Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0150

    2010/150/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta’ Marzu 2010 li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tal-fajl li tressaq għall-eżami dettaljat fid-dawl tal-inklużjoni possibbli ta’ fenpyrazamine fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1268) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 61, 11.3.2010, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/150/oj

    11.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 61/35


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-10 ta’ Marzu 2010

    li tagħraf fil-prinċipju l-kompletezza tal-fajl li tressaq għall-eżami dettaljat fid-dawl tal-inklużjoni possibbli ta’ fenpyrazamine fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 1268)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2010/150/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi l-iżvilupp ta’ lista tal-Unjoni Ewropea ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

    (2)

    Il-fajl għas-sustanza attiva fenpyrazamine ntbagħat minn Sumitomo Chemical lill-awtoritajiet tal-Awstrija fit-3 ta’ Settembru 2009 mal-applikazzjoni sabiex tinkiseb l-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

    (3)

    L-awtoritajiet Olandiżi indikaw lill-Kummissjoni li, fuq eżami preliminari, il-fajl għas-sustanza attiva kkonċernata jidher li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Il-fajl li tressaq jidher ukoll li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III mad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata. Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, il-fajl intbagħat sussegwentement mill-applikant lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra, u ġie referut lill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

    (4)

    Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi kkonfermat b’mod formali fil-livell tal-Unjoni Ewropea li l-fajl jitqies li jissodisfa fil-prinċipju r-rekwiżiti ta’ dejta u informazzjoni stipulati fl-Anness II u, għal mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva kkonċernata, ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-fajls dwar is-sustanza attiva identifikata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, li kienu ntbagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bl-għan li tinkiseb l-inklużjoni ta’ din is-sustanza fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-prinċipju jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar id-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva.

    Il-fajl jissodisfa wkoll il-ħtiġiet tad-dejta u l-informazzjoni stipulati fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed ta’ protezzjoni għall-pjanti li fih is-sustanza attiva, filwaqt li jitqiesu l-użi proposti.

    Artikolu 2

    Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2011, u kemm jista’ jkun malajr, l-Istat Membru relatur għandu jkompli għaddej bl-eżami dettaljat dwar il-fajl imsemmi fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-eżami li jkun għamel flimkien ma’ kwalunkwe rakkomandazzjonijiet dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kundizzjonijiet għal dik l-inklużjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2010.

    Għall-Kummissjoni

    John DALLI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1


    ANNESS

    SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA MINN DIN ID-DEĊIŻJONI

    L-isem Komuni, In-numru tal-Identifikazzjoni CIPAC

    L-applikant

    Id-data tal-applikazzjoni

    L-Istat Membru Relatur

    Fenpyrazamine

    Nru CIPAC: għadu ma ngħatax

    Sumitomo Chemical

    3.9.2009

    AT


    Top