EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010H0161

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Marzu 2010 dwar is-sorveljanza ta’ sustanzi perfluworalkilati fl-ikel (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 68, 18.3.2010, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2010/161/oj

18.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/22


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Marzu 2010

dwar is-sorveljanza ta’ sustanzi perfluworalkilati fl-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/161/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanzi perfluworalkilati (PFAS) huma użati fuq medda wiesgħa ta’ applikazzjonijiet industrijali u għall-konsumatur li jinkludu l-kisi reżistenti għat-tbajja’ fuq id-drappijiet u fuq it-twapet; il-kisi reżistenti għaż-żejt fuq prodotti tal-karta approvata għall-kuntatt mal-ikel; l-ixkumi għat-tifi tan-nar; is-surfattivanti għax-xogħol fil-minjieri u fil-bjar taż-żejt; lostri tal-art u formulazzjonijiet tal-insettiċidi. Is-surfattivanti organiċi (per)flworinati huma sottokategorija importanti, li fiha jidħlu s-sulfonat tal-perfluworooktan (PFOS) u l-aċidu tal-perfluworooktan (PFOA).

(2)

Minħabba dan l-użu kollu, l-PFOS, l-PFOA, l-imlieħi u l-prekursuri tagħhom instabu fl-ambjent, fil-ħut, fl-għasafar u fil-mammiferi. Għalhekk l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) talbet lill-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-katina Alimentari tagħha biex iħejji opinjoni dwar l-importanza tal-ikel u l-kontribut relattiv tal-oġġetti tal-ikel differenti u tal-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel fl-esponiment tal-bniedem għall-PFOS u l-imlieħi tiegħu, u talbet lill-Bord biex jagħti l-parir tiegħu dwar passi oħra marbutin mal-valutazzjoni tar-riskju tal-komposti organiċi perfluworinati.

(3)

Il-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-katina Alimentari adotta opinjoni xjentifika dwar il-PFOS, il-PFOA u l-imlieħi tagħhom fil-21 ta’ Frar 2008 (1).

(4)

F’din l-opinjoni xjentifika l-EFSA qalet li ma taħsibx li hu probabbli li qed ikun hemm effetti negattivi fil-popolazzjoni ġenerali minħabba l-PFOS u l-PFOA, iżda nnotat inċertezzi fir-rigward ta’ effetti fuq l-iżvilupp ta’ organiżmi ħajjin. L-EFSA rrikkmandat li jkun xieraq li tinġabar iżjed dejta dwar il-livelli ta’ PFAS fl-ikel u fil-bnedmin, partikolarment għas-sorveljanza tax-xejriet tal-esponiment għalihom.

(5)

Il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar is-sostanzi organiċi persistenti li jniġġsu (POPs) tirrekjedi li l-partijiet kontraenti biex jieħdu ħsieb is-sorveljanza tal-POPs, l-alternattivi tagħhom u POPs kandidati, u inkludiet il-PFOS u l-imlieħa tiegħu u l-fluworidu sulfonil perfluworottan (PFOSF) fl-Anness B tal-Konvenzjoni fost is-sostanzi li huma suġġetti għar-restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni u l-użu tagħhom.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

Tul l-2010 u l-2011 l-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-preżenza ta’ sustanzi perfluworalkilati fl-ikel. Is-sorveljanza għandha tkun fuq varjetà kbira ta’ oġġetti tal-ikel li jirreflettu d-drawwiet tal-konsum u għandha tinkludi l-ikel ta’ oriġini mill-annimali bħall-ħut, il-laħam, il-bajd, il-ħalib u prodotti mnisslin minnhom u l-ikel ta’ oriġini mill-pjanti biex tkun possibbli valutazzjoni preċiża tal-esponiment.

2.

L-Istati Membri għandhom isegwu l-proċeduri kif stipulat fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1883/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistipola metodi ta’ ksib tal-kampuni u l-analiżi għal-livelli uffiċjali ta’ kontroll tad-dijossini u l-PCBs li jixbħu lid-dijossini f’ċerti oġġetti tal-ikel (2) biex ikun żgurat li l-kampjuni jkunu rappreżentanti tal-lott li minnhom ittieħdu l-kampjuni.

3.

Huwa rrikkmandat li l-Istati Membri jwettqu l-analiżi tas-sustanzi perfluworalkilati biex josservaw il-preżenza ta’ komposti PFOS u PFOA u, jekk hu possibbli, il-prekursuri tagħhom bħall-sulfonamidu tal-perfluworooktan (PFOSA), l-N-ethyl perfluworooktan sulfonamidoethanol (NEtFOSE) u l-alkoħol fluworotelomer 8:2. Jekk possibbli, l-Istati Membri għandhom jinkludu komposti simili għall-PFOS u l-PFOA iżda b’tul differenti ta’ ktajjen (C4 – C15) u surfattivanti tal-fosfat polifluworoalkil (PAPS) bħall-diPAPS 8:2 u monoPAPS 8:2 biex tiġi stmata r-relevanza tal-preżenza tagħhom fl-ikel.

4.

L-Istati Membri għandhom iwettqu l-analiżi tas-sustanzi perfluworalkilati skont l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benesseri tal-annimali (3) billi jużaw metodu ta’ analiżi li wera li jrendi riżultati affidabbli. Idealment, ir-rati tal-irkupru għandhom ikunu fil-medda ta’ bejn is-70 u l-120 %, b’limiti ta’ kwantitazzjoni ta’ 1 μg/kg.

5.

Huwa rrikkmandat li l-Istati Membri jipprovdu lill-EFSA regolarment bid-dejta tas-sorveljanza espressa f’termini ta’ piżijiet sħaħ mal-informazzjoni u fil-furmat għar-rappurtaġġ elettroniku kif stipulat mill-EFSA għall-kumpilazzjoni f’database waħda. Għandhom jipprovdu wkoll id-dejta disponibbli tas-snin ta’ qabel li nkisbu permezz ta’ metodu tal-analiżi li wera li jrendi riżultati affidabbli biex jiġu ssorveljati x-xejriet tal-esponiment.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-katina tal-Ikel dwar is-sulfonat tal-Perfluworooktan (SOPF), l-aċidu tal-perfluworooktan (APFO) u l-imlieħa tagħhom, The EFSA Journal (2008) 653, pp. 1-131.

(2)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 32.

(3)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.


Top