EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1286
Council Regulation (EU) No 1286/2009 of 22 December 2009 amending Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/42 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1286/2009
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/402/PESK tas-27 ta’ Mejju 2002 dwar miżuri restrittivi kontra Usama bin Laden, membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u t-Talibani u individwi oħrajn, gruppi, impriżi u entitajiet oħra assoċjati magħhom (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK tipprevedi, inter alia, li l-Komunità Ewropea għandha tieħu ċerti miżuri restrittivi, inkluż l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi, f’konformità mar-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999), 1333 (2000) u 1390 (2002) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(2) |
L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi kien implimentat permezz tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (2). |
(3) |
Artikolu li jipprevedi ċerti eċċezzjonijiet iddaħħal f’dak ir-Regolament permezz tar-Regolament (KE) Nru 561/2003 tas-27 ta’ Marzu 2003 (3). Il-perijodu ta’ nuqqas ta’ oġġezzjoni msemmi f’dak l-Artikolu għandu jinġieb f’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1735 tat-22 ta’ Diċembru 2006. |
(4) |
B’segwitu għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-3 ta’ Serttembru 2008 fil-Każijiet Konġunti C-402/05 P u C-415/05 P: Sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tat-3 ta’ Settembru 2008 - Yassin Abdullah Kadi, il-Fondazzjoni Internazzjonali Al Barakaat v. il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, ir-REnju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi emendat biex jipprevedi għal proċedura ta’ elenkar li tiżgura li jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali tad-difiża u b’mod partikolari d-dritt għas-smigħ. |
(5) |
Il-proċedura riveduta għandha tinkludi l-għoti tar-raġunijiet lill-persuna, entità, korp jew grupp elenkat li għalihom ġie elenkat, kif trasmessi mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar Al Qaida u t-Taliban tan-NU, sabiex il-persuna, entità, korp jew grupp elenkat jingħata l-opportunità li jesprimi l-fehmiet tiegħu jew tagħha dwar dawk ir-raġunijiet. L-iskop tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa li jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta’ persuni, entitajiet, korpi u gruppi inklużi fil-lista tal-Al Qaida u t-Taliban mfassla min-NU. Billi r-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jipprevedu li dan l-iffriżar għandu jsir “mingħajr dewmien”, tali miżura għandha, min-natura tagħha stess, ikollha l-vantaġġ tal-effett sorpriża. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tieħu deċiżjoni qabel tinforma lill-persuna, entità, korp jew grupp ikkonċernat bir-raġunijiet għall-elenkar. Madanakollu, ir-raġunijiet għall-elenkar, għandhom jiġu notifikati lil dik il-persuna, entità, korp jew grupp mingħajr dewmien bla bżonn, wara li dik id-deċiżjoni tkun ġiet ippubblikata, biex tagħti lill-persuna, entità, korp jew grupp ikkonċernat l-opportunità biex effettivament jgħarraf il-punt tiegħu jew tagħha. |
(6) |
Filwaqt li l-Kummissjoni għandha tagħmel sforz biex tinnotifika r-raġunijiet għall-elenkar direttament lill-persuna, entità, korp jew grupp ikkonċernat, din in-notifika tista’ ma tkunx possibbli f’ċerti każijiet minħabba dettalji ta’ kuntatt mhux kompluti jew in-nuqqas totali tagħhom. F’dawn il-każijiet, għandha tiġi ppubblikata notifika fil-Ġurnal Uffiċjali biex tinforma lil dawk ikkonċernati bil-proċeduri applikabbli. |
(7) |
Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-deċiżjoni tagħha fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet u f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ setgħat implimentattivi konferiti fuq il-Kummissjoni (4). Ir-reviżjoni għandha titwettaq skont il-proċedura regolatorja, b’kont meħud tar-responsabbiltajiet politiċi importanti involuti u n-natura sensittiva tal-isforzi internazzjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. |
(8) |
L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta’ persuni, entitajiet, korpi u gruppi elenkati qabel it-3 ta’ Serttembru 2008, sabiex jiġu rrispettati d-drittijiet ta’ difiża tagħhom u b’mod partikolari id-dritt għas-smigħ. |
(9) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (5) u b’mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għall-proprjetà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat f’konformità ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji. |
(10) |
Dan ir-Regolament jirrispetta bis-sħiħ ukoll l-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. |
(11) |
L-iskop tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa li jipprevjeni lr-reati terroristiċi, inkluż l-iffinanzjar tat-terroriżmu, sabiex jinżammu l-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Sabiex tinħoloq l-ogħla ċertezza legali fi ħdan l-Unjoni, l-ismijiet u data oħra rilevanti għall-identifikar ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitatijiet, korpi jew gruppi, li għandu jkollhom il-fondi tagħhom iffriżati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandhom isiru magħrufa pubblikament. |
(12) |
Kull ipproċessar ta’ data personali ta’ persuni fiżiċi taħt dan ir-Regolament għandu josserva r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (6) u d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (7). |
(13) |
Huwa xieraq li tiġi ċċarata t-tifsira ta’ ċertu kliem u li ċerti partijiet tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġu allinjati ma’ formulazzjoni standard użata reċentement għal Regolamenti dwar miżuri ristrittivi. |
(14) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1:
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2 1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, li huma l-proprjetà, li huma miżmuma jew ikkontrollati minn persuna fiżika jew ġuridika, entità, korp jew grupp elenkat fl-Anness I, għandhom jiġu ffriżati. 2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi m’għandhom ikunu mqegħdin għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, jew għall-benefiċċju, ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi jew gruppi kif elenkati fl-Anness I. 3. L-Anness I għandu jikkonsisti f’persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi jew gruppi nominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban. 4. Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 m’għandhiex twassal għal responsabbiltà ta’ ebda xorta fuq in-naħa tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet, il-korpi jew gruppi kkonċernati, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu ser jiksru dawn il-projbizzjonijiet.”; |
(3) |
Fl-Artikolu 2a(1), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(4) |
L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 2b L-Artikolu 2(2) m’għandux jipprevjeni istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati fejn huma jirċievu fondi ttrasferiti fuq il-kont ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità, korp jew grupp elenkat, bil-kondizzjoni li kwalunkwe żieda għal dawn il-kontijiet tkun iffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti dwar transazzjonijiet bħal dawn mingħajr dewmien.”; |
(5) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Istati Membri fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika tagħhom, għandu jkun ipprojbit il-forniment, direttament jew indirettament, ta’ pariri tekniċi, għajnuna jew taħriġ rilevanti għal attivitajiet militari, li jinkludu b’mod partikolari taħriġ u għajnuna relatata mall-manifattura, manutenzjoni u użu ta’ armi u materjali relatat ta’ kull tip, lil kull persuna fiżika jew ġuridika, entità, korp jew grupp imniżżel fl-Anness I.”; |
(6) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1)(a), huwa sostitwit b’dan li ġej: “B’mod partikolari, għandha tiġi pprovduta informazzjoni disponibbli fir-rigward ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-pussess ta’ jew ikkontrollati minn persuni nominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet u elenkati fl-Anness I matul il-perijodu ta’ sitt xhur qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;”; |
(7) |
L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 6 L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li fondi jew riżorsi ekonomiċi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, magħmul in bona fede fuq il-bażi li din l-azzjoni tkun konformi ma’ dan ir-Regolament, m’għandu jirriżulta fl-ebda tip ta’ obbligu fuq il-persuna fiżika jew ġuridika jew entitajiet jew korpi li jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, kemm-il darba ma jkunx ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kienu ffriżati, jew ma kinux disponibbli, bħala riżultat ta’ negliġenza.”; |
(8) |
Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata biex:
|
(9) |
L-Artikoli li ġejjin huma mdaħħla: “Artikolu 7a 1. Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddeċiedi li jelenka persuna fiżika jew ġuridika, entità, korp jew grupp għall-ewwel darba, il-Kummissjoni għandha, hekk kif id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tkun ġiet ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, tieħu deċiżjoni biex tinkludi tali persuna, entità, korp jew grupp fl-Anness I. 2. Ladarba tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkomunika mingħajr dewmien id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, lill-persuna, entità, korp jew grupp ikkonċernat, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż, biex tipprovdilu/ha l-opportunità li j/tesprimi ruħu/ha jew l-opinjonijiet tiegħu jew tagħha dwar il-kwistjoni. 3. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-deċiżjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 1 fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet u wara li tiġi segwita l-proċedura msemmija fl-Artikolu 7b(2). Dawk l-osservazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultat tar-reviżjoni tagħha lill-persuna, entità, korp jew grupp ikkonċernat. Ir-riżultat tar-reviżjoni għandu jintbagħat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. 4. Jekk issir talba ulterjuri, ibbażata fuq evidenza sostanzjali ġdida, biex persuna, entità, korp jew grupp jitneħħa mill-Anness I, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni ulterjuri f’konformità mal-paragrafu 3 u wara li tiġi segwita l-proċedura msemmija fl-Artikolu 7b(2). 5. Fejn in-Nazzjonjiet Uniti jiddeċiedu li jħassru mil-lista persuna fiżika jew ġuridika, entità, korp jew grupp, jew li jemendaw id-data li tidentifika persuna, entità, korp jew grupp elenkat, il-Kummissjoni għandha temenda l-Anness I kif meħtieġ. Artikolu 7b 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur. Artikolu 7c 1. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi li ġew inklużi fl-Anness I qabel it-3 ta’ Settembru 2008 u għadhom fil-lista, jistgħu jressqu talba lill-Kummissjoni għal dikjarazzjoni tar-raġunijiet. It-talba għandha tkun imressqa bil-miktub f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni. 2. Hekk kif id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet mitluba tiġi ppprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tikkomunikaha lill-persuna, entità, korp jew grupp ikkonċernat, biex tipprovdilu/ha l-opportunità li j/tesprimi ruħu/ha jew l-opinjonijiet tiegħu/tagħha dwar il-kwistjoni. 3. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-deċiżjoni li tinkludi lill-persuna, entità, korp jew grupp ikkonċernat fl-Anness I, fid-dawl ta’ dawk l-osservazzjonijiet u wara li tiġi segwita l-proċedura msemmija fl-Artikolu 7b(2). Dawk l-osservazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultat tar-reviżjoni tagħha lill-persuna, entità, korp jew grupp ikkonċernat. Ir-riżultat tar-reviżjoni għandu jintbagħat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet. 4. Jekk issir talba ulterjuri, ibbażata fuq evidenza sostanzjali ġdida, biex persuna, entità, korp jew grupp jitneħħa mill-Anness I, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni ulterjuri f’konformità mal-paragrafu 3 u wara li tiġi segwita l-proċedura msemmija fl-Artikolu 7b(2). Artikolu 7d 1. Il-Kummissjoni għandha tipproċessa d-data personali sabiex twettaq il-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (*). 2. L-Anness I għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni dwar persuni fiżiċi elenkati li hija pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u li hija meħtieġa għall-iskop ta’ identifikazzjoni tal-persuni kkonċernati. Tali informazzjoni tista’ tinkludi:
Artikolu 7e L-Anness I għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni dwar persuni ġuridiċi u entitajiet li hija pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u li hija meħtieġa għall-iskop ta’ identifikazzjoni tal-persuna jew l-entità kkonċernata. Tali informazzjoni tista’ tinkludi:
|
(10) |
L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 11 Dan ir-Regolament għandu japplika:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kunsill
Il President
A. CARLGREN
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.
(2) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(5) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.
(7) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.