This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1285
Council Implementing Regulation (EU) No 1285/2009 of 22 December 2009 implementing Article 2(3) of Regulation (EC) No 2580/2001 on specific restrictive measures directed against certain persons and entities with a view to combating terrorism and repealing Regulation (EC) No 501/2009
Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1285/2009 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 501/2009
Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1285/2009 tat- 22 ta’ Diċembru 2009 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 501/2009
ĠU L 346, 23.12.2009, p. 39–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 12/07/2010; Imħassar b' 32010R0610
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/39 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1285/2009
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 501/2009
L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta' Ġunju 2009 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 501/2009 li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (2), li tistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika dak ir-Regolament. |
(2) |
Il-Kunsill ipprovda lil kull persuna, kull grupp u kull entità li għalihom dan kien possibbli fil-prattika b'dikjarazzjonijiet ta' raġunijiet fejn fisser għaliex huma kienu elenkati fir-Regolament (KE) Nru 501/2009. Fil-każ ta' grupp wieħed, kienet ippreżentata dikjarazzjoni emendata ta' raġunijiet f'Ottubru 2009. |
(3) |
B'avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), il-Kunsill informa lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet elenkati fir-Regolament (KE) Nru 501/2009 li hu ddeċida li jżommhom fuq il-lista. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, lill-gruppi u lill-entitajiet ikkonċernati li kienet possibbli li tintalab dikjarazzjoni ta' raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista fejn din ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom. Fil-każ ta' tmien gruppi, kienet ippreżentata dikjarazzjoni emendata ta' raġunijiet f'Ottubru 2009 (4). |
(4) |
Il-Kunsill wettaq reviżjoni kompleta tal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) ta' dak ir-Regolament. Meta għamel dan, huwa ħa kont ta' osservazzjonijiet ippreżentati lill-Kunsill minn dawk konċernati. |
(5) |
Wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ewwel Istanza tat-30 ta' Settembru 2009 fil-Każ T341/07, persuna waħda ma ġietx inkluża fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001. |
(6) |
Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li l-annotazzjoni rigward wieħed mill-gruppi fil-lista għandha tiġi emendata. |
(7) |
Il-Kunsill ikkonkluda li bl-eċċezzjoni tal-persuna msemmija fil-premessa (5), il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet l-oħra elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (5), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu suġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001. |
(8) |
Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 501/2009 huwa b'dan irrevokat.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
A. CARLGREN
(1) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.
(2) ĠU L 151, 16.6.2009, p. 14.
(3) ĠU C 136, 16.6.2009, p. 35.
(4) ĠU C 261, 31.10.2009, p. 26.
(5) ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.
ANNESS
LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
1. PERSUNI
1. |
ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-01.02.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al- Hijra”) |
2. |
ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala l-Abderrahmane Svizzeru) imwieled fis- 17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
3. |
AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (Arabja Sawdita); ċittadin tal-Arabja Sawdita |
4. |
AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Arabja Sawdita); ċittadin ta' Arabja Sawdita |
5. |
AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Arabja Sawdita; ċittadin tal-Arabja Sawdita |
6. |
ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit-18.08.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
7. |
ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.05.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
8. |
ASLI, Rabah imwieled fit-13.05.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
9. |
ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), il-Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu |
10. |
BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-08.03.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
11. |
DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-01.02.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
12. |
DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-01.06.1970 fl- Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
13. |
EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.08.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
14. |
EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl-10.7.1965 jew il- 11.7.1965 f'El Dibabiya, (l-Arabja Sawdita); ċittadin tal-Arabja Sawdita |
15. |
FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.09.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’“al-Takfir” u “al-Hijra”) |
16. |
IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu |
17. |
MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555 |
18. |
MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
19. |
NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
20. |
RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.09.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
21. |
SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.06.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
22. |
SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.06.1974 f’Alġeri (l- Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
23. |
SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.04.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’“al-Takfir” u “al-Hijra”) |
24. |
TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil- 21.04.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
25. |
WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-06.03.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l- Olanda) NE8146378 (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
2. GRUPPI U ENTITAJIIET
1. |
L-Organizzazzjoni Abu Nidal (“ANO”), (magħrufa ukoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah”, il-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, “Settembru l- Iswed”, u l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”) |
2. |
“Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa” |
3. |
“Al-Aqsa e.V.” |
4. |
“Al-Takfir” u “Al-Hijra” |
5. |
“Aum Shinrikyo” (magħruf ukoll bħala “AUM”, magħruf ukoll bħala “Aum Verita Suprema,” magħruf ukoll bħala “Aleph”) |
6. |
“Babbar Khalsa” |
7. |
Il-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż “l-Armata l-Ġdida tal-Poplu” - “NPA”, il-Filippini |
8. |
“Gama'a al-Islamiyya” (“Grupp Islamiku”), (magħruf ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya” - “IG”) “İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi”“IBDA-C”(Il-Front Kbir Islamiku tal- Ġellieda tal-Lvant) |
9. |
“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” – “IBDA-C” (“Great Islamic Eastern Warriors Front”) |
10. |
“Hamas” (inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”) |
11. |
“Hizbul Mujahideen” (“HM”) |
12. |
“Hofstadgroep” |
13. |
Il-“Fondazzjoni ta' l-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp” |
14. |
Il-“Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh” (“ISYF”) |
15. |
“Kahane Chai” (“Kach”) |
16. |
Il-“Forza Khalisan Zindabad” (“KZF”) |
17. |
Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” (“PKK”), (magħruf ukoll bħala “KADEK”; magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”) |
18. |
“Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam” (“LTTE”) |
19. |
L-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali” (“Ejército de Liberación Nacional”) |
20. |
Il-“Front għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PLF”) |
21. |
Il-“Jihad Islamika Palestinjana” (“PIJ”) |
22. |
Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PFLP”) |
23. |
Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali”, (magħruf ukoll bħala “PFLP – Kmand Ġenerali”) |
24. |
“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia”“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja” (“FARC”) |
25. |
“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi”“L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu” (“DHKP/C”), (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), “Dev Sol”) |
26. |
It-“Triq li Tiddi” (SL) (“Sendero Luminoso”) |
27. |
“Stichting Al Aqsa” (magħruf ukoll bħala “Stichting Al Aqsa Nederland”, magħruf ukoll bħala “Al Aqsa Nederland”) |
28. |
“TAK” - “Teyrbazen Azadiya Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks” |
29. |
Il-“Forzi/Grupp Magħqud(a) għad-Difiża Leġittima tal-Kolombja” (“AUC”) (“Autodefensas Unidas de Colombia”) |