Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010Q0706(02)

    Emendi għall-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali

    ĠU L 170, 6.7.2010, p. 53–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2015; Revokat u sostitwit bi 32015Q0618(01)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/proc_rules/2010/706(2)/oj

    6.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 170/53


    EMENDI GĦALL-ISTRUZZJONIJIET LIR-REĠISTRATUR TAL-QORTI ĠENERALI

    IL-QORTI ĠENERALI

    Wara li rat l-Artikolu 23 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha;

    Wara li rat l-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur adottati fil-5 ta’ Lulju 2007;

    TADOTTA DAWN L-EMENDI GĦALL-ISTRUZZJONIJIET LIR-REĠISTRATUR:

    Artikolu 1

    1.   L-ismijiet “Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej” u “Qorti tal-Prim’Istanza” għandhom jiġu ssostitwiti bl-isem “Qorti Ġenerali” fit-Titolu u fit-test ta’ dawn l-istruzzjonijiet.

    2.   Fl-Artikolu 1(1) it-termini “; huwa” għandhom jiġu ssostitwiti bit-termini “. Huwa” fl-ewwel każ u bit-termini “. Ir-Reġistratur huwa” fit-tieni każ.

    3.   L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

    fl-Artikolu 2(1), il-kliem “għall-pubbliku” għandhom jitħassru;

    it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) għandu jiżdied mal-ewwel subparagrafu;

    fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1), subparagrafu li għandu jsir l-Artikolu 2(2), il-kliem “il-paragrafi” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “il-paragrafu” u l-kliem “għall-pubbliku” għandhom jitħassru;

    fl-Artikolu 2(2), li għandu jsir l-Artikolu 2(3), it-test għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Il-ħinijiet tal-ftuħ tar-reġistru huma:

    filgħodu mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-09.30 sa 12.00,

    wara nofsinhar, mit-Tnejn sal-Ħamis, mis-14.30 sal-17.30 u l-Ġimgħa mis-14.30 sa l-16.30.

    Matul il-ferjat previst fl-Artikolu 34(1) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-reġistru jkun magħluq nhar ta’ Ġimgħa wara nofsinhar.

    Nofs siegħa qabel il-bidu ta’ seduta, ir-reġistru jkun aċċessibbli għar-rappreżentanti tal-partijiet imsejħa għal din is-seduta.”;

    wara l-Artikolu 2(2), li sar l-Artikolu 2(3), għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “4.   Ir-reġistru huwa aċċessibbli biss għall-avukati u għall-aġenti tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew għall-persuni debitament awtorizzati minnhom, u għall-persuni li jressqu talba skont l-Artikolu 95 tar-Regoli tal-Proċedura.”;

    fl-Artikolu 2(3), li għandu jsir l-Artikolu 2(5), il-kliem “Meta r-reġistru jkun magħluq,” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “Barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tar-reġistru,”.

    4.   L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

    fl-Artikolu 3(2), it-termini “; dawn” għandhom jiġu ssostitwiti bit-termini “. Dawn” u l-kliem “id-data tar-reġistrazzjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “id-dati tal-preżentata u tar-reġistrazzjoni”;

    fl-Artikolu 3(6), il-kliem “fl-Artikolu 2(3)” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “fl-Artikolu 2(5)”, il-kliem “ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem l-‘Istatut’)”.

    5.   L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1), għandha tiżdied din is-sentenza: “Fil-każ ta’ appell minn deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, dan in-numru għandu jiġi segwit b’notament speċifiku.”;

    fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), subparagrafu li għandu jsir l-Artikolu 4(2), it-test għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “It-talbiet għal proċeduri sommarji, it-talbiet għal intervent, it-talbiet għal korrezzjoni jew għal interpretazzjoni ta’ kawżi, it-talbiet għal reviżjoni, it-talbiet ta’ oppożizzjoni jew ta’ oppożizzjoni minn terzi, it-talbiet għal tassazzjoni tal-ispejjeż u t-talbiet għal għajnuna legali li jikkonċernaw rikorsi pendenti jingħataw l-isess numru ta’ ordni konsekuttiv bħall-kawża prinċipali, segwit b’notament li jindika li jkunu proċeduri partikolari distinti.

    Talba għal għajnuna legali mressqa bil-ħsieb li jsir rikors għandha tingħata numru ta’ ordni konsekuttiv b’‘T-’ qabel, bl-indikazzjoni tas-sena u b’notament speċifiku wara.

    Rikors li ġie ppreżentat wara talba għal għajnuna legali li tikkonċernah jingħata l-istess numru ta’ kawża bħal din it-talba.

    Meta, wara annullament jew eżami mill-ġdid, il-Qorti tal-Ġustizzja tirrinvija l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali, din il-kawża żżomm l-istess numru li ngħatalha preċedentement quddiem il-Qorti Ġenerali b’notament speċifiku wara.”;

    l-Artikolu 4(2) għandu jsir l-Artikolu 4(3).

    6.   L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:

    fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(1), il-kliem “u atti” għandhom jiġu mħassra;

    it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) għandu jsir l-Artikolu 5(2);

    l-Artikolu 5(2) għandu jsir l-Artikolu 5(3);

    fl-Artikolu 5(3), li għandu jsir l-Artikolu 5(4):

    il-kliem użat fl-ewwel subparagrafu, “L-avukati jew l-aġenti tal-partijiet” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “Ir-rappreżenanti tal-partijiet prinċipali”;

    it-test tat-tieni subparagrafu għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Ir-rappreżentanti tal-partijiet li tħallew jintervjenu skont l-Artikolu 116(2) tar-Regoli tal-Proċedura għandhom l-istess dritt għall-aċċess għall-inkartamenti, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) iktar ’il quddiem, dwar it-trattament kunfidenzjali ta’ ċerti elementi jew dokumenti tal-inkartament.”;

    għandu jiżdied it-tielet subparagrafu redatt kif ġej:

    “Fil-kawżi magħquda, ir-rappreżentanti tal-partijiet prinċipali u tal-partijiet li tħallew jintervjenu skont l-Artikolu 116(2) tar-Regoli tal-Proċedura għandhom l-istess dritt għall-aċċess għall-inkartamenti, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (3) iktar ’il quddiem, dwar it-trattament kunfidenzjali ta’ ċerti elementi jew dokumenti tal-inkartament.”

    l-enumerazzjoni tal-Artikolu 5(4) sal-Artikolu 5(7) għandha tiġi aġġustata għall-Artikolu 5(5) sal-Artikolu 5(8) rispettivament;

    fl-Artikolu 5(6), li sar l-Artikolu 5(7), it-test għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Wara li tintemm il-proċedura, ir-reġistratur għandu jiżgura li l-inkartament tal-kawża jiġi magħluq u arkivjat. L-inkartament magħluq għandu jinkludi lista tal-atti mqiegħda fl-inkartament, b’indikazzjoni tan-numru tagħhom, kif ukoll ta’ qoxra li tindika n-numru tal-ordni konsekuttiv tal-kawża, il-partijiet u d-data tal-għeluq tal-kawża.”

    7.   L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:

    fl-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) għandhom jiżdiedu l-kliem “jew, fil-każ ta’ kawżi magħquda, skont l-Artikolu 50(2) tar-Regoli tal-Proċedura, fir-rigward ta’ parti f’kawża magħquda” wara l-kliem “parti intervenjenti”;

    fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2), il-parti mis-sentenza li tibda “għaldaqstant, l-atti kollha tal-proċedura” għandha tiġi ssostitwita bil-frażi “għaldaqstant, l-atti kollha tal-proċedura għandhom jiġu kkomunikati lill-parti intervenjenti fit-totalità tagħhom jew, fil-każ ta’ kawżi magħquda, l-inkartament kollu għandu jkun aċċessibbli għall-parti l-oħra fil-kawża magħquda”;

    fl-Artikolu 6(3), it-test għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

    “Fiċ-ċirkustanzi previsti fl-Artikolu 18(4) ta’ dawn l-istruzzjonijiet, parti tista’ titlob li ċerta informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali titħalla barra mid-dokumenti marbuta mal-kawża li għalihom il-pubbliku għandu aċċess.”

    8.   L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1), il-kliem “tal-Qorti tal-Ġustizzja” għandhom jitħassru;

    fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(3), it-termini “, minn naħa,” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “Bla ħsara” u għandha tiddaħħal il-frażi “jew, min-naħa l-oħra, għad-deċiżjoni li tiddetermina l-kundizzjonijiet li taħthom att tal-proċedura mibgħut lir-reġistru b’mezz elettroniku jitqies li huwa l-oriġinal ta’ dak l-att skont l-Artikolu 43(7) tar-Regoli tal-Proċedura” bejn “komunikazzjoni” u “, ir-Reġistratur”.

    9.   Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(4), il-kliem “is-sentenzi u d-digrieti tal-Qorti tal-Prim’Istanza, kif ukoll” għandhom jitħassru, kif ukoll il-kliem “n-natura jew”, filwaqt li l-kliem “il-volum” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “l-volum”.

    10.   L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1), il-kliem “l-indikazzjoni” għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “in-numri”;

    it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) għandu jsir l-Artikolu 13(2);

    fl-Artikolu 13(2), li għandu jsir l-Artikolu 13(3), il-parti mis-sentenza “l-ismijiet ta’ l-Imħallfin, ta’ l-Avukat Ġenerali u tar-Reġistratur preżenti, l-ismijiet u l-kapaċitajiet ta’ l-aġenti, ta’ l-avukati jew konsultenti tal-partijiet preżenti, il-kunjomijiet, l-ismijiet, il-kapaċitajiet u d-domiċilju tax-xhieda jew ta’ l-esperti li jinstemgħu” għandha tiġi ssostitwita bil-frażi “l-ismijiet tal-Imħallfin u tar-Reġistratur preżenti, l-ismijiet u l-kapaċitajiet tar-rappreżentanti tal-partijiet preżenti, il-kunjomijiet, l-ismijiet, il-kwalitajiet u r-residenza permanenti, jekk ikun il-każ, tax-xhieda jew tal-esperti li jinstemgħu”;

    l-Artikolu 13(3) għandu jsir l-Artikolu 13(4).

    11.   L-Artikolu 15 għandu jiġi emendat kif ġej:

    it-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 15(1) għandhom isiru l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 15(3) rispettivament;

    fl-Artikolu 15(2), li għandu jsir l-Artikolu 15(4), il-kliem “jew fil-każ ta’ eżami mill-ġdid” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “fuq appell”.

    12.   Fl-Artikolu 17(1), għandha titħassar in-nota ta’ qiegħ il-paġna.

    13.   L-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:

    it-titolu “Il-pubblikazzjonijiet” għandu jiġi ssostitwit bit-titolu “Il-pubblikazzjonijiet u t-tqegħid ta’ dokumenti fuq l-internet”;

    wara t-titolu għandu jiżdied dan il-paragrafu:

    “1.   Il-pubblikazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali u t-tqegħid ta’ dokumenti marbuta magħha jsiru taħt ir-responsabbiltà tar-Reġistratur.”;

    l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 18(3) għandhom isiru l-Artikolu 18(2), l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 18(4) rispettivament;

    l-Artikolu 18(3), li sar l-Artikolu 18(4), huwa ssostitwit bit-test li ġej:

    “Ir-Reġistratur għandu jiżgura li l-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali tiġi ppubblikata skont il-modalitajiet deċiżi minnha.

    Il-Qorti Ġenerali tista’, fuq talba motivata ta’ parti mressqa b’att separat jew ex officio, tħalli barra l-isem ta’ parti fil-kawża jew dak ta’ persuni oħra msemmija fl-ambitu tal-kawża, jew ukoll ċerta informazzjoni fid-dokumenti marbuta mal-kawża li għalihom il-pubbliku għandu aċċess, kemm-il darba jkun hemm raġunijiet leġittimi li jiġġustifikaw li l-identità ta’ persuna jew il-kontenut ta’ din l-informazzjoni għandhom jinżammu kunfidenzjali.”;

    l-Artikolu 18(4) huwa mħassar.

    Artikolu 2

    Dawn l-emendi għall-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huma jidħlu fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħhom.

    Magħmula fil-Lussemburgu, fis-17 ta’ Mejju 2010.

    E. COULON

    Ir-reġistratur

    M. JAEGER

    Il-President


    Top