This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0197
Commission Regulation (EU) No 197/2010 of 9 March 2010 amending Regulation (EEC) No 2454/93 laying down provisions for the implementation of Council Regulation (EEC) No 2913/92 establishing the Community Customs Code
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 197/2010 tad- 9 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 197/2010 tad- 9 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju
ĠU L 60, 10.3.2010, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481
10.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 60/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 197/2010
tad-9 ta’ Marzu 2010
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 14o(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) jipprovdi li Ċertifikat AEO jrid jinħareġ fi żmien 90 jum kalendarju mid-data li fiha tkun waslet l-applikazzjoni skont l-Artikolu 14c ta’ dak ir-Regolament. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu wieħed ieħor ta’ 30 jum kalendarju meta l-awtorità doganali ma tkunx tista’ tirrispetta l-iskadenza u sakemm tgħarraf lill-applikant bir-raġunijiet għall-estensjoni. Madanakollu, l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 (3) li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jestendi l-perjodu ta’ 90 jum kalendarju għall-ħruġ ta’ Ċertifikat AEO għal 300 jum kalendarju, matul perjodu tranżitorju ta’ 24 xahar li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2009. It-termini ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 14o tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2010. |
(2) |
L-implimentazzjoni fil-prattika tal-leġiżlazzjoni AEO wriet li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet il-proċess sħiħ ta’ awtorizzazzjoni normalment jieħu aktar minn 90 jum kalendarju u fil-każ ta’ xi kumpaniji kbar, il-proċess jista’ jieħu sa 150 ġurnata. |
(3) |
Minħabba li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2008 (4) li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 introduċa sistema li fiha l-applikant għal awtorizzazzjoni unika għal dikjarazzjoni simplifikata, għal proċedura ta’ rilaxx lokali, għal proċeduri doganali b’impatt ekonomiku jew għal użu aħħari, irid jikkonforma ruħu mal-kriterji AEO jew kriterji ekwivalenti, in-numru ta’ applikazzjonjiet għal Ċertifikat AEO żdied b’mod konsiderevoli, peress li l-biċċa l-kbira tal-operaturi ekonomiċi jippreferu japplikaw l-ewwel għal Ċertifikat AEO li bħala detenturi tiegħu jitqiesu li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet u kriterji meħtieġa għall-awtorizzazzjonijiet għal ċerti proċeduri. Minħabba dik iż-żieda, sar diffiċli ħafna għall-awtoritajiet doganali li jikkonformaw ruħhom mal-obbligu li joħorġu Ċertifikati AEO fit-termini ta’ żmien stipulati fl-Artikolu 14o(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. |
(4) |
Għaldaqstant, sabiex jiġi żgurat it-tħaddim bla xkiel tas-sistema AEO mill-1 ta’ Jannar 2010, huwa neċessarju li l-perjodu biex jinħareġ Ċertifikat AEO jew biex tiġi miċħuda applikazzjoni jiġi estiż għal 120 jum u li tiġi prevista estensjoni ta’ dak il-perjodu b’perjodu wieħed ieħor ta’ 60 jum. |
(5) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għaldaqstant jiġi emendat b’dan il-mod. |
(6) |
Peress li l-perjodu tranżitorju previst fir-Regolament (KE) Nru 1875/2006 jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2009, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 14o(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. L-awtorità doganali għandha toħroġ Ċertifikat AEO jew tiċħad l-applikazzjoni fi żmien 120 jum kalendarju mid-data li fiha tkun waslet l-applikazzjoni skont l-Artikolu 14c. Meta ma tkunx tista’ tirrispetta l-iskadenza, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’perjodu wieħed ieħor ta’ 60 jum kalendarju. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità doganali għandha tgħarraf lill-applikant bir-raġunijiet għall-estensjoni qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ 120 jum kalendarju.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(2) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(3) ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64.
(4) ĠU L 329, 6.12.2008, p. 1.