Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0169

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 169/2010 tal- 1 ta' Marzu 2010 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

    ĠU L 51, 2.3.2010, p. 2–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/169/oj

    2.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 51/2


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 169/2010

    tal-1 ta' Marzu 2010

    li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikoli 4k sa 4t tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 312/2009 (3) jistipulaw li operaturi ekonomiċi li ma jkunux stabbiliti fiż-żona doganali tal-Komunità għandhom jiġu reġistrati mill-awtorità doganali jew mill-awtorità maħtura tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, huwa neċessarju li jiġi speċifikat li operaturi ekonomiċi li ma jkunux stabbiliti fiż-żona doganali tal-Komunità u li jippreżentaw dikjarazzjoni doganali fil-Komunita'biex jissottomettu prodotti taħt il-proċedura ta’ importazzjoni temporanja ma jkollhomx bżonn li jiġu reġistrati għal numru ta' Reġistrazzjoni u Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (numru EORI) jekk jagħlqu dik il-proċedura permezz ta' esportazzjoni mill-ġdid.

    (2)

    Operaturi ekonomiċi stabbiliti f'parti kontraenti fil-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' tranżitu, approvata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/415/EEC (4), barra mill-Unjoni Ewropea li jippreżentaw dikjarazzjoni doganali biex iqiegħdu prodotti taħt il-proċedura ta' tranżitu komuni u operaturi ekonomiċi stabbiliti f’Andorra u San Marino li jippreżentaw dikjarazzjoni doganali biex iqiegħdu prodotti taħt il-proċedura ta' tranżitu tal-Komunità diġà huma assenjati numri ta' identifikazzjoni ta' kummerċjanti li jistgħu jintużaw biex bihom ikunu identifikati. Huma għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-obbligu ta' reġistrazzjoni għal numru EORI. Madankollu, dik l-eċċezzjoni għandha tkun limitata biss għal każijiet fejn id-dejta pprovduta fid-dikjarazzjoni doganali ma tkunx użata bħala dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ħruġ, peress li n-numru EORI huwa importanti biex ikunu jistgħu jsiru analiżi ta’ riskju f’dawk il-każijiet.

    (3)

    Fid-dawl tal-Artikolu 186 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 312/2009, l-Anness 30a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jiġi adattat.

    (4)

    Sabiex l-uffiċċju doganali tal-ewwel port jew ajruport ta’ dħul ikun jista’ jgħaddi, fejn ikun xieraq, informazzjoni neċessarja sabiex isseħħ analiżi xierqa dwar riskji lill-uffiċċju doganali fi kwalunkwe port jew ajruport kif stipulat fl-Artikolu 184e tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, huwa meħtieġ li jiżdied obbligu ta’ dejta ġdid kif ukoll in-nota ta’ spjegazzjoni relatata dwar id-dejta fl-Anness 30a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    (5)

    L-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, għandu jirrifletti l-fatt li f’xi każijiet speċifiċi jiġu imposti dazji skont arranġamenti tal-unjoni doganali konklużi mill-Unjoni Ewropea.

    (6)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 tal-4 ta’ Marzu1980 fuq il-ħlas bil-quddiem ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni rigward prodotti agrikoli (5) ġie mħassar. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 (6) li hemm bħalissa jistipula l-kundizzjonijiet li taħthom tingħata r-rifużjoni speċjali ta’ esportazzjoni fir-rigward ta’ laħam bil-għadma minn annimali tal-ifrat adulti maskili li jitqiegħu taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali qabel l-esportazzjoni filwaqt li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (7) jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ċerti prodotti priżervati taċ-ċanga u tal-vitella li jkun jinħtieġu superviżjoni doganali u kontroll doganali matul il-manifattura qabel l-esportazzjoni. L-Annessi 37 u 38 għar-Regolament (KEE) Nru. 2454/93 għandhom jinbidlu kif xieraq.

    (7)

    L-Artikolu 152(1)(a)a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 215/2006 (8) jipprevedi sistema li permezz tagħha l-prezzijiet bl-unità li jiġu notifikati mill-Istati Membri u mxandra mill-Kummissjoni jistgħu jiġu użati biex jiġi determinat il-valur doganali ta’ ċerti prodotti li jmorru li jiġu impurtati b’kunsinnji. Dik is-sistema tieħu post regoli speċifiċi għad-determinazzjoni tal-valur doganali ta' ċerti prodotti li jmorru li huma msemmija fl-Artikoli 173 sa 177 tar-Regolament (KE) Nru 2454/93. L-Anness 38 għal dak ir-Regolament għandu għalhekk jiġi aġġornat.

    (8)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3223/94 tal-21 ta’ Diċembru 1994 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-arranġamenti ta’ importazzjoni tal-frott u l-ħxejjex (9) inbidel bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli ta’ implimentazzjoni għar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru. 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru. 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (10). Dak it-tibdil għandu jiġi rifless fl-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    (9)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli (11) nbidel bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli (12). Il-Kaxxa 37 tal-Anness 38 tar-Regolament (KE) Nru 2454/93 għandu għalhekk jiġi aġġustat kif xieraq.

    (10)

    Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet dwar proċeduri simplifikati fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1875/2006 (13), huwa meħtieġ li jiġu aġġornati l-kodiċi għal “Informazzjoni addizzjonali” fil-Kaxxa 44 tal-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, skont dan.

    (11)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) biex jiddaħħlu dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dħul u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru. 2454/93, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1875/2006, jipprovdi għal dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dħul għall-iskopijiet ta’ ħażna temporanja. Dawn iż-żewġ dikjarazzjonijiet għandhom għalhekk jiġu inklużi fil-“Lista ta” abbrevazzjonijiet għal dokumenti’ fl-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

    (12)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għaldaqstant jiġi emendat b’dan il-mod.

    (13)

    Sabiex tiġi żgurata l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament hu neċessarju li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien għall-adattar neċessarju tas-sistemi kompjuterizzati tagħhom.

    (14)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 41(3), punt (a) huwa sostitwit b'li ġej:

    “(a)

    Jissottometti fil-Komunità sommarju jew dikjarazzjoni doganali li mhix waħda minn dawn li ġejjin:

    (i)

    dikjarazzjoni doganali magħmula skont l-Artikoli 225 sa 238

    (ii)

    dikjarazzjoni doganali magħmula għall-importazzjoni temporanja jew biex din il-proċedura tingħalaq permezz ta’ esportazzjoni mill-ġdid;

    (iii)

    dikjarazzjoni doganali li tkun saret skont il-proċedura ta’ tranżitu komuni minn operatur ekonomiku stabbili f’parti kontraenti tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni tat-tranżitu barra l-Unjoni Ewropea, fejn dik id-dikjarrazzjoni ma tintużax ukoll bħala dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jew ħruġ;

    (iv)

    dikjarazzjoni doganali magħmula taħt il-proċedura ta' tranżitu tal-Komunità minn operatur ekonomiku stabbiliti fl-Andorra jew f’San Marino, fejn dik id-dikjarazzjoni ma tintużax wkoll bħala dikjarazzjoni sommarja ta' dħul jew ħruġ.”

    (2)

    L-Anness 30a hu emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    (3)

    L-Anness 37 hu emendat skont lAnness II ta’ dan ir-Regolament.

    (4)

    L-Anness 38 hu emendat skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati-Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

    (2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

    (3)  ĠU L 98, 17.4.2009, p. 3.

    (4)  OJ L 226, 13.8.1987, p. 1.

    (5)  ĠU L 62, 7.3.1980, p. 5.

    (6)  ĠU L 329, 25.11.2006, p. 7.

    (7)  ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12.

    (8)  ĠU L 38, 9.2.2006, p. 11.

    (9)  ĠU L 337, 24.12.1994, p. 66.

    (10)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

    (11)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.

    (12)  ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1.

    (13)  ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64.

    (14)  ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13.


    ANNESS I

    L-Anness 30a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fit-Taqsima 1, it-tieni sentenza tan-nota 1.3 għandha titħassar.

    (2)

    Is-Sezzjoni 2 hi emendata kif ġej:

    (a)

    Fit-Tabella 1, tidħol ir-ringiela li ġejja:

    “Kodiċi ta' uffiċċju/i doganali ta' dħul sussegwenti

     

    Z”

    (b)

    Fit-Tabella 2, tidħol ir-ringiela li ġejja:

    “Kodiċi ta' uffiċċju/i doganali ta' dħul sussegwenti

     

    Z”

    (c)

    Fit-Tabella 5, tidħol ir-ringiela li ġejja:

    “Kodiċi ta' uffiċċju/i doganali ta' dħul sussegwenti

     

    Z”

    (3)

    Taqsima 4 tiġi emendata kif ġej:

    (a)

    Taħt “Uffiċċju doganali ta' ħruġ”, l-ewwel paragrafu tan-nota ta’ spjegazzjoni tinbidel b’dan li ġej:

    “Kodiċi previst fl-Anness 38 għal kaxxa SAD 29 għall-uffiċċju doganali ta' ħruġ intenzjonat”

    (b)

    Għandha tiżdied in-nota ta’ spjegazzjoni li ġejja:

    Kodiċi ta' uffiċċju/i doganali ta' dħul sussegwenti

    L-identifikazzjoni tal-uffiċċji doganali ta' dħul sussegwenti fiż-żona doganali tal-Komunità.

    Dan il-kodiċi għandu jingħata meta l-kodiċi għall-mezz ta’ trasport fil-konfini jkun 1, 4 jew 8.

    Il-kodiċi għandu jżomm mad-disinn previst fl-Anness 38 għall-Kaxxa SAD 29 għall-uffiċċju doganali ta' dħul.”


    ANNESS II

    L-Anness 37 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Fit-Titolu I, Sezzjoni B, taħt l-intestatura “Leġenda”, flok il-titolu ta' kolonna B jidħol dan li ġej:

    “B:

    Proċedura ta’ ħażna doganali sabiex jinkiseb il-pagament ta’ rifużjonijiet speċjali ta’ esportazzjoni qabel l-esportazzjoni jew il-manifattura taħt superviżjoni doganali u kont kontroll doganali qabel l-esportazzjoni u l-pagament ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni 76,77”

    (2)

    It-Titolu II, Sezzjoni A, huwa emendat kif ġej:

    (a)

    L-intestatura għandha tinbidel b’dan li ġej:

    “A.   

    FORMALITAJIET DWAR L-ESPORTAZZJONI/RILAXX, RIESPORTAZZJONI, ĦAŻNA DOGANALI JEW MANIFATTURA TAĦT SUPERVIŻJONI DOGANALI U TAĦT KONTROLL DOGANALI TA’ PRODOTTI SOTTOPOSTI GĦAL RIFUŻJONIJIET TA’ ESPORTAZZJONI, IPPROĊESSAR GĦAL BARRA, TRANŻITU KOMUNITARJU U/JEW TA’ PROVA TAL-ISTATUS KOMUNITARJU TAL-PRODOTTI”

    (b)

    Taħt “Kaxxa 8”, fl-ewwel paragrafu, it-tieni sentenza hi mħassra.


    ANNESS III

    L-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, it-Titolu II jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Il-Kaxxa 1 hija emendata kif ġej:

    (a)

    Fl-‘Ewwel sottodiviżjoni’, it-tieni paragrafu tal-kodiċi CO jinbidel b’li ġej:

    “It-tqegħid ta’ prodotti fil-proċedura ta’ ħażna doganali sabiex jinkiseb il-pagament ta’ rifużjonijiet speċjali ta’ esportazzjoni qabel l-esportazzjoni jew il-manifattura taħt superviżjoni doganali u ta’ kontroll doganali qabel l-esportazzjoni u l-pagament ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni.”

    (b)

    Fit-‘Tieni sottodiviżjoni’ il-kodiċi X u Y huma mibdula b'dan li ġej:

    “X

    għal dikjarazzjoni supplementari skont proċedura simplifikata koperta b'B u E”

    “Y

    għal dikjarazzjoni supplementari skont proċedura simplifikata koperta b'C u F”

    (2)

    Fil-Kaxxa 36, il-punt 1(4) jinbidel b’dan li ġej:

    “4

    Dazji doganali skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet ta' unjoni doganali konklużi mill-Unjoni Ewropea”.

    (3)

    Il-Kaxxa 37 hija emendata kif ġej:

    (a)

    Sezzjoni A “L-ewwel sottodiviżjoni” hija emendata kif ġej:

    (i)

    Fil-Kodiċi 49, “l-Eżempji” għandhom jinbidlu b’ li ġej:

    “Eżempji

    :

    Oġġetti li jaslu minn Martinique u li jidħlu għall-użu domestiku fil-Belġju.

    Oġġetti li jaslu minn Andorra u li jidħlu għall-użu domestiku fil-Ġermanja.”

    (ii)

    Il-Kodiċi 76 u 77 għandhom jinbidlu b’ li ġej:

    “76

    It-tqegħid ta’ prodotti taħt proċedura ta' ħażna doganali sabiex jinkiseb il-pagament ta' rifużjonijiet speċjali ta' esportazzjoni qabel l-esportazzjoni.

    Eżempju

    :

    Laħam bl-għadma ta’ annimali tal-ifrat adulti maskili mqiegħed taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali qabel l-esportazzjoni (l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1741/2006 tal-24 ta' Novembru 2006 li jistipula l-kundizzjonijiet biex tingħata r-rifużjoni speċjali ta' esportazzjoni fil-każ ta’ laħam bl-għadma ta’ annimali tal-ifrat adulti maskili imqiegħda taħt proċedura ta’ ħażna doganali qabel l-esportazzjoni (*)

    77

    Il-manufattura ta' merkanzija taħt superviżjoni mill-awtoritajiet doganali u taħt kontroll doganali (fit-tifsira ta' Artikolu 4(13) u (14) tal-Kodiċi) qabel l-esportazzjoni u l-pagament ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni.

    Eżempju

    :

    Prodotti taċ-ċanga u tal-vitella ppreservati taħt superviżjoni mill-awtoritajiet doganali u taħt kontroll doganali qabel l-esportazzjoni (l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 tat-23 ta’ Novembru 2006 dwar regoli speċjali għall-applikazzjoni tar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni ta' ċerti prodotti ppriservati tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (**)

    (*)  ĠU L 329, 25.11.2006, p. 7."

    (**)  ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12.”."

    (b)

    Sezzjoni B “It-Tieni sottodiviżjoni” hija emendata kif ġej:

    (i)

    Fit-tabella “Prodotti agrikoli” l-entrati għall-kodiċi E01 u E02 huma mibdula b'dan li ġej:

    “L-użu tal-prezz ta' unità għad-determinazzjoni tal-valur doganali għal ċerti prodotti li jmorru (l-Artikolu 152(1)(a)a)

    E01

    Valuri ta’ importazzjoni standard (pereżempju: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 (***)

    E02

    (ii)

    Fit-tabella “Oħrajn” il-linja għall-kodiċi F63 hija mibdula b'dan li ġej:

    “Dħul f'maħżen tal-ikel (l-Artikoli 37sa 40 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2009 (****)

    F63

    (4)

    Taħt Kaxxa 40, fit-tabella “Lista ta’ abbrevjazzjonijiet għal dokumenti” bejn il-linja “T2M” u “Oħrajn”, jiddaħħħal ir-ringieli li ġejjin:

    “Dikjarazzjoni sommarja tad-dħul

    355

    Dikjarazzjoni sommarja għal ħażna temporanja

    337”

    (5)

    Taħt Kaxxa 44, Sezzjoni 1, “Informazzjoni” addizzjonali hu emendat kif ġej:

    (a)

    “l-Eżempju” jiġi sostitwit b' li ġej:

    “Eżempju

    :

    Min jagħmel id-dikjarazzjoni jista’ jindika x-xewqa tiegħu li jkollu l-Kopja 3 rritornata lilu billi jiddaħħal ‘RET-EXP’ jew il-kodiċi 30400 fil-Kaxxa 44 (l-Artikolu 793a(2)).”

    (b)

    It-tielet paragrafu jinbidel b’ li ġej:

    “It-tipi kollha tal-informazzjoni addizzjonali huma elenkati fit-tmiem dan it-titolu.”

    (6)

    F’ “Informazzjoni addizzjonali - Kodiċi XXXXX”, it-tabella “Dwar l-esportazzjoni:Kodiċi: 3 xxx” hija sostitwita b'li ġej:

    Dwar l-esportazzjoni: Kodiċi 3xxxx

    298

    esportazzjoni ta' prodotti agrikoli soġġetti għal użu aħħari

    Artikolu 298 Regolament (KEE) Nru 2454/93 użu aħħari: merkanzija destinata għall-esportazzjoni-rifużjoni agrikola mhux applikabbli

    44

    30 300

    793a(2)

    Ix-xewqa li l-kopja 3 tingħata lura

    ‘RET-EXP’

    44

    30 400 ”


    (***)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.”

    (****)  ĠU L 186, 17.7.2009, p. 1.”


    Top