Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0115(01)

Bank Ewropew tal-Investiment – Deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tat- 30 ta’ Marzu 2009 dwar iż-żieda fil-kapital tal-Bank Ewropew tal-Investiment

ĠU L 10, 15.1.2010, p. 19–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/115(1)/oj

15.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 10/19


BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT

DEĊIŻJONI TAL-BORD TAL-GVERNATURI

tat-30 ta’ Marzu 2009

dwar iż-żieda fil-kapital tal-Bank Ewropew tal-Investiment

IL-BORD TAL-GVERNATURI TAL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT,

WARA LI KKUNSIDRA l-Artikoli 4(3) u 5(2) tal-Istatut,

BILLI l-kompitu tal-Bank huwa stabbilit fl-Artikolu 267 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

BILLI skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Istatut tal-Bank, l-unità tal-kont għandha tkun iddefinita bħala li hija l-euro,

BILLI l-iżvilupp reċenti fl-attività tal-Bank u l-iżvilupp li aktarx ser ikun hemm fit-tislif, b’mod partikolari bil-għan li tingħata risposta għas-sejħiet tal-Kunsill Ewropew u l-Kunsill tal-ECOFIN, jeħtieġ appoġġ akbar mill-BEI għal firxa ta’ attivitajiet, b’mod partikolari fil-perspettiva preżenti tas-sitwazzjoni ekonomika fl-UE matul is-snin li ġejjin,

BILLI skont id-deliberazzjonijiet tal-Bord tad-Diretturi dwar il-ħtiġijiet ta’ kapital tal-Bank fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2008, il-kapital sottoskritt tal-Bank għandu jiżdied għal EUR 232 392 989 000; il-porzjon li għandu jitħallas għandu jkun ta’ 5 fil-mija, iffinanzjat għal kollox mill-Bank mir-Riżervi Addizzjonali tiegħu, u l-Fond ta’ Riżerva għandu jerġa’ jinbena progressivament sar-rekwiżit statutorju tiegħu ta’ 10 fil-mija tal-kapital sottoskritt,

IDDEĊIEDA UNANIMAMENT fit-30 ta’ Marzu 2009, permezz tal-proċedura bil-miktub stipulata fl-Artikolu 5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank, fuq proposta mill-Bord tad-Diretturi, skont l-Artikolu 4(3) tal-Istatut tal-BEI li:

1.

Riżervi Addizzjonali tal-Bank fl-ammont ta’ EUR 5 379 241 000 għandhom jitqiesu bħala riżervi liberi;

2.

Mir-riżervi liberi, EUR 2 000 000 000 għandhom jiġu ttrasferiti lil riżerva apposta bħala appoġġ għall-SFF u impenji simili;

3.

B’effett mill-1 ta’ April 2009, il-kapital tal-Bank għandu jiżdied skont kif ġej:

3.1.

Il-kapital sottoskritt mill-Istati Membri għandu jiżdied pro rata, minn EUR 164 808 169 000 għal EUR 232 392 989 000, sabiex jintlaħqu dawn l-ammonti (EUR):

Il-Ġermanja

37 578 019 000

Franza

37 578 019 000

L-Italja

37 578 019 000

Ir-Renju Unit

37 578 019 000

Spanja

22 546 811 500

Il-Belġju

10 416 365 500

L-Olanda

10 416 365 500

L-Iżvezja

6 910 226 000

Id-Danimarka

5 274 105 000

L-Awstrija

5 170 732 500

Il-Polonja

4 810 160 500

Il-Finlandja

2 970 783 000

Il-Greċja

2 825 416 500

Il-Portugall

1 820 820 000

Ir-Repubblika Ċeka

1 774 990 500

L-Ungerija

1 679 222 000

L-Irlanda

1 318 525 000

Ir-Rumanija

1 217 626 000

Is-Slovakkja

604 206 500

Is-Slovenja

560 951 500

Il-Bulgarija

410 217 500

Il-Litwanja

351 981 000

Il-Lussemburgu

263 707 000

Ċipru

258 583 500

Il-Latvja

214 805 000

L-Estonja

165 882 000

Malta

98 429 500

3.2.

Mir-riżervi liberi, EUR 3 379 241 000 għandhom jiġu ttrasformati f’kapital imħallas permezz ta’ trasferiment mir-Riżervi Addizzjonali tal-Bank għall-kapital tiegħu;

3.3.

Dan il-kapital għandu jitqies li huwa parti mill-kapital sottoskritt u mħallas, biex b’hekk il-kapital imħallas tal-Bank jiżdied minn EUR 8 240 408 450 għal EUR 11 619 649 450;

KONSEGWENTEMENT

3.4.

L-Istatut tal-Bank għandu jiġi emendat. Sa mill-1 ta’ April 2009: l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Istatut tal-Bank għandu jkun ifformulat kif ġej:

“Il-kapital tal-Bank għandu jkun EUR 232 392 989 000 sottoskritt mill-Istati Membri skont kif ġej

Il-Ġermanja

37 578 019 000

Franza

37 578 019 000

L-Italja

37 578 019 000

Ir-Renju Unit

37 578 019 000

Spanja

22 546 811 500

Il-Belġju

10 416 365 500

L-Olanda

10 416 365 500

L-Iżvezja

6 910 226 000

Id-Danimarka

5 274 105 000

L-Awstrija

5 170 732 500

Il-Polonja

4 810 160 500

Il-Finlandja

2 970 783 000

Il-Greċja

2 825 416 500

Il-Portugall

1 820 820 000

Ir-Repubblika Ċeka

1 774 990 500

L-Ungerija

1 679 222 000

L-Irlanda

1 318 525 000

Ir-Rumanija

1 217 626 000

Is-Slovakkja

604 206 500

Is-Slovenja

560 951 500

Il-Bulgarija

410 217 500

Il-Litwanja

351 981 000

Il-Lussemburgu

263 707 000

Ċipru

258 583 500

Il-Latvja

214 805 000

L-Estonja

165 882 000

Malta

98 429 500 ”

4.

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għall-Bord tal-Gvernaturi

Iċ-Chairman

C. STAVRAKIS

Is-Segretarju

A. QUEREJETA


Top