This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0371
Commission Regulation (EU) No 371/2010 of 16 April 2010 replacing Annexes V, X, XV and XVI to Directive 2007/46/EC of the European Parliament and of the Council establishing a framework for the approval of motor vehicles and their trailers, and of systems, components and separate technical units intended for such vehicles (Framework Directive) (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 371/2010 tas- 16 ta’ April 2010 li jissostitwixxi l-Annessi V, X, XV u XVI tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturin (Direttiva Kwadru) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 371/2010 tas- 16 ta’ April 2010 li jissostitwixxi l-Annessi V, X, XV u XVI tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturin (Direttiva Kwadru) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 110, 1.5.2010, p. 1–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2020; Impliċitament imħassar minn 32018R0858
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 371/2010
tas-16 ta’ April 2010
li jissostitwixxi l-Annessi V, X, XV u XVI tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturin (Direttiva Kwadru)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 41(6), 11(5) u 39(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2007/46/KE tistabbilixxi qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati l-ġodda kollha. B’mod partikolari, din tinkludi deskrizzjoni tal-proċeduri li wieħed irid isegwi fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip, inklużi l-miżuri prattiċi li jridu jittieħdu sabiex ikun żgurat li l-vetturi huma prodotti skont id-dokumentazzjoni tagħhom dwar l-approvazzjoni tat-tip kif ukoll dispożizzjonijiet dwar kif għandhom isiru t-testijiet sabiex tingħata l-approvazzjoni tat-tip. |
(2) |
Meta kien qed jeżamina l-oqsma ta’ politika ewlenija li jħallu impatt fuq il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-vetturi tat-triq, il-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21, stabbilit mill-Kummissjoni fl-2005 biex ifassal it-triq lejn l-iżvilupp sostenibbli ta’ industrija Ewropea kompetittiva tal-vetturi tat-triq, laħaq ftehim dwar numru ta’ rakkomandazzjonijiet li jimmiraw li jsaħħu l-kompetittività globali u l-impjiegi tal-industrija filwaqt li jsostnu iktar progress fejn tidħol is-sigurtà u l-ambjent. Fil-qasam tas-simplifikazzjoni l-Grupp irrakkomanda l-introduzzjoni tal-possibbiltà fejn manifattur iwettaq testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni huwa stess, xi ħaġa li tkun timplika l-ħatra tiegħu bħala servizz tekniku (minn hawn "il quddiem “awtottestjar”). Il-Grupp irrakkomanda wkoll il-possibbiltà li jintużaw simulazzjonijiet bil-kompjuter minflok ma jitwettqu testijiet fiżiċi (minn hawn "il quddiem “ittestjar virtwali”). |
(3) |
Wieħed mill-fatturi ewlenin tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip jikkonsisti fil-livell għoli ta’ fiduċja li jrid ikun hemm bejn l-awtorità tal-approvazzjoni u s-servizzi tekniċi li din tkun appuntat. Għaldaqstant huwa importanti li d-dokumenti li jgħaddu bejn is-servizzi tekniċi u l-awtorità tal-approvazzjoni jiżguraw trasparenza u ċarezza. Għal din ir-raġuni, il-format tar-rapporti tat-test kif ukoll l-informazzjoni li jeħtieġ tkun inkluża magħhom għandhom ikunu speċifikati b’mod ċar fl-Anness V tad-Direttiva 2007/46/KE dwar il-proċeduri li wieħed irid isegwi fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip. |
(4) |
Il-verifika tal-konformità tal-vetturi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati tul il-proċess kollu tal-produzzjoni huwa mekkaniżmu essenzjali tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip. Wieħed mill-modi kif tiġi vverifikata l-konformità jikkonsisti fit-twettiq ta’ testijiet fiżiċi fuq il-vetturi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati meħuda mill-produzzjoni sabiex ikun żgurat li dawn ikomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi. Anki meta jkunu ntużaw metodi ta’ test virtwali għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip, irid ikun iċċarat li meta l-awtorità tagħżel kampjuni addoċċ, ikunu jistgħu jitwettqu biss testijiet fiżiċi. |
(5) |
It-testijiet meħtieġa bil-għan li tingħata l-approvazzjoni tat-tip jitwettqu biss minn servizzi tekniċi nnotifikati kif xieraq mill-awtoritajiet ta’ approvazzjoni tal-Istati Membri wara li jiġu eżaminati l-ħiliet u l-kompetenza tagħhom skont standards internazzjonali relevanti. Dawn l-istandards ikun fihom ir-rekwiżiti neċessarji li jippermettu li manifattur, jew subkuntrattur li jaġixxi f’ismu, jingħata l-kariga ta’ servizz tekniku mill-awtorità tal-approvazzjoni fil-kuntest tad-Direttiva 2007/46/KE. Madankollu huwa importanti li jkunu speċifikati fiex jikkonsistu r-responsabbiltajiet tal-manifatturi sabiex wieħed jilqa' kontra kunflitt potenzjali ta’ interess, partikolarment meta t-testijiet ikunu subkuntrattati. |
(6) |
Lista tal-atti regolatorji li għalihom manifattur jista' jinħatar bħala s-servizz tekniku hija inkluża fl-Anness XV tad-Direttiva 2007/46/KE. Biex ikun hemm konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 jeħtieġ li din il-lista tiġi emendata. |
(7) |
Tul il-proċess tal-inġinerija tintuża l-għajnuna bil-kompjuter, partikolarment l-iddisinjar tal-kunċetti u t-tqassim tal-komponenti u tat-tagħmir, is-saħħa u l-analiżi dinamika tal-immuntar, kif ukoll id-definizzjoni tal-metodi tal-immanifatturar. Is-softwer li hu disponibbli jagħmilha possibbli li jintużaw metodi ta’ ttestjar virtwali li jistrieħu fuq dawk l-aspetti tekniċi u li l-introduzzjoni tagħhom kienet identifikata mill-Grupp ta’ Livell Għoli CARS 21 bħala mezz kif jitnaqqsu l-ispejjeż tal-manifatturi billi jitneħħa l-obbligu li jinbnew prototipi għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tat-tip. Biex ikun hemm konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp, jeħtieġ li tiġi stabbilita lista tal-atti regolatorji li għalihom huwa awtorizzat l-ittestjar virtwali. |
(8) |
Metodu virtwali ta’ ttestjar għandu joffri l-istess livell ta’ fiduċja fir-riżultati bħal test fiżiku. Għaldaqstant huwa f’loku li jkunu stipulati kundizzjonijiet relevanti biex ikun żgurat li qed issir validazzjoni xierqa tal-mudelli matematiċi. |
(9) |
Huwa f’loku, bil-ħsieb li jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip, li jiġu aġġornati l-Annessi tad-Direttiva 2007/46/KE biex jiġu adattati għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku. Minħabba li d-dispożizzjonijiet ta’ dawk l-annessi huma dettaljati biżżejjed u ma jeħtiġux aktar miżuri ta’ traspożizzjoni mill-Istati Membri, ikun f’loku li dawn jinbidlu permezz tar-regolament skont l-Artikolu 39(8) tad-Direttiva 2007/46/KE. |
(10) |
L-Annessi V, X, XV u XVI tad-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku– Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2007/46/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
1. |
L-Anness V huwa mibdul bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
2. |
L-Anness X huwa mibdul bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
3. |
L-Anness XV huwa mibdul bit-test fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
4. |
L-Anness XVI huwa mibdul bit-test fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-29 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
L-ANNESS I
ANNESS V
PROĊEDURI LI GĦANDHOM JIĠU SEGWITI FIR-RIGWARD TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ VETTURA
0. Għanijiet u ambitu
0.1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċeduri għat-tħaddim xieraq tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9. |
0.2. |
Dan jinkludi wkoll:
|
1. Proċess tal-approvazzjoni tat-tip
Meta tirċievi applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha:
(a) |
tivverifika li ċ-ċertifikati kollha ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE maħruġa skont l-atti regolatorji li huma applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi jkopru t-tip ta’ vettura u jikkorrispondu mar-rekwiżiti preskritti; |
(b) |
b’referenza għad-dokumentazzjoni tiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet tal-vettura u d-dejta miżmuma fil-Parti I tad-dokument ta’ informazzjoni tal-vettura huma inklużi fid-dejta fil-pakketti ta’ informazzjoni u fiċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE fir-rigward tal-atti regolatorji relevanti; |
(c) |
meta numru ta’ punt f’Parti I tad-dokument ta’ informazzjoni mhux inkluż fil-pakkett ta’ informazzjoni ta’ kwalunkwe att regolatorju, tikkonferma li l-parti jew il-karatteristika relevanti tikkonforma mad-dettalji fil-pakkett tal-informazzjoni; |
(d) |
fuq kampjun magħżul ta’ vetturi mit-tip li għandu jiġi approvat twettaq jew tirranġa biex jitwettqu spezzjonijiet ta’ partijiet u sistemi tal-vettura biex tivverifika li l-vettura(i) hi/huma mibnija skont id-dejta relevanti miżmuma fil-pakkett ta’ informazzjoni awtorizzat fir-rigward taċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE relevanti; |
(e) |
twettaq jew tirranġa biex jitwettqu kontrolli ta’ installazzjoni relevanti fir-rigward ta’ unitajiet tekniċi separati, fejn applikabbli; |
(f) |
twettaq jew inkella tagħmel arranġamenti biex jitwettqu kontrolli neċessarji fir-rigward tal-preżenza tat-tagħmir previst fin-noti f’qiegħ il-paġna (1) u (2) tal-Parti I tal-Anness IV fejn applikabbli; |
(g) |
twettaq jew inkella tagħmel arranġamenti biex jitwettqu verifiki neċessarji sabiex tiżgura li jkunu sodisfatti r-rekwiżiti pprovduti fin-nota f’qiegħ il-paġna (5) tal-Parti I tal-Anness IV. |
2. Kumbinazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi
In-numru ta’ vetturi li jitressqu għandu jkun suffiċjenti biex jippermetti l-kontroll xieraq tat-taħlitiet varji li jitressqu għall-approvazzjoni tat-tip skont il-kriterji li ġejjin:
Speċifikazzjonijiet tekniċi |
Kategorija tal-vettura |
|||||||||
M1 |
M2 |
M3 |
N1 |
N2 |
N3 |
O1 |
O2 |
O3 |
O4 |
|
Magna |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
— |
— |
— |
— |
Gear box |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
— |
— |
— |
— |
Numru ta’ fusijiet |
— |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Fusijiet motorizzati (numru, pożizzjoni, interkonnessjoni) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
— |
— |
— |
— |
Fusijiet ikkwartjati (numru u pożizzjoni) |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Stili ta’ body |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Numru ta’ bibien |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Id tas-sewqan |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
— |
— |
— |
— |
Numru ta’ sedili |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
— |
— |
— |
— |
Livell ta’ tagħmir |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
— |
— |
— |
— |
3. Dispożizzjonijiet speċifiċi
Fil-każ fejn mhu disponibbli l-ebda ċertifikat ta’ approvazzjoni għal kwalunkwe att regolatorju relevanti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha:
(a) |
tirranġa għat-testijiet u kontrolli neċessarji kif jitlob kull wieħed mill-atti regolatorji relevanti; |
(b) |
tivverifika li l-vettura tikkonforma mad-dettalji fil-pakkett ta’ informazzjoni tal-vettura u li tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi ta’ kull wieħed mill-atti regolatorji relevanti; |
(c) |
twettaq jew inkella tagħmel arranġamenti biex jitwettqu kontrolli ta’ installazzjoni relevanti fir-rigward ta’ unitajiet tekniċi separati, fejn applikabbli; |
(d) |
twettaq jew inkella tagħmel arranġamenti biex jitwettqu kontrolli neċessarji fir-rigward tal-preżenza tat-tagħmir previst fin-noti f’qiegħ il-paġna (1) u (2) tal-Parti I tal-Anness IV, fejn applikabbli; |
(e) |
twettaq jew inkella tagħmel arranġamenti biex jitwettqu verifiki neċessarji sabiex tiżgura li jkunu sodisfatti r-rekwiżiti pprovduti fin-nota ta’ qiegħ il-paġna (5) tal-Parti I tal-Anness IV. |
Appendiċi 1
Standards li għandhom jikkonformaw magħhom l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 41
1. Attivitajiet relatati mal-ittestjar għall-approvazzjoni tat-tip, li għandhom jitwettqu skont l-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV:
1.1. |
Il-Kategorija A (testijiet imwettqa fil-faċilitajiet tagħhom):
|
1.2. |
Il-Kategorija B (superviżjoni ta’ testijiet imwettqa fil-faċilitajiet tal-manifattur jew fil-faċilitajiet ta’ parti terza:
|
2. Attivitajiet relatati mal-Konformità ta’ Produzzjoni
2.1. |
Il-Kategorija C (proċedura għall-Valutazzjoni Inizjali u verifiki ta’ sorveljanza tas-sistema ta’ mmaniġġjar tal-kwalità tal-manifattur): EN ISO/IEC 17021:2006 dwar ir-rekwiżiti tal-bodies li jipprovdu verifika u ċertifikazzjoni tas-sistemi ta’mmaniġġjar. |
2.2. |
Il-Kategorija D (spezzjoni jew ittestjar ta’ kampjuni ta’ produzzjoni jew superviżjoni tagħhom): EN ISO/IEC 17020:2004 dwar il-kriterji ġenerali għall-operazzjoni ta’ varji tipi ta’ entitajiet li jwettqu spezzjoni. |
Appendiċi 2
Proċedura għall-valutazzjoni tas-servizzi tekniċi
1. Skop ta’ dan l-Appendiċi
1.1. |
Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom għandha titwettaq il-proċedura ta’ valutazzjoni tas-servizzi tekniċi mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 42. |
1.2. |
Dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-servizzi tekniċi kollha, irrispettivament mill-istatus legali tagħhom (organizzazzjoni indipendenti, manifattur jew awtorità tal-approvazzjoni li taġixxi bħala servizz tekniku). |
2. Prinċipji ta’ valutazzjoni
Il-valutazzjoni għandha tistrieħ fuq għadd ta’ prinċipji:
— |
l-indipendenza, li hi l-bażi għall-imparzjalità u l-oġġettività tal-konklużjonijiet, |
— |
approċċ ibbażat fuq l-evidenza, li jiggarantixxi konklużjonijiet kredibbli u riproduċibbli. |
L-awdituri għandhom juru fiduċja u integrità. Għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità u d-diskrezzjoni.
Huma għandhom jirrappurtaw b’mod onest u preċiż il-fatti misjuba u l-konklużjonijiet.
3. Ħiliet meħtieġa tal-awdituri
3.1. |
Il-valutazzjonijiet jistgħu jitwettqu biss minn awdituri li jkollhom l-għarfien tekniku u amministrattiv xieraq għal tali skopijiet. |
3.2. |
L-awdituri jridu jkunu tħarrġu speċifikiment għall-attivitajiet ta’ valutazzjoni. Flimkien ma’ dan, huma għandu jkollhom l-għarfien speċifiku tal-qasam tekniku li fih is-servizz tekniku se jeżerċita l-attivitajiet tiegħu. |
3.3. |
Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-punti 3.1 u 3.2 ta’ dan l-Appendiċi, il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 42 għandha titwettaq minn awdituri indipendenti mill-attivitajiet li għalihom qed titwettaq il-valutazzjoni. |
4. Applikazzjoni għall-ħatra
4.1. |
Rappreżentant tas-servizz tekniku, awtorizzat kif xieraq, li jressaq applikazzjoni, għandu jagħmel applikazzjoni formali lill-awtorità kompetenti li tinkludi dan li ġej:
|
4.2. |
L-awtorità kompetenti għandha tirrevedi għall-adegwatezza l-informazzjoni fornita mis-servizz tekniku. |
5. Reviżjoni tar-riżorsi
L-awtorità kompetenti għandha tirrevedi l-abbiltà tagħha biex twettaq valutazzjoni tas-servizz tekniku, f’termini tal-politika tagħha, il-kompetenza tagħha u d-disponibbiltà ta’ awdituri u esperti xierqa.
6. Is-subkuntrattar tal-valutazzjoni
6.1. |
L-awtorità kompetenti tista’ tagħti b’subkuntratt partijiet tal-valutazzjoni lil awtorità magħżula oħra jew titlob għal sostenn minn esperti tekniċi provduti minn awtoritajiet kompetenti oħra. Is-subkuntratturi u l-esperti għandhom jiġu aċċettati mis-servizz tekniku li qed japplika. |
6.2. |
L-awtorità kompetenti għandha tqis iċ-ċertifikati ta’ akkreditazzjoni skont ambitu adegwat sabiex tiffinalizza l-valutazzjoni globali tas-servizz tekniku. |
7. Tħejjija għall-valutazzjoni
7.1. |
L-awtorità kompetenti għandha formalment taħtar tim ta’ valutazzjoni. Tal-ewwel għandha tiżgura li l-kompetenza marbuta ma’ kull kompitu hi xierqa. B’mod partikolari, fl-intier tiegħu t-tim:
|
7.2. |
L-awtorità kompetenti għandha tiddefinixxi b’mod ċar il-kompitu mogħti lit-tim ta’ valutazzjoni. Il-kompitu tat-tim ta’ valutazzjoni hu li jirrevedi d-dokumenti miġbura mis-servizz tekniku li qed japplika u li jwettaq valutazzjoni fuq il-post. |
7.3. |
L-awtorità kompetenti għandha taqbel, flimkien mas-servizz tekniku u t-tim ta’ valutazzjoni assenjata, dwar id-data u l-iskeda għall-valutazzjoni. Madankollu, tibqa’ r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti li tfittex data li hi konformi mal-pjan ta’ sorveljanza u rivalutazzjoni. |
7.4. |
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li t-tim ta’ valutazzjoni hu fornut bid-dokumenti ta’ kriterji xierqa, rekords ta’ valutazzjonijiet preċedenti, u d-dokumenti relevanti u r-rekords tas-servizz tekniku. |
8. Valutazzjoni Fuq il-Post
It-tim ta’ valutazzjoni għandu jwettaq il-valutazzjoni tas-servizz tekniku fil-bini tas-servizz tekniku li minnu titwettaq attività ewlenija waħda jew iżjed u, fejn relevanti, għandu jixhed f’postijiet oħra magħżula minn fejn jopera s-servizz tekniku.
9. Analiżi tar-rapport dwar is-sejbiet u l-valutazzjoni
9.1. |
It-tim ta’ valutazzjoni għandu janalizza l-informazzjoni u l-evidenza relevanti kollha miġbura matul ir-reviżjoni tad-dokumenti u r-rekords u l-valutazzjoni fuq il-post. Din l-analiżi għandha tkun biżżejjed biex tippermetti lit-tim biex jiddetermina sa fejn jaslu l-kompetenza u l-konformità tas-servizz tekniku mar-rekwiżiti għall-ħatra. |
9.2. |
Il-proċeduri ta’ rappurtar tal-awtorità kompetenti għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti li ġejjin ikunu sodisfatti.
|
9.3. |
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rispons tas-servizz tekniku biex jiġu riżolti n-nuqqasijiet ta’ konformità jkun rivedut biex tara jekk l-azzjonijiet jidhrux li huma suffiċjenti u effettivi. Jekk ir-rispons tas-servizz tekniku jinsab li mhuwiex biżżejjed, għandha tintalab informazzjoni ulterjuri. B’żieda ma’ dan, tista’ tintalab xhieda ta’ implimentazzjoni effettiva ta’ azzjonijiet meħuda, jew tista’ titwettaq valutazzjoni b’segwitu biex tivverifika implimentazzjoni effettiva ta’ azzjonijiet korrettivi. |
9.4. |
Ir-rapport ta’ valutazzjoni għandu jinkludi tal-anqas dan li ġej:
|
10. L-għoti/il-konferma tal-għażla
10.1. |
L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed, tieħu d-deċiżjoni dwar jekk tagħtix, tikkonfermax jew testendix in-nomina ta’ servizz tekniku fuq il-bażi ta’ rapport(i) u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra. |
10.2. |
L-awtorità li tapprova għandha tipprovdi ċertifikat lis-servizz tekniku. Dan iċ-ċertifikat għandu jidentifika dan li ġej:
|
11. Rivalutazzjoni u sorveljanza
11.1. |
Rivalutazzjoni hi simili għal valutazzjoni inizjali iżda hawn trid titqies l-esperjenza miksuba matul il-valutazzjonijiet ta’ qabel. Valutazzjonijiet ta’ sorveljanza fuq il-post huma anqas komprensivi minn rivalutazzjonijiet. |
11.2. |
L-awtorità kompetenti għandha tfassal il-pjan tagħha għar-rivalutazzjoni u s-sorveljanza ta’ kull servizz tekniku magħżul biex jiġu eżaminati, fuq bażi regolari, kampjuni rappreżentattivi tal-firxa tal-għażla. L-intervall bejn valutazzjonijiet fuq il-post, kemm ir-rivalutazzjonijiet u kemm is-sorveljanza, jiddependi fuq l-istabbiltà, b’xhieda għaliha, li jkun laħaq is-servizz tekniku. |
11.3. |
Meta, waqt is-sorveljanza jew ir-rivalutazzjonijiet, jiġu identifikati nuqqasijiet ta’ konformità, l-awtorità kompetenti għandha tiddefinixxi limiti ta’ żmien stretti biex jiġu implimentati azzjonijiet korrettivi. |
11.4. |
Meta l-azzjonijiet korrettivi jew ta’ titjib ma jkunux twettqu fil-qafas ta’ żmien miftiehem jew jitqiesu li mhumiex suffiċjenti, l-awtorità kompetenti għandha tadotta miżuri xierqa bħal, twettiq ta’ valutazzjoni ulterjuri, is-sospensjoni/irtirar tal-ħatra għal waħda jew iżjed mill-attivitajiet li għalihom is-servizz tekniku ġie magħżul. |
11.5. |
Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tissospendi jew tirtira l-ħatra ta’ servizz tekniku, hi għandha tinforma lil dan tal-aħħar permezz ta’ ittra reġistrata. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità kompetenti għandha tadotta l-miżuri kollha neċessarji biex tiżgura l-kontinwità tal-attivitajiet diġà mibdija mis-servizz tekniku. |
12. Rekords ta’ servizzi tekniċi magħżula
12.1. |
L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekords dwar is-servizzi tekniċi biex turi li r-rekwiżiti għall-ħatra, inkluża l-kompetenza, kienu sodisfatti tassew. |
12.2. |
L-awtorità kompetenti għandha żżomm ir-rekords dwar is-servizzi tekniċi sikuri biex tiżgura l-kunfidenzjalità. |
12.3. |
Ir-rekords dwar is-servizzi tekniċi għandhom tal-anqas jinkludu:
|
Appendiċi 3
Rekwiżiti ġenerali dwar il-format tar-rapporti tat-test
1. |
Għal kull att regolatorju elenkat fil-Parti I tal-Anness IV, ir-rapport tat-test għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Istandard EN ISO/IEC 17025:2005. B’mod partikoalri, dan għandu jinkludi l-informazzjoni msemmija fil-punt 5.10.2, inkluża n-nota f’qiegħ il-paġna nru 1 ta’ dak l-Istandard. |
2. |
It-template ta’ dawn ir-rapporti tat-test għandha tiġi stabbilita mill-awtorità tal-approvazzjoni b’konformità mar-regoli u l-aqwa prassi tagħha. |
3. |
Għandu jsir abbozz tar-rapport tat-test fil-lingwa uffiċjali tal-Komunità stabbilita mill-awtorità tal-approvazzjoni. |
4. |
barra minn hekk, din għandha tinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
|
5. |
Meta jsiru t-testijiet fuq vettura, komponent jew unità teknika li tikkombina numru ta’ fatturi tabilħaqq negattivi fir-rigward tal-livell mitlub ta’ prestazzjoni li għandha tilħaq (jiġifieri l-agħar każ possibbli), ir-rapport tat-test għandu jinkludi referenza li tispjega kif tkun saret l-għażla mill-manifattur bi ftehim mal-awtorità tal-approvazzjoni. |
ANNESS II
“ANNESS X
KONFORMITÀ TAL-PROĊEDURI TA’ PRODUZZJONI
0. Għanijiet
0.1. |
Il-konformità tal-proċedura ta’ produzzjoni timmira li tiżgura li kull vettura prodotta, sistema, komponent u unità teknika separata tkun f’konformità mat-tip approvat. |
0.2. |
Il-proċeduri jinkludu, b’mod komplet, il-valutazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità, imsemmija hawn taħt bħala ‘il-valutazzjoni inizjali’ u flimkien mal-verifika tas-suġġett ta’ approvazzjoni u l-kontrolli relatati mal-prodott li hemm referenza għalihom bħala ‘l-arranġamenti tal-konformità tal-prodott’. |
1. Valutazzjoni inizjali
1.1. |
L-awtorità tal-approvazzjoni ta’ Stat Membru għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti u proċeduri sodisfaċenti biex jiġi żgurat il-kontroll effettiv biex hekk il-komponenti, is-sistemi, l-unitajiet tekniċi separati jew il-vetturi, meta jkunu qed jiġu prodotti, jikkonformaw mat-tip approvat. |
1.2. |
Gwida dwar kif jitwettqu l-valutazzjonijiet tinsab fi Standard EN ISO 19011:2002 – Linjigwida għall-verifiki tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-kwalità u/jew dawk ambjentali. |
1.3. |
Ir-rekwiżiti fil-punt 1.1 għandhom jiġu verifikati għas-sodisfazzjoni tal-awtorità li tkun qed tagħti l-approvazzjoni tat-tip. Dik l-awtorità għandha tkun sodisfatta bil-valutazzjoni inizjali u l-arranġamenti ta’ konformità tal-prodott inizjali fit-Taqsima 2 hawn taħt, filwaqt li tqis neċessarju wieħed mill-arranġamenti deskritti fil-punti minn 1.3.1 sa 1.3.3, jew kombinazzjoni ta’ dawk l-arranġamenti b’mod sħiħ jew parzjali skont il-każ.
|
1.4. |
Għall-fini tal-approvazzjoni tat-tal-vettura, il-valutazzjonijiet inizjali mwettqa għall-għoti ta’ approvazzjonijiet ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi tal-vettura ma hemmx għalfejn jiġu ripetuti, iżda għandhom jiġu kkompletati b’valutazzjoni li tkopri l-postijiet u l-attivitajiet relatati mal-assemblaġġ tal-vettura sħiħa mhux koperti mill-valutazzjonijiet preċedenti. |
2. Arranġamenti ta’ konformità tal-prodott
2.1. |
Kull vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata approvata skont din id-Direttiva jew Direttiva separata għandhom ikunu manifatturati b’tali mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jew ta’ Direttiva jew l-atti regolatorji applikabbli elenkati fl-Anness IV. |
2.2. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ta’ Stat Membru għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti adegwati u pjanijiet ta’ kontroll dokumentati, li jridu jiġu miftiehma mal-manifattur għal kull approvazzjoni, biex f’intervalli speċifikati jitwettqu dawk it-testijiet jew il-kontrolli assoċjati meħtieġa għall-verifika ta’ konformità kontinwa mat-tip approvat inklużi, speċifikament, it-testijiet fiżiċi speċifikati fl-atti regolatorji. |
2.3. |
Id-detentur tal-approvazzjoni tat-tip għandu, b’mod partikolari:
|
3. Arranġamenti ta’ verifika kontinwi
3.1. |
L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip fi kwalunkwe żmien tista’ tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità tal-produzzjoni.
|
3.2. |
F’kull reviżjoni, ir-rekords tat-testijiet jew il-kontrolli jew ir-rekords ta’ produzzjoni għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ispettur; b’mod partikolari, ir-rekords ta’ dawk it-testijiet jew kontrolli dokumentati kif mitlub mill-punt 2.2. |
3.3. |
L-ispettur jista’ jagħżel kampjuni addoċċ biex jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur jew fil-faċilitajiet tas-servizz tekniku. F’dak il-każ għandhom jitwettqu biss testijiet fiżiċi. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat skont ir-riżultati tal-verifika tal-manifattur stess. |
3.4. |
Fejn il-livell ta’ kontroll jidher li mhux sodisfaċenti, jew jkun jidher li jeħtieġ tiġi verifikata l-validità tat-testijiet imwettqa b’applikazzjoni tal-punt 3.2, l-ispettur irid jagħżel kampjuni li jridu jintbagħtu lis-servizz tekniku biex iwettaq it-testijiet fiżiċi. |
3.5. |
F’każijiet fejn, matul spezzjoni jew reviżjoni ta’ monitoraġġ, joħorġu riżultati mhux sodisfaċenti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tiżgura li jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi restawrata l-konformità ta’ produzzjoni kemm jista’ jkun malajr.” |
ANNESS III
ANNESS XV
ATTI REGOLATORJI LI GĦALIHOM MANIFATTUR JISTA’ JINĦATAR BĦALA SERVIZZ TEKNIKU
0. Għanijiet u ambitu
0.1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi lista ta’ atti regolatorji li għalihom manifattur jista’ jinħatar bħala servizz tekniku skont l-Artikolu 41(6). |
0.2. |
L-Anness jinkludi wkoll dispożizzjonijiet xierqa li jikkonċernaw il-ħatra ta’ manifattur bħala servizz tekniku, biex dan jiġi applikat fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li tintlaqat mill-Parti tal-Anness IV. |
0.3. |
Madankollu, dan ma japplikax għal manifatturi li japplikaw għal approvazzjoi ta’ serje żgħira skont l-Artikolu 22. |
1. Ħatra ta’ manifattur bħala servzz tkeniku
1.1. |
Manifattur maħtur bħala servizz tekniku huwa manifattur li nħatar mill-awtorità tal-approvazzjoni bħala laboratorju ta’ ttestjar biex iwettaq testijiet ta’ approvazzjoni f’isimha, fil-kuntest tal-punt 31 tal-Artikolu 3. Skont l-Artikolu 41(6), manifattur jista’ biss jinħatar bħala servizz tekniku għall-attivitajiet tal-Kategorija A. |
1.2. |
L-espressjoni “biex iwettaq test” mhix ristretta għall-qies ta’ prestazzjonijiet iżda tkopri wkoll ir-reġistrazzjoni tar-riżultati tat-test, it-tressiq ta’ rapport lill-awtorità tal-approvazzjoni inkluż il-konklużjonijiet relevanti. Dan ikopri l-ittestjar tal-konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet li mhux bilfors kienu jinvolvu qies. Dan huwa l-każ għall-valutazzjoni tad-disinn skont ir-rekwiżiti leġiżlattivi. Pereżempju, “ittestja l-konformità tal-post fejn qiegħed it-tank tal-fjuwil f’vettura mad-dispożizzjonijiet tal-punt 5.10 tal-Anness I tad-Direttiva 70/221/KEE” għandha tinftiehem bħala parti minn “biex twettaq test”. |
2. Lista ta’ atti regolatorji u restrizzjonijiet
|
Referenza tal-att regolatorju |
Suġġett |
4. |
Id-Direttiva 70/222/KEE |
Spazju tal-pjanċa ta’ reġistrazzjoni ta’ wara |
7. |
Id-Direttiva 70/388/KEE |
Twissija li tinstema’ |
18. |
Id-Direttiva 76/114/KEE |
Pjanċi (statutorji) |
20. |
Id-Direttiva 76/756/KEE |
Stallazzjoni ta’ dwal u apparati ta’ sinjalar tad-dwal |
27. |
Id-Direttiva 77/389/KEE |
Ganċijiet tal-irmunkar |
33. |
Id-Direttiva 78/316/KEE |
Identifikazzjoni tal-kontrolli, sinjalaturi u indikaturi |
34. |
Id-Direttiva 78/317/KEE |
Ta’ kontra l-iffriżar/ta’ kontra t-titpin |
35. |
Id-Direttiva 78/318/KEE |
Ħasil/Timsiħ |
36. |
Id-Direttiva 2001/56/KE |
Sistemi tat-tisħin Għajr għad-dispożizzjonijiet fl-Anness VIII marbuta mar-rekwiżiti tal-istallazzjoni tas-sistemi tat-tisħin bl-LPG fil-vettura. |
37. |
Id-Direttiva 78/549/KEE |
Pjanċi għall-protezzjoni tar-roti |
44. |
Id-Direttiva 92/21/KEE |
Mases u dimensjonijiet (karrozzi) |
45. |
Id-Direttiva 92/22/KEE |
Ħġieġ tas-sikurezza Ristrett għad-dsipożizzjonijiet inklużi fl-Anness 21 tar-Regolament 43 tan-NU/KEE |
46. |
Id-Direttiva 92/23/KEE |
Tajers |
48. |
Id-Direttiva 97/27/KE |
Mases u dimensjonijiet (għajr għal vetturi msemmija fil-punt 44) |
49. |
Id-Direttiva 92/114/KEE |
Projezzjonijiet esterni ta’ kabini |
50. |
Id-Direttiva 94/20/KE |
Igganċjar Ristrett għad-dsipożizzjonijiet inklużi fl-Anness V (sat-Taqsima 8 u inkluża din) u l-Anness VII |
61. |
Id-Direttiva 2006/40/KE |
Sistemi ta’ arja kkundizzjonata |
Appendiċi
Ħatra ta’ manifattur bħala servizz tekniku
1. Ġenerali
1.1. |
Il-ħatra u n-notifika ta’ manifattur bħala servizz tekniku għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 41, 42 u 43 kif ukoll skont il-miżuri prattiċi inklużi f’dan l-Appendiċi. |
1.2. |
Il-manifattur irid jiġi akkreditat skont Standard EN ISO/IEC 17025:2005 — Rekwiżiti ġenerali dwar il-kompetenza tal-laboratorji ta’ ttestjar u kkalibrar. |
2. Is-subkuntrattar
2.1. |
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41(6), l-ewwel subparagrafu, manifattur jista’ jinnomina subkuntrattur biex iwettaq it-testijiet f’ismu. B’subkuntrattur wieħed għandu jifhem:
|
2.2. |
Li wieħed jitlob is-servizzi ta’ subkuntrattur ma jneħħix l-obbligu tal-manifattur li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 41, partikolarment dawk li jikkonċernaw il-ħiliet tas-servizzi tekniċi u l-konformità ma’ Standard EN ISO/IEC 17025:2005. |
2.3. |
It-Taqsima 1 tal-Anness XV għandha tapplika għas-subkuntrattur. |
3. Rapport tat-test
L-abbozz tar-rapporti tat-test għandu jsir skont ir-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Appendiċi 3 tal-Anness V tad-Direttiva 2007/46/KE.
ANNESS IV
ANNESS XVI
KUNDIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI MITLUBA MILL-METODI TA’ TTESTJAR VIRTWALI U MILL-ATTI REGOLATORJI LI GĦALIHOM JISTGĦU JINTUŻAW METODI TA’ TTESTJAR VIRTWALI MINN MANIFATTUR JEW SERVIZZ TEKNIKU
0. Għanijiet u ambitu
L-Anness jistabbilixxi dispożizzjonijiet xierqa li jikkonċernaw l-ittestjar virtwali skont l-Artikolu 11(3).
Dan li ġej huwa miżjud mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2).
1. Lista ta’ atti regolatorji
Nru |
Referenza tal-att regolatorju |
Suġġett |
3. |
Id-Direttiva 70/221/KEE |
Tankijiet tal-fjuwil/tagħmir protettiv ta’ wara |
6. |
Id-Direttiva 70/387/KEE |
Lukketti u ċappetti tal-bibien |
8. |
Direttiva 2003/97/KE |
Tagħmir għal vista indiretta |
12. |
Id-Direttiva 74/60/KEE |
Aċċessorji ta’ ġewwa |
16. |
Id-Direttiva 74/483/KEE |
Projezzjonijiet ta’ barra |
20. |
Id-Direttiva 76/756/KEE |
Stallazzjoni ta’ dwal u apparati ta’ sinjalar tad-dwal |
27. |
Id-Direttiva 77/389/KEE |
Ganċijiet tal-irmunkar |
32. |
Id-Direttiva 77/649/KEE |
Medda ta’ viżibilità ta’ quddiem |
35. |
Id-Direttiva 78/318/KEE |
Ħasil/Timsiħ |
37. |
Id-Direttiva 78/549/KEE |
Pjanċi għall-protezzjoni tar-roti |
42. |
Id-Direttiva 89/297/KEE |
Protezzjoni laterali |
49. |
Id-Direttiva 92/114/KEE |
Projezzjonijiet esterni ta’ kabini |
50. |
Id-Direttiva 94/20/KE |
Igganċjar |
52. |
Id-Direttiva 2001/85/KE |
Karozzi tal-linja u kowċis |
57. |
Id-Direttiva 2000/40/KE |
Protezzjoni tal-under-run ta’ quddiem |
Appendiċi 1
Kundizzjonijiet ġenerali mitluba minn metodi ta’ ttestjar virtwali
1. Disinn ta’ test virtwali
L-iskema li ġejja għandha tintuża bħala struttura tal-bażi biex jiġi deskritt u jitmexxa l-ittestjar virtwali:
(a) |
skop; |
(b) |
mudell tal-istruttura; |
(c) |
kundizzjonijiet tal-konfini; |
(d) |
suppożizzjonijiet ta’ tagħbija; |
(e) |
kalkolu: |
(f) |
valutazzjoni; |
(g) |
dokumentazzjoni. |
2. Prinċipji ewlenin ta’ simulazzjoni u kalkolu bil-kompjuter
2.1. Mudell matematiku
Il-mudell matematiku għandu jinħareġ mill-manifattur. għandu jirrifletti l-kumplessità tal-istruttura tal-vettura, is-sistema u l-komponenti li jkunu se jiġu ttestjati b’relazzjoni mar-rekwiżiti tal-att regolatorju u l-kundizzjonijiet tal-konfini.
L-istess dispożizzjonijiet gaħndhom japplikaw mutatis mutandis għall-ittestjar ta’ komponenti jew unitajiet tekniċi indipendentement mill-vettura.
2.2. Il-proċess ta’ validazzjoni tal-mudell matematiku
Il-mudell għandu jiġi vvalidat b’paragun mal-kundizzjonijiet tat-test innifsu.
Għal dan il-għan, għandu jsir test fiżiku għall-finijiet li jiġu pparagunati r-riżultati miksuba meta jintuża l-mudell matematiku mar-riżultati ta’ test fiżiku. Għandha tingħata xhieda tal-paragun tar-riżultati tat-test. Il-manifattur jew is-servizz tekniku għandu jressaq abbozz tar-rapport tal-validazzjoni lill-awtorità tal-approvazzjoni.
Kull bidla li ssir lill-mudell matematiku jew lis-softwer li probabbilment tinvalida r-rapport ta’ validazzjoni għandha titressaq għall-attenzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni li tista’ titlob li jitwettaq proċess ta’ validazzjoni ġdid.
Il-grafika tal-istadji tal-proċess tal-validazzjoni qed tingħata fl-Appendiċi 3.
2.3. Dokumentazzjoni
Id-dejta u l-għodda awżiljarja użata għas-simulazzjoni u l-kalkolu għndha tkun disponibbli mill-manifattur u tkun dokumentata b’mod xieraq.
3. Għodod u sostenn
Fuq talba tas-servizz tekniku, il-manifattur għandu jforni jew jipprovdi aċċess għall-għodod neċessarji, inkluż is-softwer xieraq.
Barra minn hekk, irid jipprovdi sostenn f’loku lis-servizz tekniku.
Il-provvediment tal-aċċess u s-sostenn lil servizz tekniku ma jneħħix l-obbligu tas-servizz tekniku fejn tidħol il-ħila tal-persunal tiegħu, il-ħlas tad-drittijiet tal-liċenzja u r-rispett tal-kunfidenzjalità.
Appendiċi 2
Kundizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw metodi ta’ ttestjar virtwali
1. |
Lista ta’ atti regolatorji |
|
Referenza tal-att regolatorju |
Anness u paragrafu |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
3. |
Id-Direttiva 70/221/KEE |
L-Anness II (Il-protezzjoni tal-under-run ta’ wara) Il-Punt 5.4.5. |
|
6. |
Id-Direttiva 70/387/KEE |
L-Anness II Il-Punt 4.3. |
|
8. |
Id-Direttiva 2003/97/KE |
L-Anness III Id-dispożizzjonijiet kollha fit-Taqsimiet 3, 4 u 5. |
Il-firxiet tal-vista preskritti tal-mirja li juru wara. |
12. |
Id-Direttiva 74/60/KEE |
L-Anness I Id-dispożizzjonijiet kollha fit-Taqsima 5 (‘Speċifikazzjonijiet’). |
Il-qies tar-raġġi kollha tal-kurvatura u tal-projezzjonijiet kollha għajr għal dawk ir-rekwiżiti fejn trid tiġi applikata l-forza sabiex tiġi vverifikata l-konformità mad-dispożizzjonijiet. |
L-Anness II |
Determinazzjoni taż-żona fejn hemm l-impatt tar-ras. |
||
16. |
Id-Direttiva 74/483/KEE |
L-Anness I Id-dispożizzjonijiet kollha fit-Taqsima 5 (‘Speċifikazzjonijiet ġenerali’) u t-Taqsima 6 (‘Speċifikazzjonijiet partikolari’). |
Il-qies tar-raġġi kollha tal-kurvatura u tal-projezzjonijiet kollha għajr għal dawk ir-rekwiżiti fejn trid tiġi applikata l-forza sabiex tiġi vverifikata l-konformità mad-dispożizzjonijiet. |
20. |
Id-Direttiva 76/756/KEE |
It-Taqsima 6 (‘Speċifikazzjonijiet individwali’) tar-Regolament 48 tan-NU/KEE. |
Il-prova ta’ sewqan stipulata fil-Punt 6.22.9.2.2 għandha ssir fuq vettura reali. |
Id-dispożizzjonijiet tal-Anness 4, 5 u 6 tar-Regolament 48 tan-NU/KEE. |
|
||
27. |
Id-Direttiva 77/389/KEE |
L-Anness II, it-Taqsima 2 |
|
32. |
Id-Direttiva 77/649/KEE |
It-Taqsima 5 (‘Speċifikazzjonijiet’) tal-Anness I. |
|
35. |
Id-Direttiva 78/318/KEE |
L-Anness I. |
Il-Punt 5.1.2. Il-qies taż-żona tal-frizzjoni (is-swept area) biss. |
37. |
Id-Direttiva 78/549/KEE |
It-Taqsima 2 (‘Rekwiżiti speċjali’) tal-Anness I. |
|
42. |
Id-Direttiva 89/297/KEE |
L-Anness I, il-punt 2.8. |
Reżistenza taħt forza orizzontali u qies ta’ bidla fid-direzzjoni (deflection). |
49. |
Id-Direttiva 92/114/KEE |
L-Anness I Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 (‘Rekwiżiti speċifiċi’). Fejn jidħlu l-vetturi N1 għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet msemmija fil-punt 16 ta’ dan l-Appendiċi. |
Il-qies tar-raġġi kollha tal-kurvatura u tal-projezzjonijiet kollha għajr għal dawk ir-rekwiżiti fejn trid tiġi applikata l-forza sabiex tiġi vverifikata l-konformità mad-dispożizzjonijiet. |
50. |
Id-Direttiva 94/20/KE |
L-Anness V ‘Rekwiżiti għat-tagħmir tal-igganċjar mekkaniku’ |
Id-dispożizzjonijiet kollha tat-Taqsimiet minn 1 sa 8, bihom inklużi. |
L-Anness VI, il-punt 1.1 |
It-testijiet tas-saħħa fuq l-igganċjar mekkaniku ta’ disinn sempliċi jistgħu jiġu sostitwiti b’testijiet virtwali. |
||
It-Taqsima 4 tal-Anness VI ‘L-ittestjar tat-tagħmir tal-igganċjar mekkaniku’ |
Il-punti 4.5.1. (test tas-saħħa), 4.5.2. (reżistenza għat-tagħwiġ/il-buckling) u 4.5.3. (reżistenza għall-mument tal-liwja) biss. |
||
52. |
Id-Direttiva 2001/85/KE |
L-Anness I |
Il-Punt 7.4.5. Test ta’ stabbiltà taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Appendiċi tal-Anness I |
L-Anness IV Is-Saħħa tas-superstruttura |
L-Appendiċi 4 - Verifika tas-saħħa tas-superstruttura bil-kalkolu |
||
57. |
Id-Direttiva 2000/40/KE |
It-Taqsima 3 tal-Anness 5 tar-Regolament 93 tan-NU/KEE |
Reżistenza taħt forza orizzontali u qies ta’ bidla fid-direzzjoni (deflection). |
Appendiċi 3
Proċess ta’ validazzjoni