroll mill-awtoritajiet bħal dak meħtieġ mill-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-qbid tal-Unjoni.

Fl-Appendiċi jinsab kampjun taċ-ċertifikat tal-qabdiet tal-Gżejjer Faeroe li għandu jissostitwixxi ċ-Ċertifikat tal-Qbid u ċ-Ċertifikat tar-Riesportazzjoni tal-Komunità Ewropea mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dokumenti msemmija fl-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jistgħu jkunu kkomunikati b’mezzi elettroniċi.

ASSISTENZA REĊIPROKA

Għandha tiġi żviluppata assistenza reċiproka skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tat-tagħrif u l-assistenza bejn awtoritajiet kompetenti rispettivi tal-Gżejjer Fareoe u tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, abbażi ta’ regoli dettaljati dwar l-assistenza reċiproka, stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1010/2009.

Appendiċi

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Top