This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0424(15)
Decision No S5 of 2 October 2009 on interpretation of the concept of benefits in kind as defined in Article 1(va) of Regulation (EC) No 883/2004 of the European Parliament and of the Council in the event of sickness or maternity pursuant to Articles 17, 19, 20, 22, 24(1), 25, 26, 27(1, 3, 4 and 5), 28, 34 and 36(1 and 2) of Regulation (EC) No 883/2004 and on calculation of the amounts to be refunded under Articles 62, 63 and 64 of Regulation (EC) No 987/2009 of the European Parliament and of the Council (Text of relevance to the EEA and to the EC/Switzerland Agreement)
Deċiżjoni Nru S5 tat- 2 ta’ Ottubru 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ benefiċċji mhux finanzjarji kif definit fl-Artikolu 1(va) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ mard jew maternità skont l-Artikoli 17, 19, 20, 22, 24(1), 25, 26, 27 (1, 3, 4 u 5), 28, 34 u 36 (1 u 2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dwar il-kalkolu tal-ammonti li għandhom jitħallsu lura skont l-Artikoli 62, 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)
Deċiżjoni Nru S5 tat- 2 ta’ Ottubru 2009 dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ benefiċċji mhux finanzjarji kif definit fl-Artikolu 1(va) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ mard jew maternità skont l-Artikoli 17, 19, 20, 22, 24(1), 25, 26, 27 (1, 3, 4 u 5), 28, 34 u 36 (1 u 2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dwar il-kalkolu tal-ammonti li għandhom jitħallsu lura skont l-Artikoli 62, 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’relevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)
ĠU C 106, 24.4.2010, p. 54–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 106/54 |
DEĊIŻJONI Nru S5
tat-2 ta’ Ottubru 2009
dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “benefiċċji mhux finanzjarji” kif definit fl-Artikolu 1(va) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ mard jew maternità skont l-Artikoli 17, 19, 20, 22, 24(1), 25, 26, 27 (1, 3, 4 u 5), 28, 34 u 36 (1 u 2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dwar il-kalkolu tal-ammonti li għandhom jitħallsu lura skont l-Artikoli 62, 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)
2010/C 106/18
IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (1), li taħtu l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi kollha jew il-mistoqsijiet kollha ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),
Wara li kkunsidrat l-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,
Billi:
(1) |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 17, 19, 20, 22, 24(1), 25, 26, 27 (1, 3, 4 u 5), 28, 34 u 36 (1 u 2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, tifsira preċiża, li għandha torbot lill-Istati Membri kollha, għandha tiġi mehmuża mal-kunċett ta’ “benefiċċji mhux finanzjarji” tal-mard u l-maternità; kif definit fl-Artikolu 1(va) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. |
(2) |
Il-kunċett tal-benefiċċji mhux finanzjarji tal-mard u l-maternità, skont il-każistika tal-qorti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għandha tinkludi benefiċċji mhux finanzjarji provduti lill-persuni dipendenti fuq il-kura. Taġixxi skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
I. Id-dispożizzjonijiet ġenerali
1. |
Il-benefiċċji mhux finanzjarji tal-mard u l-maternità li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu kkalkulati r-rifużjonijiet imsemmija fl-Artikoli 62, 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Regolament tal-Implimentazzjoni”) għandhom ikunu dawk meqjusa bħala benefiċċji mhux finanzjarji skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali amministrata mill-istituzzjoni li pprovdiet il-benefiċċji safejn dawn jistgħu jiġu akkwistati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 17, 19, 20, 22, 24(1), 25, 26, 27 (1, 3, 4 u 5), 28, 34 u 36 (1 u 2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Bażiku”). |
2. |
Dawn li ġejjin għandhom ukoll jitqiesu bħala benefiċċji mhux finanzjarji skont it-tifsira tal-artikoli msemmija hawn fuq tar-Regolament Bażiku:
|
3. |
Dawn li ġejjin m’għandhomx jitqiesu bħala spejjeż għall-benefiċċji mhux finanzjarji skont it-tifsira tal-artikoli msemmija hawn fuq tar-Regolament Bażiku:
|
II. Dispożizzjonijiet għall-kalkolu tal-ammonti fissi previsti fl-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Implimentazzjoni
4. |
Il-kalkolu tal-ammonti fissi ta’ kull xahar u l-ammonti fissi totali skont l-Artikolu 64 tar-Regolament tal-Implimentazzjoni għandhom jinkludu dan li ġej:
|
5. |
Il-kalkolu tal-ammonti fissi ta’ kull xahar u l-ammonti fissi totali skont l-Artikolu 64 tar-Regolament tal-Implimentazzjoni ma għandhomx jinkludu dan li ġej:
|
III. Dispożizzjonijiet oħra
6. |
Il-kalkolu tal-ammonti li se jitħallsu lura għandu kemm jista’ jkun possibbli jkun ibbażat fuq l-istatistiċi uffiċjali u l-kontijiet tal-post taż-żjara jew ta’ residenza, u preferibbilment fuq id-data uffiċjali ppubblikata. Is-sorsi tal-istatistiċi użati għandhom jiġu indikati. |
7. |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009. |
Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva
Lena MALMBERG
(1) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.