Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0455

    2010/455/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Awwissu 2010 li temenda d-Deċiżjonijiet 2008/934/KE u 2008/941/KE fir-rigward tad-data sa meta jistgħu jkomplu jseħħu l-awtorizzazzjonijiet u l-perijodu ta’ konċessjoni f’każi fejn in-notifikant ikun ressaq applikazzjoni skont il-proċedura mħaffa skont ir-Regolament (KE) Nru 33/2008 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5536) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 216, 17.8.2010, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/455/oj

    17.8.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 216/19


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-13 ta’ Awwissu 2010

    li temenda d-Deċiżjonijiet 2008/934/KE u 2008/941/KE fir-rigward tad-data sa meta jistgħu jkomplu jseħħu l-awtorizzazzjonijiet u l-perijodu ta’ konċessjoni f’każi fejn in-notifikant ikun ressaq applikazzjoni skont il-proċedura mħaffa skont ir-Regolament (KE) Nru 33/2008

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5536)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2010/455/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari r-raba’ sottoparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE tal-5 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (2) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/941/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar in-noninklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (3) jistabbilixxu l-listi tas-sustanzi attivi li għalihom in-notifikant irtira l-appoġġ għall-inklużjoni tas-sustanza attiva kkonċernata fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE konformi mal-Artikolu 11e tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 (4) u l-Artikolu 24e tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 (5).

    (2)

    Għall-biċċa l-kbira tas-sustanzi kkonċernati ġew imressqa l-applikazzjonijiet skont il-proċedura mħaffa stipulata fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 tas-17 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (6).

    (3)

    Biex tkun tista’ titkompla l-eżaminazzjoni ta’ dawn is-sustanzi jeħtieġ li jiġi estiż il-perijodu li fih l-Istati Membri jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet u l-perijodu ta’ konċessjoni li jistgħu jagħtu għal dawn is-sustanzi.

    (4)

    Id-Deċiżjonijiet 2008/934/KE u 2008/941/KE għandhom għalhekk jiġu emendati kif inhu xieraq.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Emenda għad-Deċiżjoni 2008/934/KE

    Id-Deċiżjoni 2008/934/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “Madankollu, l-aħħar data li fiha l-Istati Membri jistgħu jirtiraw dawn l-awtorizzazzjonijiet għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2011 f’każ li applikazzjoni jkun ġie mressaq skont il-proċedura mħaffa stipulata fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.”

    (2)

    Fl-Artikolu 3, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “B’danakollu, kull perijodu ta’ konċessjoni jiskadi l-iżjed tard fil-31 ta’ Diċembru 2012 fejn tkun tressqet applikazzjoni skont il-proċedura mħaffa stipulata fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.”

    Artikolu 2

    Emenda għad-Deċiżjoni 2008/941/KE

    Id-Deċiżjoni 2008/941/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “Madankollu, l-aħħar data li fiha l-Istati Membri jistgħu jirtiraw dawn l-awtorizzazzjonijiet għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2011 f’każ li applikazzjoni jkun ġie mressaq skont il-proċedura mħaffa stipulata fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.”

    (2)

    Fl-Artikolu 3, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

    “B’danakollu, kull perijodu ta’ konċessjoni jiskadi l-iżjed tard fil-31 ta’ Diċembru 2012 fejn tkun tressqet applikazzjoni skont il-proċedura mħaffa stipulata fl-Artikoli 14 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 33/2008.”

    Artikolu 3

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Awwissu 2010.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

    (2)  ĠU L 333, 11.12.2008, p. 11.

    (3)  ĠU L 335, 13.12.2008, p. 91.

    (4)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

    (5)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

    (6)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.


    Top