This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0181
Commission Regulation (EU) No 181/2010 of 2 March 2010 on the issue of licences for the import of garlic in the subperiod from 1 June 2010 to 31 August 2010
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 181/2010 tat- 2 ta’ Marzu 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu bejn l- 1 ta' Ġunju 2010 u il- 31 ta' Awwissu 2010
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 181/2010 tat- 2 ta’ Marzu 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu bejn l- 1 ta' Ġunju 2010 u il- 31 ta' Awwissu 2010
ĠU L 52, 3.3.2010, p. 48–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 52/48 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 181/2010
tat-2 ta’ Marzu 2010
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu bejn l-1 ta' Ġunju 2010 u il-31 ta' Awwissu 2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi. |
(2) |
Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda wara il-ħmistax-il jum ta' Frar 2010, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina u l-pajjiżi terzi kollha għajr għaċ-Ċina. |
(3) |
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2007, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Frar 2010 jistgħu jkunu sodisfatti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni “A” mressqa skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 wara il-ħmistax-il jum ta' Frar 2010 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Frar 2010 għandhom ikunu sodisfatti b'rata perċentwali tal-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni, kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(3) ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.
ANNESS
Oriġini |
Nru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni |
|||
L-Arġentina |
|||||
|
09.4104 |
X |
|||
|
09.4099 |
X |
|||
Iċ-Ċina |
|||||
|
09.4105 |
17,875957 % |
|||
|
09.4100 |
0,387100 % |
|||
Pajjiżi terzi oħra |
|||||
|
09.4106 |
100 % |
|||
|
09.4102 |
31,057336 % |
|||
|