This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0178
Commission Regulation (EU) No 178/2010 of 2 March 2010 amending Regulation (EC) No 401/2006 as regards groundnuts (peanuts), other oilseeds, tree nuts, apricot kernels, liquorice and vegetable oil (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 178/2010 tat- 2 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 401/2006 dwar il-ġewż tal-art (karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, ġewż tas-siġar, il-lewż tal-berquq, likorizja u żejt veġetali (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 178/2010 tat- 2 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 401/2006 dwar il-ġewż tal-art (karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, ġewż tas-siġar, il-lewż tal-berquq, likorizja u żejt veġetali (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 52, 3.3.2010, p. 32–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2024; Impliċitament imħassar minn 32023R2782
3.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 52/32 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 178/2010
tat-2 ta’ Marzu 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 401/2006 dwar il-ġewż tal-art (karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, ġewż tas-siġar, il-lewż tal-berquq, likorizja u żejt veġetali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika ta’ konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 11(4),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (2) jipprovdi għal limiti massimi għal ċerti mikotossini f’ċerti oġġetti tal-ikel. |
(2) |
It-teħid ta’ kampjuni għandu rwol kruċjali għall-preċiżjoni tad-determinazzjoni tal-livelli tal-mikotossini, li huma mxerrda b’mod eteroġenu ħafna f’lott wieħed. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu ffissati kriterji ġenerali li magħhom għandu jkun konformi l-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (3) jistabbilixxi l-kriterji għat-teħid ta’ kampjuni għall-kontroll tal-livelli tal-mikotossini. |
(4) |
Jeħtieġ li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet għat-teħid ta’ kampjuni tal-aflatossini f’ċerti oġġetti tal-ikel biex jittieħed kont tal-iżviluppi fil-Codex Alimentarus u jittieħed kont tal-livelli massimi stabbiliti dan l-aħħar ta’ mikotossini għall-kategoriji ġodda ta’ oġġetti tal-ikel. |
(5) |
Il-Codex Alimentarus stabbilixxa pjan ġdid ta’ teħid ta’ kampjuni għall-ġewż tal-art (karawett), lewż, ġellewż u pistaċċi intiżi għal aktar ipproċessar u pjan ġdid ta’ teħid ta’ kampjuni għal-lewż, ġellewż u pistaċċi “lesti għall-ikel” (4). |
(6) |
Biex jiġi ffaċilitat l-infurzar tal-livelli massimi tal-aflotossini, huwa xieraq li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet dwar it-teħid ta’ kampjuni kif stabbilit fil-Codex Alimentarius għall-karawett, lewż, ġellewż u pistaċċi maħsuba għall-aktar ipproċessar kif ukoll għal ġewż ieħor tas-siġar maħsub għal aktar ipproċessar u d-dispożizzjonijiet dwar it-teħid ta’ kampjuni kif stabbilit fil-Codex għal-lewż, ġellewż u pistaċċi “lesti għall-ikel” għal ġewż ieħor tas-siġar u ġewż tal-art (karawett) “lesti għall-ikel”. Il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni għall-ġewż tas-siġar għandha tiġi applikata wkoll għal-lewż tal-berquq. Il-parti D tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 401/2006 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan biex tistipula l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni għat-tin imqadded biss li għandha tibqa’ kif inhi u l-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni għall-ġewż tal-art (karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, il-lewż tal-berquq, il-ġewż tas-siġar għandha tiġi pprovduta f’Parti għaliha tal-Anness. |
(7) |
Ġew stabbiliti livelli massimi għall-aflatossini fiż-żrieragħ taż-żejt għajr għall-ġewż tal-art (karawett) (5) u għall-okratossina A fil-ħwawar, l-għerq tal-likorizja u l-estratt tal-likorizja (6). Huwa xieraq li jiġu pprovduti dispożizzjonijiet ta’ teħid ta’ kampjuni speċifiċi għal dawn il-kategoriji ġodda ta’ oġġetti tal-ikel u li ssir referenza għal dispożizzjonijiet attwali fejn ikun applikabbli. |
(8) |
It-teħid ta’ kampjuni taż-żjut veġetali għall-kontroll tal-mikotossini għandu karatteristiċi speċifiċi u għalhekk huwa xieraq li jiġu stipulati regoli speċifiċi ta’ teħid ta’ kampjuni. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 401/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti D tinbidel bit-test stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Fil-parti E, l-ewwel sentenza tinbidel b’li ġej: “Dan il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni huwa ta’ applikazzjoni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli massimi stabbiliti għall-okratossina A, l-aflatossina B1 u għall-aflatossini totali fil-ħwawar.” |
(3) |
Il-Parti G tinbidel bit-test stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(4) |
Tiżdied il-Parti K, kif stipulat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.
(4) Standard Ġenerali tal-Codex għas-sustanzi Kontaminanti u t-tossini fl-ikel. (CODEX STAN 193-1995) http://www.codexalimentarius.net/download/standards/17/CXS_193e.pdf
(5) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2010 tas-26 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tal-aflatossini (ĠU L 50, 27.2.2010, p. 8).
(6) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 105/2010 tal-5 ta’ Frar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward tal-okratossina A (ĠU L 35, 6.2.2010, p. 7).
ANNESS I
“D.1. Metodu għat-teħid ta’ kampjuni għat-tin imqadded
Dan il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni huwa ta’ applikazzjoni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli massimi stabbiliti għall-aflatossina B1 u għall-aflatossini totali fit-tin imqadded.
D.1.1. Piż tal-kampjun inkrementali
Il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jkun ta’ madwar 300 gramma, sakemm mhux iddefinit mod ieħor fil-parti D.1 tal-Anness I.
Fil-każ ta’ lottijiet f’imballaġġ bl-imnut, il-piż tal-kampjun inkrementali jiddependi fuq il-piż tal-imballaġġ bl-imnut.
Fil-każ ta’ pakketti bl-imnut ta’ aktar minn 300 gramma, dan iwassal għal kampjuni ġenerali li jiżnu aktar minn 30 kg. Jekk il-piż ta’ pakkett wieħed bl-imnut huwa aktar minn 300 gramma, 300 gramma għandhom jittieħdu minn kull pakkett individwali bl-imnut bħala kampjun inkrementali. Dan jista’ jsir jew meta jittieħed il-kampjun jew fil-laboratorju. Madankollu, f’każijiet fejn dan il-metodu għat-teħid ta’ kampjuni jista’ jwassal għal konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli li jirriżultaw minn ħsara li ssir lil-lott (minħabba l-forom tal-ippakkjar, il-mezzi ta’ trasport. eċċ.), jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni. Pereżempju, f’każ fejn prodott ta’ valur huwa kkummerċjalizzat f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut ta’ 500 gramma jew 1 kg, il-kampjun aggregat jista’ jinkiseb bl-aggregazzjoni ta’ għadd ta’ kampjuni inkrementali li huwa iżgħar mill-għadd indikat fit-tabelli 1, 2 u 3, sakemm il-piż tal-kampjun aggregat jikkorrispondi mal-piż meħtieġ tal-kampjun aggregat li jissemma fit-tabelli 1, 2 u 3.
Fejn il-pakkett bl-imnut huwa inqas minn 300 gramma u jekk id-differenza mhix kbira ħafna, pakkett wieħed bl-imnut għandu jitqies bħala kampjun inkrementali wieħed, u dan jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ inqas minn 30 kg. Jekk il-piż tal-pakkett bl-imnut huwa inqas minn 300 gramma, kampjun wieħed inkrementali għandu jikkonsisti f’żewġ pakketti jew aktar bl-imnut, u permezz tagħhom it-300 gramma jitqarrbu kemm jista’ jkun.
D.1.2. Servej ġenerali tal-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni għat-tin imqadded
Tabella 1
Suddiviżjoni ta’ lottijiet f’sublottijiet skont il-piż tal-prodott u tal-lott
Prodott |
Il-piż tal-lott (tunnellati) |
Piż jew numru ta’ sublottijiet |
In-numru ta’ kampjuni inkrementali |
Il-piż tal-kampjun aggregat (kg) |
Tin imqadded |
≥ 15 |
15-30 tunnellata |
100 |
30 |
< 15 |
— |
10-100 (*) |
≤ 30 |
D.1.3. Metodu ta’ teħid ta’ kampjuni għat-tin imqadded (lottijiet ≥ 15-il tunnellata)
— |
Kemm-il darba s-sublott jista’ fiżikament jinfired, kull lott għandu jiġi suddiviż f’sublottijiet skont it-tabella 1. Jekk jitqies li l-piż tal-lott mhuwiex dejjem eżattament multiplu tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jabqeż il-piż imsemmi b’massimu ta’ 20 %. |
— |
Għandhom jittieħdu kampjuni ta’ kull sublott separatament. |
— |
Għadd ta’ kampjuni inkrementali: 100. |
— |
Il-piż tal-kampjun aggregat = 30 kg li għandu jitħallat u jitqassam fi tliet kampjuni tal-laboratorju ndaqs ta’ 10 kg qabel it-tħin (din id-diviżjoni fi tliet kampjuni tal-laboratorju mhix meħtieġa fil-każ tat-tin imqadded suġġett għal aktar klassifikazzjoni jew trattament ieħor fiżiku u għad-disponibilità tat-tagħmir li jista’ jomoġenizza kampjun ta’ 30 kg). |
— |
Kull kampjun tal-laboratorju ta’ 10 kg għandu jintaħan għalih b’mod fin ħafna u jitħallat sew biex tinkiseb omoġenizzazzjoni sħiħa, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II. |
— |
Jekk ma jkunx possibbli li jitwettaq il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni li ġie deskritt aktar ‘il fuq minħabba l-konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli li jirriżultaw minn ħsara lil-lott (minħabba forom ta’ imballaġġ, mezzi ta’ trasport, eċċ.) jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni sakemm dan ikun kemm jista’ jkun rappreżentattiv u deskritt u ddokumentat bis-sħiħ. |
D.1.4. Metodu ta’ teħid ta’ kampjuni għat-tin imqadded (lottijiet < 15-il tunnellata)
L-għadd ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu jiddependi mill-piż tal-lott, b’minimu ta’ 10 u massimu ta’ 100.
Iċ-ċifri fit-tabella 2 li ġejja jistgħu jintużaw biex jiġi ddeterminat l-għadd ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu u d-diviżjoni sussegwenti tal-kampjun aggregat.
Tabella 2
L-għadd ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu skont il-piż tal-lott u n-numru ta’ suddiviżjonijiet tal-kampjun aggregat
Piż tal-lott (tunnellati) |
Għadd ta’ kampjuni inkrementali |
Piż tal-kampjun aggregat (kg) (fil-każ ta’ pakketti għall-bejgħ bl-imnut, il-piż tal-kampjun aggregat jista’ jvarja – ara l-punt D.1.1) |
Għadd ta’ kampjuni tal-laboratorju mill-kampjun aggregat |
≤ 0,1 |
10 |
3 |
1 (ebda diviżjoni) |
> 0,1 - ≤ 0,2 |
15 |
4,5 |
1 (ebda diviżjoni) |
> 0,2 - ≤ 0,5 |
20 |
6 |
1 (ebda diviżjoni) |
> 0,5 - ≤ 1,0 |
30 |
9 (- < 12 kg) |
1 (ebda diviżjoni) |
> 1,0 - ≤ 2,0 |
40 |
12 |
2 |
> 2,0 - ≤ 5,0 |
60 |
18 (- < 24 kg) |
2 |
> 5,0 - ≤ 10,0 |
80 |
24 |
3 |
> 10,0 - ≤ 15,0 |
100 |
30 |
3 |
— |
Il-piż tal-kampjun aggregat ≤ 30 kg li għandu jitħallat u jinqasam f’żewġ jew tliet kampjuni tal-laboratorju ndaqs ta’ ≤ 10 kg qabel it-tħin (din id-diviżjoni f’żewġ jew tliet kampjuni tal-laboratorju mhix meħtieġa fil-każ tat-tin imqadded, suġġett għal aktar klassifikazzjoni jew trattament ieħor fiżiku u għad-disponibilità ta’ tagħmir li jista’ jomoġenizza kampjuni li jiżnu sa 30 kg). F’każijiet fejn il-piż tal-kampjun aggregat huwa ta’ inqas minn 30 kg, il-kampjun aggregat għandu jinqasam f’kampjuni tal-laboratorju skont il-gwida li ġejja:
|
— |
Kull kampjun tal-laboratorju għandu jintaħan għalih b’mod fin ħafna u jitħallat sew biex tintlaħaq omoġenizzazzjoni sħiħa, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II. |
— |
Jekk ma jkunx possibbli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni li ġie deskritt aktar ‘il fuq minħabba l-konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli li jirriżultaw minn ħsara lil-lott (minħabba forom ta’ imballaġġ, mezzi ta’ trasport, eċċ.) jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni sakemm dan ikun kemm jista’ jkun rappreżentattiv u deskritt u ddokumentat b’mod sħiħ. |
D.1.5. Metodu tat-teħid ta’ kampjuni għal prodotti derivati u għal ikel kompost
D.1.5.1.
— |
Għadd ta’ kampjuni inkrementali: 100; għal lottijiet ta’ taħt il-50 tunnellata l-għadd ta’ kampjuni inkrementali għandu jkun minn 10 sa 100, skont il-piż tal-lott (ara t-tabella 3). Tabella 3 Għadd ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu skont il-piż tal-lott
|
— |
Il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jkun ta’ madwar 100 gramma. Fil-każ ta’ lottijiet f’pakketti tal-bejgħ bl-imnut, il-piż tal-kampjun inkrementali jiddependi mill-piż tal-pakkett għall-bejgħ bl-imnut. |
— |
Il-piż tal-kampjun aggregat = 1-10 kg imħalltin biżżejjed. |
D.1.5.2.
Metodu tat-teħid ta’ kampjuni u aċċettazzjoni bħal tat-tin imqadded (D.1.3 u D.1.4).
D.1.6. Teħid ta’ kampjuni fl-istadju ta’ bejgħ bl-imnut
Fejn huwa possibbli, it-teħid ta’ kampjuni tal-oġġetti tal-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din il-parti tal-Anness I.
Fejn dan ma jkunx possibbli, jistgħu jintużaw metodi effettivi oħra ta’ teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut sakemm dawn jiżguraw li l-kampjun aggregat huwa rappreżentattiv b’mod suffiċjenti tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni u huwa deskritt u ddokumentat bis-sħiħ. Ikun xi jkun il-każ, il-kampjun aggregat għandu jkun ta’ mill-inqas 1 kg (**).
D.1.7. Metodu speċifiku għat-teħid ta’ kampjuni ta’ tin imqadded u prodotti li ġejjin mit-tin mibjugħa f’pakketti ssiġillati taħt vakum
D.1.7.1
Għal lottijiet li jiżnu 15-il tunnellata jew aktar għandhom jittieħdu tal-inqas 50 kampjun inkrementali li jirriżultaw f’kampjun aggregat ta’ 30 kg, u għal lottijiet ta’ inqas minn 15-il tunnellata għandhom jittieħdu 50 % tal-għadd ta’ kampjuni inkrementali msemmija fit-tabella 2, li jirriżultaw f’kampjun aggregat li l-piż tiegħu jikkorrispondi għall-piż tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni (ara t-tabella 2).
D.1.7.2.
Għal lottijiet li jiżnu 50 tunnellata jew aktar għandhom jittieħdu tal-inqas 25 kampjun inkrementali li jirriżultaw f’kampjun aggregat ta’ 10 kg u għal lottijiet ta’ inqas minn 50 tunnellata għandhom jittieħdu 25 % tan-numru ta’ kampjuni inkrementali li jissemma fit-tabella 3 li jirriżultaw f’kampjun aggregat li l-piż tiegħu jikkorrispondi għall-piż tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni (ara t-tabella 3).
D.1.8. Aċċettazzjoni ta’ lott jew sublott
Għat-tin imqadded suġġett għal klassifikazzjoni jew trattament fiżiku ieħor:
— |
aċċettazzjoni jekk il-kampjun aggregat jew il-medja tal-kampjuni tal-laboratorju tikkonforma mal-limitu massimu, waqt li jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qies; |
— |
rifjut jekk il-kampjun aggregat jew il-medja tal-kampjuni tal-laboratorju taqbeż il-limitu massimu lil hinn minn kull dubju ġġustifikat waqt li jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qies. |
Għat-tin imqadded maħsub għall-konsum dirett mill-bniedem:
— |
aċċettazzjoni jekk l-ebda wieħed mill-kampjuni tal-laboratorju ma jaqbeż il-limitu massimu, waqt li jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qies; |
— |
rifjut jekk wieħed jew aktar mill-kampjuni tal-laboratorju jaqbeż/jaqbżu l-limitu massimu lil hinn minn kull dubju ġġustifikat waqt li jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qies. |
F’każijiet fejn il-kampjun aggregat huwa ta’ 12-il kg jew inqas:
— |
aċċettazzjoni jekk il-kampjun tal-laboratorju jikkonforma mal-limitu massimu, waqt li jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qies; |
— |
rifjut jekk, mingħajr l-iċken dubju, il-kampjun tal-laboratorju jaqbeż il-limitu massimu waqt li jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qies. |
D.2. Metodu ta’ teħid ta’ kampjuni għall-ġewż tal-art (karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, lewż tal-berquq u ġewż tas-siġar
Dan il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni huwa ta’ applikazzjoni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli massimi stabbiliti għall-aflatossina B1 u għall-aflatossini totali fil-ġewż tal-art (karawett), żrieragħ taż-żejt oħra, lewż tal-berquq u ġewż tas-siġar.
D.2.1. Piż tal-kampjun inkrementali
Il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jkun ta’ madwar 200 gramma, sakemm mhux iddefinit mod ieħor fil-parti D.2. tal-Anness I.
Fil-każ ta’ lottijiet f’imballaġġ bl-imnut, il-piż tal-kampjun inkrementali jiddependi fuq il-piż tal-imballaġġ bl-imnut.
Fil-każ tal-pakketti bl-imnut ta’ aktar minn 200 gramma, dan jirriżulta f’kampjuni aggregati li jiżnu aktar minn 20 kg. Jekk il-piż ta’ pakkett wieħed bl-imnut huwa ħafna aktar minn 200 gramma, jittieħdu 200 gramma minn kull pakkett individwali bl-imnut bħala kampjun inkrementali. Dan jista’ jsir jew meta jittieħed il-kampjun jew fil-laboratorju. Madankollu, f’każijiet fejn dan il-metodu għat-teħid ta’ kampjuni jista’ jwassal għal konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli li jirriżultaw minn ħsara li ssir lil-lott (minħabba forom ta’ ippakkjar, mezzi ta’ trasport. eċċ.), jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni. Pereżempju, f’każ fejn prodott ta’ valur huwa kkummerċjalizzat f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut ta’ 500 gramma jew ta’ 1 kg, il-kampjun aggregat jista’ jinkiseb bl-aggregazzjoni ta’ għadd ta’ kampjuni inkrementali li huwa iżgħar mill-għadd indikat fit-tabelli 1, 2 u 3, sakemm il-piż tal-kampjun aggregat jikkorrispondi mal-piż meħtieġ tal-kampjun aggregat li jissemma fit-tabelli 1, 2 u 3.
Fejn il-pakkett bl-imnut huwa inqas minn 200 gramma u jekk id-differenza mhix kbira ħafna, pakkett wieħed bl-imnut jitqies bħala kampjun wieħed inkrementali, u dan iwassal għal kampjun aggregat ta’ inqas minn 20 kg. Jekk il-piż tal-pakkett bl-imnut huwa inqas minn 200 gramma, kampjun wieħed inkrementali għandu jikkonsisti f’żewġ pakketti jew aktar bl-imnut, u permezz tagħhom il-200 gramma jitqarrbu kemm jista’ jkun.
D.2.2. Stħarriġ ġenerali tal-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni għall-ġewż tal-art (karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, lewż tal-berquq u ġewż tas-siġar
Tabella 1
Suddiviżjoni ta’ lottijiet f’sublottijiet skont il-piż tal-prodott u tal-lott
Prodott |
Piż tal-lott (tunnellati) |
Piż jew għadd ta’ sublottijiet |
Għadd ta’ kampjuni inkrementali |
Piż tal-kampjun aggregat (kg) |
Ġewż tal-art (karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, lewż tal-berquq u ġewż tas-siġar |
≥ 500 |
100 tunnellata |
100 |
20 |
> 125 u < 500 |
5 sublottijiet |
100 |
20 |
|
≥ 15 u ≤ 125 |
25 tunnellata |
100 |
20 |
|
< 15 |
— |
10-100 (***) |
≤ 20 |
D.2.3. Metodu ta’ teħid ta’ kampjuni għall-ġewż tal-art (karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, lewż tal-berquq u ġewż tas-siġar (lottijiet ≥ 15-il tunnellata)
— |
Kemm-il darba s-sublott jista’ fiżikament jinfired, kull lott għandu jiġi suddiviż f’sublottijiet skont it-tabella 1. Jekk jitqies li l-piż tal-lott mhuwiex dejjem eżattament multiplu tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jaqbeż il-piż imsemmi b’massimu ta’ 20 %. |
— |
Għandhom jittieħdu kampjuni ta’ kull sublott separatament. |
— |
Għadd ta’ kampjuni inkrementali: 100. |
— |
Il-piż tal-kampjun aggregat = 20 kg li għandu jitħallat u jinqasam fi tliet kampjuni tal-laboratorju ndaqs ta’ 10 kg qabel it-tħin (din id-diviżjoni fi tliet kampjuni tal-laboratorju mhix meħtieġa fil-każ tal-ġewż tal-art (karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, lewż tal-berquq u ġewż tas-siġar suġġetti għal aktar klassifikazzjoni jew trattament ieħor fiżiku u għad-disponibilità tat-tagħmir li jista’ jomoġenizza kampjun ta’ 20 kg). |
— |
Kull kampjun tal-laboratorju ta’ 10 kg għandu jintaħan għalih b’mod fin ħafna u jitħallat sew biex tinkiseb omoġenizzazzjoni sħiħa, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II. |
— |
Jekk ma jkunx possibbli li jitwettaq il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni li ġie deskritt aktar ‘il fuq minħabba l-konsegwenzi kummerċjali li jirriżultaw minn ħsara lil-lott (minħabba forom ta’ imballaġġ, mezzi ta’ trasport, eċċ.) jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni sakemm dan ikun kemm jista’ jkun rappreżentattiv u deskritt u ddokumentat bis-sħiħ. |
D.2.4. Metodu ta’ teħid ta’ kampjuni għall-ġewż tal-art (karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, lewż tal-berquq u ġewż tas-siġar (lottijiet < 15-il tunnellata)
L-għadd ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu jiddependi mill-piż tal-lott, b’minimu ta’ 10 u massimu ta’ 100.
Iċ-ċifri fit-tabella 2 li ġejja jistgħu jintużaw biex jiġi ddeterminat l-għadd ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu u d-diviżjoni sussegwenti tal-kampjun aggregat.
Tabella 2
L-għadd ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu skont il-piż tal-lott u n-numru ta’ suddiviżjonijiet tal-kampjun aggregat
Piż tal-lott (tunnellati) |
Għadd ta’ kampjuni inkrementali |
Piż tal-kampjun aggregat (kg) (fil-każ ta’ pakketti għall-bejgħ bl-imnut, il-piż tal-kampjun aggregat jista’ jvarja – ara l-punt D.2.1) |
Għadd ta’ kampjuni tal-laboratorju mill-kampjun aggregat |
≤ 0,1 |
10 |
2 |
1 (ebda diviżjoni) |
> 0,1 - ≤ 0,2 |
15 |
3 |
1 (ebda diviżjoni) |
> 0,2 - ≤ 0,5 |
20 |
4 |
1 (ebda diviżjoni) |
> 0,5 - ≤ 1,0 |
30 |
6 |
1 (ebda diviżjoni) |
> 1,0 - ≤ 2,0 |
40 |
8 (- < 12 kg) |
1 (ebda diviżjoni) |
> 2,0 - ≤ 5,0 |
60 |
12 |
2 |
> 5,0 - ≤ 10,0 |
80 |
16 |
2 |
> 10,0 - ≤ 15,0 |
100 |
20 |
2 |
— |
Il-piż tal-kampjun aggregat ≤ 20 kg li għandu jitħallat u jekk meħtieġ jinqasam f’żewġ kampjuni tal-laboratorju ndaqs ta’ ≤ 10 kg qabel it-tħin (din id-diviżjoni f’żewġ kampjuni tal-laboratorju mhix meħtieġa fil-każ tal-ġewż tal-art (karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, lewż tal-berquq u ġewż tas-siġar suġġetti għal aktar klassifikazzjoni jew trattament ieħor fiżiku u għad-disponibilità tat-tagħmir li jista’ jomoġenizza kampjun sa 20 kg). F’każijiet fejn il-piż tal-kampjun aggregat huwa ta’ inqas minn 20 kg, il-kampjun aggregat għandu jinqasam f’kampjuni tal-laboratorju skont il-gwida li ġejja:
|
— |
Kull kampjun tal-laboratorju għandu jintaħan għalih b’mod fin ħafna u jitħallat sew biex tintlaħaq omoġenizzazzjoni sħiħa, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II. |
— |
Jekk ma jkunx possibbli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni li ġie deskritt aktar ‘il fuq minħabba l-konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli li jirriżultaw minn ħsara lil-lott (minħabba forom ta’ imballaġġ, mezzi ta’ trasport, eċċ.) jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni sakemm dan ikun kemm jista’ jkun rappreżentattiv u deskritt u ddokumentat b’mod sħiħ. |
D.2.5. Metodu ta’ teħid ta’ kampjuni għall-prodotti derivati, għajr għaż-żejt veġetali, u l-ikel kompost.
D.2.5.1.
— |
Għadd ta’ kampjuni inkrementali: 100; għal lottijiet ta’ taħt il-50 tunnellata l-għadd ta’ kampjuni inkrementali għandu jkun minn 10 sa 100, skont il-piż tal-lott (ara t-tabella 3). Tabella 3 Għadd ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu skont il-piż tal-lott
|
— |
Il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jkun ta’ madwar 100 gramma. Fil-każ ta’ lottijiet f’pakketti tal-bejgħ bl-imnut, il-piż tal-kampjun inkrementali jiddependi mill-piż tal-pakkett għall-bejgħ bl-imnut. |
— |
Il-piż tal-kampjun aggregat = 1-10 kg imħalltin biżżejjed. |
D.2.5.2.
Metodu ta’ teħid ta’ kampjuni u aċċettazzjoni għall-ġewż tal-art (karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, lewż tal-berquq u ġewż tas-siġar (D.2.3 u D.2.4).
D.2.6. Teħid ta’ kampjuni fl-istadju ta’ bejgħ bl-imnut
Fejn huwa possibbli, it-teħid ta’ kampjuni tal-oġġetti tal-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din il-parti tal-Anness I.
Fejn dan ma jkunx possibbli, jistgħu jintużaw metodi effettivi oħra ta’ teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut sakemm dawn jiżguraw li l-kampjun aggregat huwa rappreżentattiv b’mod suffiċjenti tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni u huwa deskritt u ddokumentat bis-sħiħ. Ikun xi jkun il-każ, il-kampjun aggregat għandu jkun ta’ mill-inqas 1 kg (**).
D.2.7. Metodu speċifiku ta’ teħid ta’ kampjuni għall-ġewż tal-art (karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, lewż tal-berquq u prodotti derivati mibjugħa f’pakketti ssiġillati taħt vakum
D.2.7.1.
Għal lottijiet li jiżnu 15-il tunnellata jew aktar għandhom jittieħdu tal-inqas 50 kampjun inkrementali li jirriżultaw f’kampjun aggregat ta’ 20 kg, u għal lottijiet ta’ inqas minn 15-il tunnellata għandhom jittieħdu 50 % tal-għadd ta’ kampjuni inkrementali msemmija fit-tabella 2, li jirriżultaw f’kampjun aggregat li l-piż tiegħu jikkorrispondi għall-piż tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni (ara t-tabella 2).
D.2.7.2.
Għal-lottijiet li jiżnu 15-il tunnellata jew aktar għandhom jittieħdu tal-inqas 25 kampjun inkrementali li jirriżultaw f’kampjun aggregat ta’ 20 kg u għal-lottijiet ta’ inqas minn 15-il tunnellata għandhom jittieħdu 25 % tan-numru ta’ kampjuni inkrementali li jissemma fit-tabella 2 li jirriżultaw f’kampjun aggregat li l-piż tiegħu jikkorrispondi għall-piż tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni (ara t-tabella 2).
D.2.7.3.
Għal-lottijiet li jiżnu daqs jew aktar minn 50-il tunnellata għandhom jittieħdu tal-inqas 25 kampjun inkrementali li jirriżultaw f’kampjun aggregat ta’ 10 kg, u għal-lottijiet ta’ inqas minn 50 tunnellata għandhom jittieħdu 25 % tan-numru tal-kampjuni inkrementali li jissemma fit-tabella 3 li jirriżultaw f’kampjun aggregat li l-piż tiegħu jikkorrispondi għall-piż tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni (ara t-tabella 3).
D.2.8. Aċċettazzjoni ta’ lott jew sublott
Għall-ġewż tal-art (karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, lewż tal-berquq u ġewż tas-siġar suġġetti għal klassifikazzjoni jew trattament ieħor fiżiku:
— |
aċċettazzjoni jekk il-kampjun aggregat jew il-medja tal-kampjuni tal-laboratorju tikkonforma mal-limitu massimu, waqt li jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qies; |
— |
rifjut jekk il-kampjun aggregat jew il-medja tal-kampjuni tal-laboratorju teċċedi l-limitu massimu lil hinn minn kull dubju ġġustifikat waqt li jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qies. |
Għall-ġewż tal-art (karawett), żrieragħ oħra taż-żejt, lewż tal-berquq u ġewż tas-siġar maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem:
— |
aċċettazzjoni jekk l-ebda wieħed mill-kampjuni tal-laboratorju ma jeċċedi l-limitu massimu, waqt li jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qies; |
— |
rifjut jekk wieħed jew aktar mill-kampjuni tal-laboratorju jaqbeż/jaqbżu l-limitu massimu lil hinn minn kull dubju ġġustifikat waqt li jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qies. |
F’każijiet fejn il-kampjun aggregat huwa ta’ 12-il kg jew inqas:
— |
aċċettazzjoni jekk il-kampjun tal-laboratorju jikkonforma mal-limitu massimu, waqt li jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qies; |
— |
rifjut jekk il-kampjun tal-laboratorju jaqbeż il-limitu massimu lil hinn minn kull dubju ġġustifikat waqt li jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qies; |
(*) Skont il-piż tal-lott – ara t-tabella 2 ta’ din il-parti D.1 ta’ dan l-Anness
(***) Skont il-piż tal-lott – ara t-tabella 2 ta’ din il-parti D.2. ta’ dan l-Anness
ANNESS II
“G. METODU TA’ TEĦID TA’ KAMPJUNI GĦALL-KAFÈ, PRODOTTI TAL-KAFÈ, GĦERQ TAL-LIKORIZJA U ESTRATT TAL-LIKORIZJA
Dan il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni huwa ta’ applikazzjoni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli massimi stabbiliti għall-okratossina A fiż-żibeġ tal-kafè nkaljat, fil-kafè mitħun inkaljat, fil-kafè li jinħall, fl-għerq tal-likorizja u fl-estratt tal-likorizja.
G.1. Piż tal-kampjun inkrementali
Il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jkun ta’ madwar 100 gramma, sakemm mhux iddefinit mod ieħor f’din il-parti G tal-Anness I.
Fil-każ tal-lottijiet f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut, il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jiddependi mill-piż tal-pakkett għall-bejgħ bl-imnut.
Fil-każ tal-pakketti bl-imnut ta’ aktar minn 100 gramma, dan jirriżulta f’kampjuni aggregati li jiżnu aktar minn 10 kg. Jekk il-piż ta’ pakkett wieħed bl-imnut huwa ħafna aktar minn 100 gramma, jittieħdu 100 gramma minn kull pakkett individwali bl-imnut bħala kampjun inkrementali. Dan jista’ jsir jew meta jittieħed il-kampjun jew fil-laboratorju. Madankollu, f’każijiet fejn dan il-metodu għat-teħid ta’ kampjuni jista’ jwassal għal konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli li jirriżultaw minn ħsara li ssir lil-lott (minħabba forom ta’ ippakkjar, mezzi ta’ trasport. eċċ.), jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni. Pereżempju, fil-każ fejn prodott ta’ valur huwa kkummerċjalizzat f’pakketti għall-bejgħ bl-imnut ta’ 500 gramma jew 1 kg, il-kampjun aggregat jista’ jinkiseb bl-aggregazzjoni ta’ numru ta’ kampjuni inkrementali li huwa iżgħar min-numru indikat fit-tabelli 1 u 2, sakemm il-piż tal-kampjun aggregat jikkorrispondi għall-piż meħtieġ tal-kampjun aggregat li jissemma fit-tabelli 1 u 2.
Fejn il-pakkett bl-imnut huwa inqas minn 100 gramma u jekk id-differenza mhix kbira ħafna, pakkett wieħed bl-imnut jitqies bħala kampjun wieħed inkrementali, u dan iwassal għal kampjun aggregat ta’ inqas minn 10 kg. Jekk il-piż tal-pakkett bl-imnut huwa inqas minn 100 gramma, kampjun wieħed inkrementali għandu jikkonsisti f’żewġ pakketti jew aktar bl-imnnut, u permezz tagħhom il-100 gramma jitqarrbu kemm jista’ jkun.
G.2. Stħarriġ ġenerali tal-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kafè nkaljat, kafè mitħun inkaljat, kafè li jinħall, għerq tal-likorizja u estratt tal-likorizja
Tabella 1
Is-suddiviżjoni tal-lottijiet f’sublottijiet skont il-prodott u l-piż tal-lott
Prodott |
Piż tal-lott (tunnellati) |
Piż jew għadd ta’ sublottijiet |
Għadd ta’ kampjuni inkrementali |
Il-piż tal-kampjun aggregat (kg) |
Żibeġ tal-kafè nkaljat, kafè mitħun inkaljat, kafè li jinħall, għerq tal-likorizja u estratt tal-likorizja |
≥ 15 |
15-30 tunnellata |
100 |
10 |
< 15 |
— |
10-100 (*) |
1-10 |
G.3. Metodu għat-teħid ta’ kampjuni għaż-żibeġ tal-kafè nkaljat, kafè mitħun inkaljat, kafè li jinħall, għerq tal-likorizja u estratt tal-likorizja (lottijiet ta’ ≥ 15-il tunnellata)
— |
Kemm-il darba s-sublott jista’ fiżikament jinfired, kull lott għandu jiġi suddiviż f’sublottijiet skont it-tabella 1. Waqt li jitqies li l-piż tal-lott mhuwiex dejjem eżattament multiplu tal-piż tas-sublottijiet, il-piż tas-sublott jista’ jvarja mill-piż imsemmi b’massimu ta’ 20 %. |
— |
Għandhom jittieħdu kampjuni ta’ kull sublott separatament. |
— |
Għadd ta’ kampjuni inkrementali: 100. |
— |
Il-piż tal-kampjun aggregat = 10 kg. |
— |
Jekk ma jkunx possibbli li jitwettaq il-metodu tat-teħid ta’ kampjuni li ġie deskritt aktar ‘il fuq minħabba l-konsegwenzi kummerċjali inaċċettabbli li jirriżultaw minn ħsara lil-lott (minħabba forom ta’ imballaġġ, mezzi ta’ trasport, eċċ.) jista’ jiġi applikat metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni sakemm dan ikun kemm jista’ jkun rappreżentattiv u deskritt u ddokumentat b’mod sħiħ. |
G.4. Metodu għat-teħid ta’ kampjuni għaż-żibeġ tal-kafè nkaljat, kafè mitħun inkaljat, kafè li jinħall, għerq tal-likorizja u estratt tal-likorizja (lottijiet ta’ < 15-il tunnellata)
Għall-kafè nkaljat, kafè mitħun inkaljat, kafè li jinħall, għerq tal-likorizja u estratt tal-likorizja taħt il-15-il tunnellata, il-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni għandu jintuża b’10 sa 100 kampjun inkrementali, skont il-piż tal-lott, u dan jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ minn 1 kg sa 10 kg.
Iċ-ċifri fit-tabella li ġejja jistgħu jintużaw biex jiġi ddeterminat l-għadd ta’ kampjuni inkrementali li jrid jittieħed.
Tabella 2
Għadd ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu skont il-piż tal-lott ta’ kafè nkaljat, kafè inkaljat mitħun, kafè li jinħall, għerq tal-likorizja u estratt tal-likorizja
Piż tal-lott (tunnellati) |
Għadd ta’ kampjuni inkrementali |
Piż tal-kampjun aggregat (kg) |
≤ 0,1 |
10 |
1 |
> 0,1 - ≤ 0,2 |
15 |
1,5 |
> 0,2 - ≤ 0,5 |
20 |
2 |
> 0,5 - ≤ 1,0 |
30 |
3 |
> 1,0 - ≤ 2,0 |
40 |
4 |
> 2,0 - ≤ 5,0 |
60 |
6 |
> 5,0 - ≤ 10,0 |
80 |
8 |
> 10,0 - ≤ 15,0 |
100 |
10 |
G.5. Metodu ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kafè nkaljat, kafè mitħun inkaljat, kafè li jinħall, għerq tal-likorizja u estratt tal-likorizja mibjugħa f’pakketti ssiġillati taħt vakum
Għal-lottijiet li jiżnu daqs jew aktar minn 15-il tunnellata għandhom jittieħdu tal-inqas 25 kampjun inkrementali li jirriżultaw f’kampjun aggregat ta’ 10 kg, u għal-lottijiet ta’ inqas minn 15-il tunnellata għandhom jittieħdu 25 % tan-numru tal-kampjuni inkrementali li jissemma fit-tabella 2 li jirriżultaw f’kampjun aggregat li l-piż tiegħu jikkorrispondi għall-piż tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni (ara t-tabella 2).
G.6. Teħid ta’ kampjuni fl-istadju ta’ bejgħ bl-imnut
Fejn huwa possibbli, it-teħid ta’ kampjuni tal-oġġetti tal-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet tat-teħid ta’ kampjuni stabbiliti f’din il-parti tal-Anness I.
Fejn dak ma jkunx possibbli, jista’ jintuża metodu alternattiv ta’ teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut sakemm dan jiżgura li l-kampjun aggregat huwa rappreżentattiv b’mod suffiċjenti tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni u huwa deskritt u ddokumentat b’mod sħiħ. Ikun xi jkun il-każ, il-kampjun aggregat għandu jkun ta’ mill-inqas 1 kg (**).
G.7. Aċċettazzjoni ta’ lott jew sublott
— |
aċċettazzjoni jekk il-kampjun tal-laboratorju jikkonforma mal-limitu massimu, waqt li jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qies; |
— |
rifjut jekk il-kampjun tal-laboratorju jaqbeż il-limitu massimu lil hinn minn kull dubju ġġustifikat waqt li jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qies. |
(*) Skont il-piż tal-lott – ara t-tabella 2 ta’ din il-parti ta’ dan l-Anness
ANNESS III
“K. METODU TA’ TEĦID TA’ KAMPJUNI GĦAŻ-ŻJUT VEĠETALI
Dan il-metodu ta’ teħid ta’ kampjuni huwa ta’ applikazzjoni għall-kontroll uffiċjali tal-livelli massimi stabbiliti għall-mikotossini, b’mod partikolari l-aflatossina B1, l-aflatossina totali u z-zearalenona fiż-żjut veġetali.
K.1. Metodu ta’ teħid ta’ kampjuni għaż-żjut veġetali
— |
Il-piż tal-kampjun inkrementali għandu jkun tal-inqas madwar 100 gramma (ml) (skont in-natura tal-kunsinna, pereżempju żejt veġetali fi kwantità kbira, għandhom jittieħdu tal-inqas 3 kampjuni inkrementali ta’ madwar 350 ml), u dan jirriżulta f’kampjun aggregat ta’ mill-inqas 1 kg (litru). |
— |
L-għadd minimu ta’ kampjuni inkrementali li jrid jittieħed mil-lott għandu jkun kif jidher fit-Tabella 1. Il-lott għandu jkun imħallat sewwa kemm jista’ jkun jew bl-idejn jew b’mezzi mekkaniċi minnufih qabel it-teħid ta’ kampjuni. F’dan il-każ, wieħed jista’ jassumi tqassim omoġenju ta’ aflotossina ġewwa lott wieħed partikolari, għalhekk ikun biżżejjed li jittieħdu tliet kampjuni inkrementali minn lott wieħed biex jiġi ffurmat il-kampjun aggregat. Tabella 1 Għadd minimu ta’ kampjuni inkrementali li għandhom jittieħdu mil-lott
Tabella 2 Qsim mil-ġdid ta’ lottijiet f’sublottijiet skont il-piż tal-lott
|
K.2. Metodu ta’ teħid ta’ kampjuni għaż-żjut veġetali fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut
Fejn huwa possibbli, it-teħid ta’ kampjuni tal-oġġetti tal-ikel fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għandu jsir skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din il-parti tal-Anness I.
Fejn dan ma jkunx possibbli, jistgħu jintużaw metodi effettivi oħra ta’ teħid ta’ kampjuni fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut sakemm dawn jiżguraw li l-kampjun aggregat huwa rappreżentattiv b’mod suffiċjenti tal-lott li minnu ttieħdu l-kampjuni u huwa deskritt u ddokumentat bis-sħiħ. Ikun xi jkun il-każ, il-kampjun aggregat għandu jkun ta’ mill-inqas 1 kg (**).
K.3. Aċċettazzjoni ta’ lott jew sublott
— |
aċċettazzjoni jekk il-kampjun tal-laboratorju jikkonforma mal-limitu massimu, waqt li jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qies; |
— |
rifjut jekk il-kampjun tal-laboratorju jaqbeż il-limitu massimu lil hinn minn kull dubju ġġustifikat waqt li jitqiesu l-korrezzjoni għall-irkupru u l-inċertezza tal-qies. |
(*) Kemm-il darba sublott jista’ fiżikament jinfired, kunsinni/lottijiet kbar ta’ żjut veġetali fi kwantità kbira għandom jinqasmu mill-ġdid f’sublottijiet kif previst fit-tabella 2 ta’ din il-parti.