Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1202

    Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2009 tas- 7 ta’ Diċembru 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-alkoħol furfuriliku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96

    ĠU L 323, 10.12.2009, p. 48–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/12/2011: This act has been changed. Current consolidated version: 11/03/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2009/1202/oj

    10.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 323/48


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1202/2009

    tas-7 ta’ Diċembru 2009

    li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-alkoħol furfuriliku li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96

    Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (‘ir-Regolament bażiku’), u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni, wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A.   PROĊEDURA

    1.   Miżuri fis-seħħ

    (1)

    F’Ottubru 2003, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1905/2003 (2), impona miżuri anti-dumping definittivi fil-forma ta’ dazju speċifiku fuq l-importazzjonijiet tal-alkoħol furfuriliku (“AF”) li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“iċ-Ċina”). L-ammonti speċifiċi tad-dazji varjaw minn EUR 84 sa EUR 160 kull tunnellata għal erba’ produtturi Ċiniżi li kkooperaw, filwaqt li d-dazju għall-pajjiż kollu kien stabbilit għal EUR 250 kull tunnellata (“l-investigazzjoni oriġinali”).

    2.   Talba għal reviżjoni ta’ skadenza

    (2)

    Wara l-pubblikazzjoni, f’Mejju 2008, ta’ avviż ta’ skadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping li huma applikabbli għal importazzjonijiet ta’ AF li joriġina fiċ-Ċina (3), fit-30 ta’ Lulju 2008 l-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    (3)

    It-talba tressqet minn International Furan Chemicals B.V. (“l-applikant”) f’isem l-uniku produttur fl-Unjoni li jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni ta’ AF. It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-issoktar ta’ dumping u r-rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

    (4)

    Meta ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza sabiex tingħata bidu għal reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta’ tnedija ta’ din ir-reviżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4).

    3.   Investiġazzjoni

    3.1.   Proċedura

    (5)

    Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment bit-tnedija tar-reviżjoni lill-produttur applikant fl-Unjoni, lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-produttur fil-pajjiż analogu ssuġġerit, l-Istati Uniti tal-Amerika, lill-importaturi/in-negozjanti u lill-utenti fl-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-fehma tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ tnedija.

    (6)

    Intbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha li kienu avżati uffiċjalment bit-tnedija tar-reviżjoni u lil dawk li talbu kwestjonarju fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-avviż ta’ ftuħ.

    (7)

    Waslu risposti għal dan il-kwestjonarju mill-produttur applikant tal-Unjoni, żewġ negozjanti, għaxar utenti, żewġ assoċjazzjonijiet tal-utenti, produttur esportatur wieħed fiċ-Ċina u l-produttur fil-pajjiż analogu.

    3.2.   Partijiet interesati u żjarat ta’ verifika

    (8)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għall-għan tad-determinazzjoni tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

    Produttur tal-Unjoni u kumpaniji relatati:

    TransFurans Chemicals BVBA, Geel, il-Belġju

    International Furan Chemicals BV, Rotterdam, l-Olanda

    Central Romana Corporation, LTD, La Romana, ir-Repubblika Dominikana

    Produtturi esportaturi fiċ-Ċina:

    Zhucheng Taisheng Chemical Co. Ltd.

    Produttur fil-pajjiż analogu

    Penn Speciality Chemicals Inc., l-Istati Uniti tal-Amerika (‘l-Istati Uniti’)

    Negozjanti/importaturi mhux relatati:

    S. Chemicals, l-Olanda

    Utenti:

    Kiilto OY, il-Finlandja

    Mazzon Flli., l-Italja

    SATEF Hüttenes-Albertus, l-Italja

    Ashland Sudchemie Kernsfest, il-Ġermanja

    Hüttenes-Albertus, il-Ġermanja

    3.3.   Perijodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni u perijodu meqjus

    (9)

    L-investigazzjoni li tirrigwarda l-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ħsara kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2007 sat-30 ta’ Settembru 2008 (“PIR” jew “Perijodu tal-Investigazzjoni tar-Reviżjoni”).

    (10)

    L-eżaminar tat-tendenzi rilevanti sabiex issir stima dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tal-ħsara saret fil-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u tmiem il-PIR (“peirjodu meqjus”).

    B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

    1.   Prodott ikkonċernat

    (11)

    Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri AF li joriġina fiċ-Ċina, li għandu l-kodiċi NM ex 2932 13 00.

    (12)

    AF huwa prodott kimiku. Huwa likwidu bla kulur jew lewn isfar ċar u li jdub f’ħafna solventi organiċi komuni. Il-materja prima għall-produzzjoni tal-AF hija l-furfural (FF), li huwa likwidu kimiku miksub mill-ipproċessar ta’ tipi differenti ta’ skart agrikolu bħall-kannamiela, ċifċiegħ tal-qamħirrum u ħlief tar-ross, fost oħrajn.

    (13)

    AF huwa prodott kummerċjali. L-użu ewlieni tal-AF huwa l-produzzjoni tar-reżina sintetika, użata fil-produzzjoni tal-forom tal-funderija li jintużaw għal forom tal-metall għal skopijiet industrijali.

    2.   Prodott simili

    (14)

    Bħal fl-investigazzjoni preċedenti, din l-investigazzjoni wriet li l-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi tal-AF manifatturat u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni, l-AF manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku Ċiniż, l-AF impurtat fl-Unjoni miċ-Ċina, kif ukoll l-AF manifatturat u mibjugħ fl-Istati Uniti huma l-istess u li gћandhom l-istess użu.

    (15)

    Gћalhekk, ġie konkluż li skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku dawn il-prodotti kollha huma prodott simili wieħed.

    C.   PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING

    (16)

    Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie investigat jekk l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-issuktar jew ir-rikorrenza tad-dumping.

    (17)

    Skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, intużat l-istess metodoloġija bħal fl-investigazzjoni oriġinali. Billi analiżi ta’ skadenza ma tipprovdi ebda eżaminar ta’ ċirkostanzi mibdula, ma kienx ikkunsidrat mill-ġdid jekk il-produtturi għandhomx jingħataw trattament ta’ ekonomija tas-suq (“MET”).

    1.   Kummenti preliminari

    (18)

    Huwa mfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali total ta’ erba’ produtturi esportaturi Ċiniżi kkooperaw fl-investigazzjoni u talbu MET skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Madankollu, l-ebda wieħed minn dawn il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma ssodisfa l-kondizzjonijiet rikjesti kollha għall-għoti ta’ MET u għalhekk it-talbiet kollha għal MET ma setgħux jiġu aċċettati. Kollha kemm huma ngħataw trattament individwali (TI) billi l-investigazzjoni wriet li kienu jissodisfaw il-kriterji meħtieġa. Ta’ min jinnota li l-uniku esportatur Ċiniż li kkoopera f’din ir-reviżjoni tal-iskadenza ngħata TI fl-investigazzjoni oriġinali.

    (19)

    L-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera kien jirrappreżenta 23,1 % tal-importazzjonijiet fl-Unjoni matul il-PIR. Ma seta’ jinġabar l-ebda tagħrif affidabbli dwar l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni matul il-PIR direttament mill-produtturi esportaturi l-oħra. F’dawn iċ-ċirkostanzi, u skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, għall-kwantitajiet totali tal-importazzjoni u l-prezzijiet, il-Kummissjoni kellha tuża l-fatti disponibbli, jiġifieri l-Eurostat u d-dokumentazzjoni mressqa mill-applikant fit-talba għall-ftuħ tar-reviżjoni.

    (20)

    Id-dazji anti-dumping eżistenti, li jvarjaw minn EUR 84 sa EUR 160/tunnellata, u b’dazju għall-pajjiż kollu ta’ EUR 250/tunnellata, jikkorrispondu għal-livell ta’ ħsara stabbilit matul l-investigazzjoni preċedenti.

    2.   Dumping matul il-perijodu ta’ investigazzjoni

    2.1.   Pajjiż analogu

    (21)

    Fl-investigazzjoni oriġinali l-Istati Uniti tal-Amerika (‘l-Istati Uniti’) intużaw bħala l-pajjiż b’ekonomija tas-suq adegwata għall-finijiet tal-istabbiliment tal-valur normali għaċ-Ċina. Fl-avviż tal-ftuħ ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-Istati Uniti bħala l-pajjiż analogu. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar din l-intenzjoni. L-Istati Uniti tqies pajjiż adatt fid-dawl tad-daqs u l-ftuħ tas-suq domestiku tiegħu u l-fatt li produttur wieħed mill-Istati Uniti qabel li jikkoopera b’mod sħiħ fl-investigazzjoni.

    (22)

    Assoċjazzjoni waħda tal-importaturi opponiet l-għażla tal-Istati Uniti bħala l-pajjiż analogu u argumentat li kien hemm biss produttur ewlieni wieħed fl-Istati Uniti u li l-prezzijiet domestiċi kienu għoljin ħafna. Produttur esportatur Ċiniż wieħed saħaq li l-livell ta’ kompetizzjoni fl-Istati Uniti kien iktar baxx minn dak fis-suq domestiku Ċiniż u għalhekk is-swieq ma kinux komparabbli. Madankollu, instab li filwaqt li kien hemm biss produttur wieħed fis-suq fl-Istati Uniti, l-importazzjonijiet kellhom ukoll rwol li jiżgura livell tajjeb ta’ kompetizzjoni f’dan is-suq imdaqqas. Barra minn hekk, ebda wieħed mill-produtturi magħrufa kkuntattjati f’pajjiżi analogi oħra possibbli, inklużi t-Tajlandja, it-Turkija u l-Afrika t’Isfel, ma qablu li jikkooperaw.

    (23)

    Minћabba dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku li l-Istati Uniti huwa l-iktar pajjiż analogu xieraq u raġonevoli.

    2.2.   Valur normali

    (24)

    Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni vverifikata li ġiet provduta mill-produttur fl-Istati Uniti.

    (25)

    Il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet li l-bejgħ domestiku totali tal-produttur fl-Istati Uniti sar fi kwantitajiet suffiċjenti u seta’ għalhekk jiġi kkunsidrat rappreżentattiv fis-sens tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku.

    (26)

    Wara ġie eżaminat jekk il-prodott ikkonċernat li nbiegћ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu setax jitqies li kien qed jinbiegћ fl-andament ordinarju tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Instab li l-volum tal-bejgħ skont it-tip, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-prezz tal-produzzjoni, irrappreżenta 80 % jew iżjed tal-volum tal-bejgħ totali u l-prezz medju differenzjat ta’ dak it-tip kien daqs jew ogħla mill-ispiża tal-produzzzjoni. Għalhekk, setgħu jintużaw il-prezzijiet domestiċi attwali, ikkalkulati bħala l-medja differenzjata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu li sar matul il-PIR, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx bil-qligħ jew le.

    (27)

    Għalhekk, il-valur normali ġie ddeterminat, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fl-andament ordinarju tan-negozju, minn klijenti indipendenti fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu.

    2.3.   Prezz tal-esportazzjoni

    (28)

    L-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera ngħata TI fl-investigazzjoni oriġinali. Skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, il-prezz tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat għal din il-kumpanija ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni li realment tħallsu jew li għandhom jitħallsu lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni.

    (29)

    Billi l-kooperazzjoni miċ-Ċina kienet baxxa, il-marġni tad-dumping għall-pajjiż sħiħ applikabbli lill-esportaturi l-oħra kollha fiċ-Ċina ġie kkalkulat permezz tal-istatistika Ċiniża dwar l-esportazzjoni.

    2.4.   Tqabbil

    (30)

    Sabiex jiġi żgurat paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Ingћataw aġġustamenti xierqa għat-trasport, l-assigurazzjoni, u l-ispejjeż tal-kreditu fil-każijiet kollha fejn instab li kienu raġonevoli, eżatti u appoġġjati b’evidenza vverifikata.

    2.5.   Marġni tad-dumping

    (31)

    Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur medju normali ddifferenzjat li kien stabbilit għall-Istati Uniti kien ipparagunat mal-prezz medju differenzjat tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur Ċiniż fuq il-bażi tal-prezz ex-works. Dan il-paragun wera l-eżistenza ta’ dumping sinifikanti, il-marġini ta’ dumping ammonta għal aktar minn 40 %.

    (32)

    Fuq il-bażi tal-istatistika tal-Eurostat u ċ-Ċina, għall-esportazzjonijiet Ċiniżi l-oħra kollha lejn l-Unjoni, il-marġni tad-dumping instab li kien sostanzjali, fl-istess firxa bħal hawn fuq.

    3.   Żvilupp tal-importazzjonijiet jekk il-miżuri jitħallew jiskadu

    3.1.   Rimarka preliminari

    (33)

    Ta’ min ifakkar li l-miżuri ilhom fis-seħħ minn Ottubru 2003.

    3.2.   Evoluzzjoni tal-produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapacità fiċ-Ċina

    (34)

    Minħabba fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni siewja mill-produtturi esportaturi Ċiniżi f’din l-investigazzjoni, ma kienx hemm disponibbli data verifikabbli dwar il-kapaċità u l-użu tal-kapaċità tagħhom.

    (35)

    Skont l-istima tal-applikant, il-kapaċità totali tal-produzzjoni fiċ-Ċina fl-2006 kienet tammonta għal madwar 364 900 tunnellata ta’ AF kull sena.

    (36)

    Skont iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Informazzjoni Kimika taċ-Ċina (5), “il-kapaċità tal-produzzjoni taċ-Ċina għall-furfural u l-alkoħol furfuriliku żdiedet ħafna f’dawn l-aħħar snin. In-nuqqas ta’ attività ġenerali fis-setturi tal-konsum avvanzat bħar-reżina tal-furan wassal għal produzzjoni eċċessiva fis-suq tal-furfural u furfuryl alcohol”(.) “Il-produzzjoni tal-furfural u speċjalment tal-alkoħol furfuriliku fiċ-Ċina għadha tiddependi fuq l-esportazzjonijiet”. Dan is-sors jgħid ukoll li kien hemm iktar minn 300 produttur tal-AF fiċ-Ċina fl-2005. Il-kapaċità totali annwali tal-produzzjoni tal-AF kienet ta’ 240 000 tunnellata u l-produzzjoni kienet ta’ madwar 140 000 tunnellata.

    (37)

    Skont l-istima tal-uniku produttur esportatur Ċiniż li kkoopera, il-produzzjoni totali ta’ AF fiċ-Ċina fl-2008, kienet tammonta għal 200 000 tunnellata.

    (38)

    Fi kwalunkwe każ, il-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża għadha sostanzjali. Barra minn hekk, minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-esportazzjonijiet Ċiniżi lill-Unjoni għadhom jiżdiedu. Ikun xi jkun is-sors tal-informazzjoni, jidher ċar li l-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża hija ikbar sewwa mill-konsum tal-Unjoni.

    (39)

    Is-suq tal-Unjoni huwa wieħed kbir u stabbli għall-AF u billi fl-Istati Uniti hemm miżuri għolja anti-dumping (minn 43 % sa 50 % u mġedda f’Lulju 2006) fuq importazzjonijiet miċ-Ċina, huwa mistenni li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-produtturi Ċiniżi jkollhom kull inċentiv biex jibagħtu l-kapaċitajiet żejda lejn l-Unjoni.

    (40)

    Fuq il-bażi ta’ dak ta’ hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li, fid-dawl tal-kapaċità enormi disponibbli fiċ-Ċina u l-eżistenza ta’ dazji anti-dumping f’suq importanti ieħor, l-Istati Uniti, hemm probabbiltà qawwija li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fl-Unjoni jiżdiedu jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    3.3.   Volum u prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina lill-Unjoni

    (41)

    Matul il-PIR, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina ammontaw għal madwar 21 000 tunnellata. Il-prezz unitarju kien medja ta’ EUR 1 210 kull tunnellata (ara l-premessa (57). Matul l-istess perijodu, il-prezz unitarju tal-bejgħ medju tal-Unjoni kien ħafna ogħla minn dan il-prezz u b’hekk is-suq tal-Unjoni jkun attraenti ħafna għall-esportaturi Ċiniżi jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    3.4.   Volumi u prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi

    (42)

    Abbażi tad-data mogħtija mill-produttur esportatur Ċiniż li kkoopera, instab li din il-kumpanija esportat kwantitajiet ħafna akbar lil pajjiżi terzi milli lill-Unjoni u bi prezzijiet ferm orħos minn dawk tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u wkoll orħos mill-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lill-Unjoni.

    (43)

    Dan huwa kkonfermat mill-istatistika Ċiniża disponibbli li wriet li għall-biċċa l-kbira tal-perijodu tal-investigazzjoni, il-kumpaniji Ċiniżi esportaw primarjament lil pajjiżi Ażjatiċi bi prezzijiet ħafna orħos minn dawk tal-esportazzjonijiet tagħhom lis-suq tal-Unjoni. F’dawn iċ-ċirkostanzi, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jerġgħu jbiegħu dan il-bejgħ lis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet ogħla iżda xorta waħda bi prezzijiet li jkunu orħos sewwa minn dawk tal-industrija tal-Unjoni.

    (44)

    Hemm informazzjoni limitata dwar il-prezzijiet domestiċi fiċ-Ċina.

    (45)

    Madankollu, abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju mill-unika kumpanija Ċiniża li kkooperat, din il-kumpanija biegħet il-prodott ikkonċernat fis-suq domestiku tagħha bi prezz ferm orħos minn dawk tal-esportazzjonijiet tagħha lil pajjiżi terzi u lill-Unjoni.

    3.5.   Konklużjoni

    (46)

    L-investigazzjoni wriet li, filwaqt li l-volumi ta’ importazzjoni tal-prodott konċernat fil-PIR kienu relattivament kbar, il-livell tad-dumping misjub għal dawn l-importazzjonijiet kien sinifikanti.

    (47)

    Fid-dawl tal-kapaċità żejda disponibbli fiċ-Ċina, li hija ikbar sewwa mill-konsum totali tal-Unjoni, id-differenza sinifikanti fil-prezzijiet imħallsa fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi u l-attraenza riżultanti tas-suq tal-Unjoni, kif jidher fil-premessa (41) hawn fuq, għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, huwa konkluż li hemm probabbiltà kbira ta’ iktar importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fl-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    D.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

    (48)

    Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, hemm produttur wieħed biss tal-AF fl-Unjoni: TransFurans Chemicals BVBA, il-Belġju (“TFC”). B’konsegwenza ta’ dan, il-produzzjoni ta’ TFC tikkostitwixxi l-produzzjoni totali tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

    (49)

    Il-produzzjoni tal-Unjoni hija integrata bis-sħiħ f’entità eknomika waħda li tikkonsisti fi tliet kumpaniji u topera kif ġej:

    (50)

    TFC tittrasforma l-materja prima, il-furfural, fornut mill-kumpanija ewlenija Central Romana Corporation (“CRC”), fir-Repubblika Dominikana, fil-prodott ikkonċernat. International Furan Chemicals (“IFC”) li tinsab fl-Olanda taġixxi bħala l-aġent dinji tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn TFC. TFC, IFC u CRC huma relatati minn sjieda komuni.

    (51)

    Gћalhekk, fuq il-bażi ta’ hawn fuq u skont it-tifsira tal-Artikoli 5(4) u 4(1) tar-Regolament bażiku, ġie kkunsidrat li TFC u l-kumpanija relatata tagħha IFC, jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni. Ta’ min jinnota li, sabiex issir stima sinifikanti ta’ ċerti indikaturi tal-ħsara, kien neċessarju li jittieħed ukoll kont ta’ xi data minn CRC.

    E.   IQAGĦDA FIS-SUQ TAL-UNJONI

    1.   Rimarka preliminari

    (52)

    Billi l-industrija tal-Unjoni fiha biss kumpanija waħda, id-data speċifika marbuta mal-industrija tal-Unjoni, kif irrappurtata fit-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju, il-konsum u s-sehem mis-suq tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kif ukoll importazzjonijiet oħra ta’ pajjiżi terzi ġew indiċjati sabiex tinżamm il-kunfidenzjalità tad-data mogħtija skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

    2.   Konsum tal-Unjoni

    (53)

    Il-konsum tal-Unjoni kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-volum kombinat ta’ bejgħ mill-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni tal-AF manifatturat minnha u l-importazzjonijiet taċ-Ċina kif ukoll importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra.

    (54)

    Fir-rigward tal-volumi tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, u bħal fl-investigazzjoni oriġinali, intużat l-istatistika uffiċjali Ċiniża dwar l-esportazzjonijiet minflok l-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet, billi l-ewwel waħda dehret aktar preċiża billi ċerta data tal-Eurostat li tikkonċerna dan il-prodott kienet ikklassifikata bħala ‘sigrieta’ u għalhekk ma kinitx disponibbli għall-pubbliku. Sa fejn għandhom x’jaqsmu l-volumi ta’ pajjiżi terzi oħra, intużat l-istatistika tal-Eurostat billi ma kienx hemm informazzjoni affidabbli oħra disponibbli.

    Tabella 1   Konsum tal-Unjoni (skont il-volum tal-bejgħ)

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    Indiċi

    100

    108

    158

    166

    Xejra S/S

     

    8  %

    47  %

    5  %

    Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni, l-Eurostat u l-istatistka uffiċjali Ċiniża dwar l-esportazzjoni

    (55)

    Fuq din il-bażi u kif muri fit-tabella 1 hawn fuq, il-konsum tal-Unjoni żdied sewwa matul il-perijodu meqjus, jiġifieri b’66 %.

    (56)

    Ta’ min jinnota li l-iżvilupp ta’ hawn fuq jista’ jiġi affettwat mill-eżistenza possibbli ta’ data sigrieta dwar importazzjonijiet tat-Tajlandja kif imsemmi fil-premessa (61).

    3.   Volum, sehem mis-suq u prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina

    Tabella 2   Importazzjonijiet miċ-Ċina bil-volum, is-sehem mis-suq u l-prezz tal-importazzjoni

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    Importazzjonijiet f’tunnellati

    16 010

    10 635

    19 245

    21 002

    Indiċi

    100

    66

    120

    131

    Sehem mis-suq (indiċi)

    100

    62

    76

    79

    Prezz tal-importazzjoni CIF EUR/tunnellata

    887

    738

    893

    1 210

    Indiċi

    100

    83

    101

    136

    Sors: Statistika uffiċjali Ċiniża tal-esportazzjoni

    (57)

    Il-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina żdied b’31 % matul il-perijodu meqjus, minn 16 010 tunnellati fl-2005 għal 21 002 tunnellati fil-PIR, filwaqt li s-sehem mis-suq naqas għal 21 % matul il-perijodu meqjus. Wieħed għandu jħares lejn dan l-iżvilupp fl-isfond taż-żieda sinifikanti tal-konsum tal-Unjoni b’66 % matul l-istess perijodu.

    (58)

    Ta’ min jinnota li l-industrija tal-Unjoni kienet hi stess qed timporta bejn 5 000 u 9 000 tunnellata matul il-PIR tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina li mbagħad reġgħet biegħet fis-suq tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni kienet għalhekk l-importatur ewlieni tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina. L-importazzjonijiet saru mill-industrija tal-Unjoni billi diġà kienet qed tipproduċi fil-kapaċità sħiħa tagħha (ara l-premessi (64) u (65) hawn taħt), u ma kinitx qed tlaħħaq mad-domanda fis-suq tal-Unjoni.

    (59)

    Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni miċ-Ċina żdiedu matul il-perijodu meqjus b’36 %, jiġifieri minn EUR 887/tunnellata fl-2005 għal EUR 1 210/tunnellata matul il-PIR.

    (60)

    It-tqabbil tal-prezz tal-importazzjoni CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni mħallas mill-klijenti indipendenti, inkluż l-ispejjeż wara l-importazzjoni, mal-prezzijiet ex-works tal-industrija tal-Unjoni, għall-istess tipi tal-prodott, wera li l-prezzijiet Ċiniżi tal-importazzjoni ma kinux orħos mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR.

    4.   Volum, sehem mis-suq u prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

    Tabella 3   Importazzjonijiet minn swieq ta’ pajjiżi terzi oħra

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    It-Tajlandja

    Tunnellati

    673

    208

    10 660

    11 450

    Indiċi

    100

    31

    1 584

    1 701

    Is-sehem mis-suq indiċjat

    100

    28

    1 017

    1 044

    Prezz tal-importazzjoni f’EUR/tunnellata

    1 059

    822

    1 086

    1 302

    Indiċi

    100

    78

    103

    123

    L-Afrika t’Isfel

    Tunnellati

    890

    0

    123

    2 695

    Indiċi

    100

    0

    14

    303

    Is-sehem mis-suq indiċjat

    100

    0

    8

    183

    Prezz tal-importazzjoni f’EUR/tunnellata

    682

    0

    930

    1 301

    Indiċi

    100

    0

    136

    191

    Pajjiżi terzi oħra

    Tunnellati

    160

    11

    193

    239

    Indiċi

    100

    7

    120

    149

    Is-sehem mis-suq indiċjat

    100

    0

    75

    100

    Prezz tal-importazzjoni f’EUR/tunnellata

    1 790

    7 500

    3 051

    3 368

    Indiċi

    100

    419

    170

    188

    Sors: Eurostat

    (61)

    Ta’ min jinnota li d-data tal-Eurostat għat-Tajlandja wriet żieda fil-volum tal-importazzjoni minn kwantitajiet insinifikanti fl-2005 u l-2006 għal 10 660 tunnellata fl-2007 u 11 450 tunnellata matul il-PIR, b’żieda sinifikanti fis-sehem mis-suq minn indiċi ta’ 100 għal 1 044 matul il-perijodu meqjus. Madankollu, ta’ min jinnota li d-data tal-Eurostat fiha xi data sigrieta fir-rigward tal-importazzjonijiet Tajlandiżi matul l-2005 u l-2006 u ż-żieda fl-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq fil-fatt kienet inqas minn kif jidher hawn fuq. Il-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Tajlandja żdiedu bi 23 % fil-perijodu meqjus u kienu ogħla mill-prezzijiet Ċiniżi kif ukoll ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR.

    (62)

    Għalkemm l-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel żdiedu matul il-perijodu meqjus, baqgħu f’livell relattivament baxx b’livelli ta’ prezz simili għall-importazzjonijiet Tajlandiżi.

    (63)

    L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma kinux jirrappreżentaw volumi sinifikanti.

    5.   Qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    5.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

    (64)

    Il-volum ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 8 % matul il-perijodu meqjus. Matul dan il-perijodu, il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet stabbli.

    (65)

    L-utilizzazzjoni tal-kapaċità żdiedet bi 8 % fil-perijodu meqjus, u b’hekk laħqet il-kapaċità sħiħa. Mill-2006 ‘l quddiem, l-industrija tal-Unjoni pproduċiet iktar mill-kapaċità installata teoretika tagħha.

    Tabella 4   Produzzjoni tal-Unjoni

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    Indiċi

    100

    104

    106

    108

    Xejra S/S

     

    4  %

    1  %

    2  %

    Sors: It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni


    Tabella 5   Kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    Indiċi

    100

    100

    100

    100

    Xejra S/S

     

    0  %

    0  %

    0  %

    Sors: It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni


    Tabella 6   Użu tal-kapaċità

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    Indiċi

    100

    104

    106

    108

    Xejra S/S

     

    4  %

    1  %

    2  %

    Sors: It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

    5.2.   Inventarji

    (66)

    L-istokks naqsu b’50 % fil-perijodu meqjus minħabba d-domanda kbira matul dan iż-żmien, partikolarment fir-RIP, u n-nuqqas ta’ kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tlaħħaq mas-suq tal-Unjoni. B’riżultat ta’ dan, l-istokks naqsu kontinwament.

    Tabella 7   Inventarji

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    Indiċi

    100

    81

    89

    50

    Xejra S/S

     

    –19  %

    10  %

    –44  %

    Sors: It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

    5.3.   Bejgħ, sehem mis-suq u prezzijiet

    Tabella 8   Volumi u valuri tal-bejgħ:

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    Volum ta’ bejgħ - indiċi

    100

    151

    147

    134

    Xejra S/S

     

    51  %

    –2  %

    9  %

    Valur ta’ bejgħ - indiċi

    100

    127

    156

    175

    Xejra S/S

     

    27  %

    23  %

    12  %

    Sors: It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

    (67)

    Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b’51 % mill-2005 sal-2006, u b’hekk laħaq quċċata fl-2006, iżda mbagħad naqas kontinwament. Fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’19 %. Dan minħabba li d-domandi lill-industrija tal-Unjoni żdiedu b’iktar miż-żieda totali fil-volum tal-bejgħ. Kif imsemmi hawn fuq, billi l-industrija tal-Unjoni diġà pproduċiet bil-kapaċità sħiħa tagħha, ma setgħetx iżżid il-volum tal-bejgħ tagħha bl-istess ammont bħaż-żieda fil-konsum.

    Tabella 9   Sehem mis-suq tal-Industrija tal-Unjoni

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    Indiċi

    100

    140

    93

    81

    Xejra S/S

     

    40  %

    –34  %

    –13  %

    Sors: tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni, l-Eurostat u l-istatistka Ċiniża dwar l-esportazzjoni

    (68)

    Il-prezzijiet unitarji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni l-ewwel naqsu b’16 % mill-2005 sal-2006, u wara żdiedu kontinwament. B’hekk, matul il-perijodu totali kkunsidrat, il-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’31 %.

    Tabella 10   Prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    Indiċi

    100

    84

    106

    131

    Xejra S/S

     

    –16  %

    26  %

    23  %

    Sors: It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

    5.4.   Fatturi li jaffetwaw il-prezzijiet tal-Unjoni

    (69)

    Il-pressjoni mid-domanda matul il-perijodu kkunsidrat wasslet biex il-prezzijiet żdiedu ferm. Id-domanda kbira matul il-PIR anki kkawżat nuqqasijiet temporanji fis-suq tal-Unjoni.

    (70)

    Il-livelli tal-prezz fis-suq tal-Unjoni kienu ġeneralment għoljin matul il-perijodu meqjus. L-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina ma kellhomx pressjoni sinifikanti fuq il-prezz matul dan il-perijodu. Għalhekk, l-istess tendenza ta’ żieda tista’ tiġi osservata għall-importazzjonijiet Ċiniżi u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi l-oħra, bl-eċċezzjoni tal-2006, meta kemm il-volumi kif ukoll il-prezzijiet naqsu.

    (71)

    Il-marġnijiet tal-bejgħ kienu inqas influwenzati mill-ispiża sħiħa tal-produzzjoni u ż-żidiet fil-prezz kienu l-aktar minħabba żviluppi fis-suq. Wieħed jista’ jara evidenza ta’ dan ukoll fiż-żieda fl-ispiża fl-2006 (minħabba żieda eċċezzjonali fl-ispiża taż-żejt għall-produzzjoni tal-FF) li ma kellhiex impatt dirett fuq il-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni li żdied matul din l-istess sena.

    5.5.   Impjiegi, produttività u pagi

    (72)

    L-impjiegi baqgħu ġeneralment stabbli matul il-perijodu meqjus, filwaqt li l-produttività żdiedet b’6 % matul l-istess perijodu minħabba ż-żieda fil-volum tal-produzzjoni. L-ipproċessar ta’ FF f’AF huwa proċess pjuttost sempliċi u għalhekk ma jirrikjedix ħafna ħaddiema. Il-pagi medji naqsu b’4 % matul il-perjodu meqjus.

    Tabella 11   Impjiegi

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    Indiċi

    100

    106

    105

    102

    Xejra S/S

     

    6  %

    –1  %

    –3  %

    Sors: It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni


    Tabella 12   Produttività

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    Indiċi

    100

    98

    100

    106

    Xejra S/S

     

    –2  %

    2  %

    6  %

    Sors: It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni


    Tabella 13   Pagi

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    Indiċi

    100

    102

    95

    96

    Xejra S/S

    2  %

    –6  %

    1  %

    Sors: It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

    5.6.   Profittabilità

    (73)

    Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni żdiedet ġeneralment b’mod sinifikanti mill-2005 sal-PIR jiġifieri bi 43 % u laħqet livell għoli ħafna matul il-PIR, li qabeż ferm il-mira għall-profitt stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali (15,17 %). Ta’ min jinnota li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni laħqet livelli għolja matul il-perijodu meqjus bl-eċċezzjoni tal-2006. Fl-2006, l-ispejjeż eċċezzjonalment għolja għaż-żejt li huwa wieħed mill-fatturi ewlenin fl-ispiża għall-produzzjoni tal-FF, flimkien mal-prezzijiet baxxi tal-bejgħ, wasslu għal telf lill-industrija tal-Unjoni.

    Tabella 14   Profittabilità

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    Indiċi

    100

    –27

    125

    143

    Xejra S/S

    – 127  %

    562  %

    14  %

    Sors: It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

    5.7.   Investimenti, qligħ fuq l-investimenti u kapaċità għall-ġbir ta’ kapital

    (74)

    L-investimenti żdiedu matul il-perijodu meqjus għalkemm l-ammont totali ma kienx sinifikanti, u b’hekk kien ekwivalenti għal perċentwal żgħir biss tal-profitti miksuba. L-industrija tal-Unjoni ma investietx f’kapaċitajiet ġodda iżda dawn l-investimenti kienu f’tiswijiet u manutenzjoni. L-investigazzjoni wriet ukoll li d-dħul mill-investimenti jiġifieri l-profitt nett qabel it-taxxa tal-prodott simili espress f’perċentwal tal-valur nett deprezzat tal-assi fissi allokati lill-prodott simili, żdied notevolment matul il-perijodu meqjus.

    Tabella 15   Investimenti

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    Indiċi

    100

    116

    150

    187

    Xejra S/S

     

    16  %

    29  %

    25  %

    Sors: It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni


    Tabella 16   Redditu fuq l-investimenti

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    ROI

    4,3  %

    –6,1  %

    8,3  %

    18,4  %

    Sors: It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

    (75)

    L-investigazzjoni ma kixfitx evidenza li l-industrija tal-Unjoni għandha problemi kbar biex tiġbor il-kapital.

    5.8.   Likwidità

    (76)

    Il-likwidità segwa xejra simili bħall-profittabbiltà, u żdied ferm matul il-perijodu meqjus.

    Tabella 17   Likwidità

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    Indiċi

    100

    – 167

    294

    661

    Xejra S/S

     

    – 267  %

    276  %

    125  %

    Sors: It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

    5.9.   Tkabbir

    (77)

    L-industrija tal-Unjoni ma bbenefikatx direttament mit-tkabbir tas-suq matul il-perijodu meqjus, billi filwaqt li żiedet il-volum tal-bejgħ tagħha, tilfet is-sehem totali mis-suq. Madankollu, din is-sitwazzjoni hija dovuta għad-deċiżjoni tal-industrija tal-Unjoni li żżomm il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha fl-istess livelli matul il-perijodu meqjus. Tabilħaqq, għalkemm il-profittabbiltà kienet kbira, u d-domanda kienet qed tiżdied, ma sar ebda investiment biex tiżdied il-kapaċità.

    5.10.   Daqs tal-marġini tad-dumping

    (78)

    Matul il-PIR, minkejja l-miżuri fis-seħħ, id-dumping kompla f’livelli sostanzjali, għalkemm f’livelli iktar baxxi milli stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, abbażi kemm tad-data mogħtija mill-uniku produttur esportatur li kkoopera kif ukoll tal-kalkoli bbażati fuq il-fatti disponibbli (l-istatistika Ċiniża).

    5.11.   Irkuprar mill-effetti tad-dumping fl-imgħoddi

    (79)

    Anki jekk l-industrija tal-Unjoni kellha l-opportunità li tirkupra mid-dumping fl-imgħoddi, partikolarment f’termini tal-volumi tal-bejgħ, tal-prezzijiet tal-bejgħ u tal-profittabbiltà, madankollu, il-marġnijiet tad-dumping għadhom kbar.

    5.12.   Attività tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

    Tabella 18   Volum tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

     

    2005

    2006

    2007

    PIR

    Indiċi

    100

    82

    78

    96

    Xejra S/S

    –18  %

    –5  %

    23  %

    Sors: It-tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija tal-Unjoni

    (80)

    Is-suq ewlieni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni huwa l-Istati Uniti. Għalkemm kienu qed jonqsu fl-2006 u l-2007, il-livelli tal-esportazzjoni tal-2005 kważi ntlaħqu fil-PIR. Ta’ min jinnota li l-volum esportat lill-Istati Uniti kien wieħed sinifikanti, u kien jikkorrispondi għal 25 % tal-volum totali tal-produzzjoni matul il-PIR, filwaqt li min-naħa l-oħra, ġew importati wkoll volumi kbar tal-prodott ikkonċernat mill-industrija tal-Unjoni miċ-Ċina biex jissodisfaw id-domanda tal-klijenti tagħhom fl-Unjoni. Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni ta’ AF ġiet esportata lis-suq tal-Istati Uniti li jħalli iktar qligħ u fejn il-prezzijiet kienu f’livelli saħansitra ogħla minn dawk tas-suq tal-Unjoni.

    6.   Konklużjoni dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni

    (81)

    Il-miżuri anti-dumping kellhom impatt pożittiv ċar fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-indikaturi ewlenin kollha tal-ħsara, bħall-produzzjoni (+ 8 %) u l-volum tal-bejgħ (+ 34 %), il-valur tal-bejgħ (+ 75 %), il-prezz medju tal-bejgħ (+ 31 %), l-investiment (+ 87 %), il-profittabbiltà (+ 43 %), il-fluss tal-likwidità (+ 561 %), l-istokks (– 50 %) u l-produttività (+ 6 %) wrew żviluppi pożittivi. Partikolarment, il-livell tal-profitti tal-industrija tal-Unjoni kien għoli matul il-perjodu meqjus bl-eċċezzjoni tal-2006.

    (82)

    F’dak li għandu x’jaqsam mas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, it-tendenza negattiva ma setgħetx titqies li tirriżulta mill-ħsara. Tabilħaqq, l-industrija tal-Unjoni, li diġà kienet qed tipproduċi fil-kapaċità massima, ma setgħetx tissodisfa d-domanda dejjem ikbar, li, minkejja l-volumi ikbar tal-bejgħ, kellu effett negattiv fuq is-sehem mis-suq tagħha.

    (83)

    B’konklużjoni, fid-dawl tal-iżvilupp pożittiv tal-indikaturi marbuta mal-industrija tal-Unjoni, din titqies li hi f’sitwazzjoni tajba u ma setax jiġi stabbilit li l-ħsara materjali ssoktat. Għalhekk, ġie eżaminat jekk kienx hemm il-probabbiltà tar-rikorrenza tal-ħsara li kieku l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu.

    F.   PROBABBILTÀ TAR-RIKORRENZA TAL-ĦSARA

    1.   Sommarju tal-analiżi tal-probabbilità tat-tkomplija tad-dumping u r-rikorrenza tal-dumping bi ħsara

    (84)

    Ta’ min ifakkar li anki bil-miżuri fis-seħħ, il-produtturi esportaturi fiċ-Ċina kienu għadhom qed ibiegħu f’livelli irħas b’mod sinifikanti, kif spjegat fil-premessa (31) hawn fuq. It-tneħħija tal-miżuri tista’ twassal għal marġnijiet tad-dumping saħansitra ogħla jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni jitnaqqsu bl-istess ammont.

    (85)

    Kif imsemmi fuq, l-inċentiv biex jiżdiedu l-volumi tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni huwa kbir, billi s-suq ewlieni l-ieħor għall-esportazzjoni miċ-Ċina, jiġifieri l-Istati Uniti, għandu miżuri għolja fis-seħħ kontra ċ-Ċina b’karattru projbittiv u dan is-suq għalhekk prattikament mhux aċċessibbli għall-esportazzjonijiet Ċiniżi.

    (86)

    Barra minn hekk, instab li l-produtturi Ċiniżi kellhom kapaċitajiet żejda sinifikanti minħabba kapaċità żejda strutturali fiċ-Ċina kkawżata minn tnaqqis fid-domanda domestika fiċ-Ċina minħabba li s-suq qed jiċkien wara l-Logħob Olimpiku fl-2008 u l-effett tal-kriżi ekonomika globali.

    (87)

    Barra minn hekk, instab ukoll li l-prezzijiet Ċiniżi tal-esportazzjoni lill-pajjiżi terzi kienu f’livelli inqas minn dawk lill-Unjoni.

    (88)

    Għalhekk, ġie konkluż li hemm probabbiltà tat-tkomplija tad-dumping u riskju ta’ żieda fil-volum tal-importazzjonijiet li jpoġġu pressjoni negattiva fuq il-prezzijiet fl-Unjoni, għallinqas fit-terminu l-qasir, jekk il-miżuri jiġu revokati.

    (89)

    Normalment, żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping teżerċita pressjoni negattiva fuq il-livell tal-prezz tal-bejgħ u taffettwa negattivament il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll l-irkupru finanzjarju tagħha li ġie osservat fil-PIR.

    2.   Impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni – indikazzjonijiet u l-iżvilupp probabbli matul il-perijodu wara l-PIR

    (90)

    Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni diġà naqas mill-2006 ‘l hawn, u dan matul perjodu ta’ żieda fil-konsum, filwaqt li fl-istess sena, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied. Fid-dawl ta’ dawn l-indikaturi mħallta (jiġifieri l-irkupru kumplessiv tal-industrija tal-Unjoni, iżda telf mis-sehem mis-suq), l-iżviluppi wara l-PIR ġew eżaminati biex ikun hemm stampa aktar ċara tat-tendenzi futuri probabbli. Ta’ min ifakkar ukoll li l-probabbiltà tar-rikorrenza tal-ħsara kkawżata minn pressjoni negattiva fuq il-prezzijiet tista’ tiġi influwenzata jew aċċentwata mill-evoluzzjoni tal-ekonomija globali u l-effetti tagħha fuq id-domanda u l-konsum.

    (91)

    Inġabret informazzjoni addizzjonali sabiex jiġi ddeterminat jekk baqgħux validi wara l-PIR il-konklużjonijiet misluta abbażi tal-analiżi tal-perjodu meqjus u aktar partikolarment il-PIR. F’dan ir-rigward, l-industrija tal-Unjoni bagħtet informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-bejgħ tagħha fl-Unjoni li tkopri l-perjodu bejn Ottubru 2008 u April 2009 kif ukoll dwar il-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi u l-prezzijiet medji tal-importazzjoni matul l-istess perjodu.

    (92)

    Fuq din il-bażi, setgħet tiġi osservata tendenza negattiva ċara u kontinwa tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, jiġifieri l-prezzijiet tal-bejgħ f’April 2009 naqsu b’35 % meta mqabbel mal-prezz medju tal-bejgħ matul il-PIR. F’dak li għandu x’jaqsam mal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, filwaqt li m’hemmx tendenza negattiva kontinwa, il-bejgħ f’April 2009 kien 33 % inqas milli f’Marzu 2009. Kien hemm indikazzjonijiet li l-ordnijiet lill-industrija tal-Unjoni kienu qed jonqsu.

    (93)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, l-iżvilupp negattiv kien sinifikanti. B’hekk, il-livelli tal-profitti naqsu kontinwament u waqgħu bi kważi 80 % f’April 2009 meta mqabbel mal-livell tal-profitti li ntlaħaq matul il-PIR. B’hekk, il-livelli tal-profitti tal-industrija tal-Unjoni ma laħqux il-mira stabbilita għall-profitti fl-investigazzjoni oriġinali minn Marzu 2009 ‘l hawn u f’April 2009 waqgħu sewwa taħtha.

    (94)

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-importazzjonijiet Ċiniżi, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi segwew tendenza negattiva kontinwa, li madankollu kienet inqas aċċentwata milli t-tnaqqis fil-volumi tal-importazzjoni u t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi, filwaqt li kienu għadhom ħarira ogħla mill-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, f’ċerti xhur kienu orħos sewwa minnhom, u dan juri li l-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq minn dawn l-importazzjonijiet żdiedet. Bl-istess mod, fit-tmiem ta’ dan il-perjodu, il-prezzijiet Ċiniżi nstabu li kienu orħos ferm mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

    (95)

    Fuq il-bażi ta’ hawn fuq, u fid-dawl tat-tendenza negattiva ċara tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, ġie konkluż li aktarx ikun hemm rikorrenza tal-ħsara jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    (96)

    Ta’ min jinnota li minħabba l-kriżi ekonomika globali, id-domanda fl-Unjoni naqset b’mod sinifikanti u dan kellu impatt negattiv fuq il-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet tal-bejgħ u l-profittabbiltà tas-suq tal-Unjoni. Il-pożizzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni marret lura u l-industrija tal-Unjoni b’hekk saret partikolarment vulnerabbli u għalhekk tiġi affettwata iktar faċilment mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. Din is-sitwazzjoni aktarx tkompli tmur għall-agħar f’każ ta’ żieda f’daqqa ta’ dawn l-importazzjonijiet jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà tar-rikorrenza tal-ħsara

    (97)

    Fil-qosor, jitqies li fil-każ li l-miżuri jiġu revokati, hemm probabbiltà fit-terminu l-qasir ta’ żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina fl-Unjoni bi pressjoni fuq il-prezzijiet b’konsegwenza u rikorrenza tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

    (98)

    Ta’ min jinnota, madankollu, li ġeneralment is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perijodu meqjus kienet pożittiva - u setgħet kollox ma’ kollox tirkupra mid-dumping fil-passat u tagħmel profitti sostanzjali lejn tmiem il-perjodu. Għalhekk, huwa meqjus li jista’ jinħtieġ inqas żmien mill-istandard ta’ ħames snin biex l-industrija tal-Unjoni tirkupra mis-sitwazzjoni prekarja attwali, li fi kwalunkwe każ tista’ tkun fenomenu temporanju, u tipprevjeni l-ħsara milli terġa’ sseħħ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fit-terminu l-medju, id-domanda fuq l-industrija tal-Unjoni tista’ tiżdied għal darb’oħra. Jekk dan ikun il-każ, u fuq il-bażi tal-ispeċifiċitajiet tas-suq tal-Unjoni u partikolarment il-ħtieġa tal-utenti tal-Unjoni għal provvista malajr u affidabbli, jitqies li l-industrija tal-Unjoni tista’, fit-terminu l-medju, tirkupra minn kull ħsara jew li r-rikorrenza tal-ħsara ma tkunx iktar probabbli. Din is-sitwazzjoni tista’ tiġi riveduta iktar ‘il quddiem.

    G.   INTERESS TAL-UNJONI

    1.   Rimarka preliminari

    (99)

    Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-issuktar tal-miżuri anti-dumping eżistenti imurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. L-interess tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ stima tad-diversi interessi l-oħra involuti kollha, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi/negozjanti kif ukoll tal-utenti tal-prodott ikkonċernat.

    (100)

    Ta’ min ifakkar li, fl-investigazzjoni oriġinali, l-impożizzjoni tal-miżuri tqieset li ma kinitx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni tal-iskadenza, u għalhekk tanalizza sitwazzjoni fejn il-miżuri anti-dumping huma fis-seħħ.

    (101)

    Abbażi ta’ dan kien mistħarreġ jekk kienx hemm raġunijiet b’saħħithom li jistgħu jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li l-miżuri jinżammu f’dan il-każ partikolari, minkejja l-konkużjonijiet ta’ hawn fuq dwar il-probabbiltà tat-tkomplija tad-dumping u r-rikorrenza tal-ħsara.

    2.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

    (102)

    Huwa mfakkar li d-dumping matul il-PIR kien għadu preżenti u li teżisti probabbiltà li d-dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġina fiċ-Ċina jkompli u l-probabbiltà li l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni terġa’ sseħħ.

    (103)

    L-industrija tal-Unjoni wriet li hija industrija vijabbli u kompetittiva, u dan huwa kkonfermat mill-iżvilupp pożittiv tal-indikaturi ewlenin tal-ħsara matul il-perjodu meqjus. Il-miżuri anti-dumping imposti qabel ikkontribwixxew għal-livell tal-prezz kif stabbilit matul il-PIR li ppermetta lill-industrija tal-Unjoni biex terġa’ tagħmel profitt.

    (104)

    Għalhekk, huwa fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li żżomm il-miżuri kontra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fiċ-Ċina.

    3.   Interess ta’ importaturi/negozjanti li mhumiex relatati

    (105)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-importaturi/kummerċjanti kollha magħrufa. Importatur/negozjant wieħed biss ikkoopera ma’ din l-investigazzjoni.

    (106)

    L-investigazzjoni wriet li l-volumi nnegozjati mill-importatur mhux relatat li kkoopera matul il-perijodu meqjus ma kienx sinifikanti, u l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat jirrappreżenta biss parti żgħira tal-bejgħ totali tiegħu.

    (107)

    Jitqies li t-tkomplija tal-miżuri ma taffettwax il-qagħda attwali tal-importaturi/negozjanti. Jidher ċar li l-importaturi għandhom għejun oħra ta’ forniment, kif jista’ jidher mis-sehem sinifikanti mis-suq li għandhom pajjiżi terzi oħra, partikolarment it-Tajlandja, li juri li l-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni hija żgurata.

    (108)

    Fid-dawl ta’ li ntqal hawn fuq, tqies li l-issuktar bil-miżuri ma jkollux effett sinifikanti fuq l-importaturi/negozjanti.

    4.   Interess tal-utenti

    (109)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-utenti kollha mhux relatati magħrufa. Tmien utenti kkooperaw mal-investigazzjoni, u dawn jirrappreżentaw 44 % tal-importazzjonijiet totali miċ-Ċina. L-investigazzjoni wriet li dawn l-utenti kienu qed jimportaw il-prodott ikkonċernat direttament miċ-Ċina. Barra minn hekk, żewġ assoċjazzjonijiet tal-utenti wieġbu billi bagħtu l-kummenti tagħhom.

    (110)

    L-utenti industrijali ewlenin ta’ AF fl-Unjoni huma l-manifatturi tar-reżina furan. L-investigazzjoni wriet li minkejja l-miżuri fis-seħħ, uħud mill-utenti xorta waħda laħqu marġnijiet ta’ profitt pjuttost kbar matul il-PIR.

    (111)

    L-utenti qalu wkoll li l-industrija tal-Unjoni għandha tibqa’ sors importanti ta’ forniment sabiex toffri disponibbilità tal-prodott ikkonċernat u ċerta affidabilità u konsistenza fil-provvista.

    (112)

    Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, tqies li l-issuktar tal-miżuri ma jkollux effett negattiv sinifikanti fuq l-utenti industrijali.

    5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

    (113)

    Meta wieħed iqis dan kollu, huwa konkluż li ma teżisti ebda raġuni b’saħħitha, f’termini ta’ interess tal-Unjoni, kontra l-estensjoni tal-miżuri anti-dumping.

    H.   MIŻURI ANTI-DUMPING

    (114)

    Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u bil-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-ażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li l-miżuri eżistenti jinżammu. Ingħataw ukoll perijodu ta’ żmien biex jibagħtu l-kummenti u r-rikjesti tagħhom wara l-kxif.

    (115)

    Jidher ċar li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tapprofitta mill-miżuri fis-seħħ u l-qagħda tagħha tjiebet sewwa fil-perijodu meqjus fir-rigward tal-biċċa l-kbira tal-indikaturi tal-ħsara. L-industrija tal-Unjoni għamlet marġni kbar ta’ profitti matul il-PIR u l-volumi tal-bejgħ u l-produzzjoni laħqu l-livelli massimi tagħhom. Fuq il-bażi tal-iżvilupp ekonomiku pożittiv tal-industrija tal-Unjoni matul il-perijodu meqjus, ma setax jiġi stabbilit li kompla jkun hemm ħsara materjali.

    (116)

    Madankollu, l-investigazzjoni wriet minn naħa waħda li, minkejja żieda fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq filwaqt li l-importazzjonijiet Ċiniżi żiedu s-sehem tagħhom mis-suq. Min-naħa l-oħra, l-investigazzjoni wriet ukoll li jeżistu kapaċitajiet mhux utilizzati fiċ-Ċina u li d-dumping għoli kompla matul il-PIR.

    (117)

    Barra minn hekk, l-investigazzjoni dwar il-probabbiltà tar-rikorrenza tal-ħsara wriet li l-qagħda tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar wara l-PIR u wasslet għal ħsara lejn il-bidu tat-tieni trimestru tal-2009. Uriet ukoll li kien hemm kapaċitajiet sinifikanti mhux utilizzati li kienu disponibbli fiċ-Ċina u li l-inċentiv biex dawn il-kapaċitajiet mhux utilizzati jiġu indirizzati lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jiskadu kien kbir. Din iż-żieda mistennija fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping aktarx iżżid il-pressjoni fuq il-prezz fl-Unjoni b’effett negattiv fuq il-prezz u l-livelli tal-profitt tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, ġie stabbilit li kien hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tal-ħsara, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, għallinqas fit-terminu l-qasir.

    (118)

    Dan kien ikollu impatt saħansitra iktar negattiv fil-kuntest tal-kriżi ekonomika attwali, li wasslet biex jonqos il-konsum wara l-PIR. F’dan ix-xenarju, l-impatt taż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jimmultiplika l-effetti negattivi tiegħu fuq l-industrija tal-Unjoni.

    (119)

    Fl-aħħar nett, qed jitqies li jekk l-ekonomija tirkupra fit-terminu l-medju, id-domanda għal FA fl-Unjoni tiżdied. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-industrija tal-Unjoni ser tkun kapaċi żżid il-volumi tal-bejgħ tagħha skont dan.

    (120)

    Għalhekk, milli ntqal qabel, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri anti-dumping li japplikaw fuq l-importazzjoni ta’ AF miċ-Ċina, imposti mir-Regolament (KE) Nru 1905/2003, għandhom jinżammu għal perijodu addizzjonali ta’ sentejn mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu 11 tar-Regolament bażiku.

    (121)

    Wara l-kxif, l-industrija tal-Unjoni talbet biex il-miżuri definittivi jiġu estiżi għal ħames snin bl-argument li l-bidla f’daqqa fil-kundizzjonijiet tas-suq wara l-PIR turi li kull żvilupp fis-suq fil-ġejjieni huwa inċert u diffiċli biex wieħed ibassru. Għalhekk, l-istima tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, jiġifieri li l-ekonomija tista’ tirkupra wara perjodu medju ta’ żmien u li d-domanda għal AF fl-Unjoni tista’ titjieb konsegwentement, ma tkunx preċiża biżżejjed. Madankollu, kif imsemmi fuq fil-premessi minn (117) sa (119), tqies li l-iżviluppi wara l-PIR, inkluż l-effetti tal-kriżi ekonomika, aktarx ikunu ta’ natura dewwiema li tkun tirrikjedi l-impożizzjoni ta’ miżuri għal mhux iktar minn sentejn. Għalhekk, ir-rikjesta tal-industrija tal-Unjoni f’dan ir-rigward kellha tiġi miċħuda.

    (122)

    Sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ ċirkonvenzjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa meqjus li jinħtieġu miżuri speċjali f’dan il-każ biex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping. Dawn il-miżuri speċjali jinkludu dan li ġej:

    Il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida li tkun f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’fattura bħal din gћandhom ikunu suġġetti gћad-dazju anti-dumping residwu li japplika gћall-produtturi esportaturi l-oћrajn kollha.

    (123)

    Jekk l-esportazzjonijiet ta’ kumpanija waħda mill-erbgħa li jibbenefikaw minn rati individwali aktar baxxi ta’ dazju jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, din iż-żieda fil-volum tista’ titqies li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fil-mudell tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni tal-miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi u bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet, jista’ jingħata bidu għal investigazzjoni kontra ċ-ċirkonvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ћtieġa għat-tneћћija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti tad-dazju għall-pajjiż kollu.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ alkoħol furfuriliku, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2932 13 00 (Kodiċi TARIC 2932130090), li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

    2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv li hija applikabbli għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 għandha tkun kif ġej:

    Kumpaniji

    Rata definittiva tad-dazju anti-dumping (EUR kull tunellata)

    Kodiċi addizjonali TARIC

    Gaoping Chemical Industry Co. Ltd

    160

    A442

    Linzi Organic Chemical Inc.

    84

    A440

    Zhucheng Taisheng Chemical Co. Ltd

    97

    A441

    Henan Huilong Chemical Industry Co. Ltd

    156

    A484

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    250

    A999

    3.   F’każijiet fejn l-oġġetti ġarrbu ħsara qabel ma daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz li tħallas attwalment jew li għandu jitħallas huwa allokat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (6), l-ammont tad-dazju anti-dumping, maħdum abbażi tal-paragrafu 2 hawn fuq, irid jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi mal-allokazzjoni tal-prezz imħallas attwalment jew li għandu jitħallas.

    4.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-erba’ kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiddependi fuq il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li għandha tikkonforma mar-rekwiżiti mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament. Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.

    5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu jiskadi fl-10 ta’ Diċembru 2011.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2009

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. MALMSTRÖM


    (1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

    (2)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 1.

    (3)  ĠU C 111, 6.5.2008, p. 50

    (4)  ĠU C 275, 30.10.2008, p. 21.

    (5)  Iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Informazzjoni Kimika taċ-Ċina (Chem China) kien stabbilit f’Ottubru 1992 wara l-merġer tal-Istitut tar-Riċerka tal-Informazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-Ministeru tal-Industrija Kimika stabbilit fl-1959 u ċ-Ċentru tal-Informazzjoni Ekonomika tal-Ministeru tal-Industrija Kimika stabbilit fl-1984. http://www.chemchina.com.cn/chempwas/en/7under_8.htm

    (6)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


    ANNESS

    Il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(4) ta’ dan ir-Regolament għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpanija, fil-format li ġej:

    1.

    L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-kumpanija li ħarġet il-fattura kummerċjali;

    2.

    Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-[volum] ta’ alkoħol furfuriliku li bħalissa jista’ jkun ikklassifikat bil-kodiċi NM ex 2932 13 00 (kodiċi addizzjonali TARIC) mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea u kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn [isem u indirizz tal-kumpanija] fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina; Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.”

    3.

    Data u firma.


    Top