Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1033

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2009 tat- 28 ta’ Ottubru 2009 li jemenda għall-115-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

    ĠU L 283, 30.10.2009, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1033/oj

    30.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 283/51


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1033/2009

    tat-28 ta’ Ottubru 2009

    li jemenda għall-115-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi s-sekwestru ta’ fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, (1) u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestru ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fit-22 ta’ Ottubru 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi erba’ persuni legali, gruppi jew entitajiet mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Karel KOVANDA

    Aġent Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

    L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni legali, gruppi u entitajiet” għandhom jitħassru:

    (1)

    Bank Al Taqwa Limited (magħruf ukoll bħala Al Taqwa Bank) (magħruf ukoll bħala Bank Al Taqwa), PO Box N-4877, Nassau, Bahamas; c/o Arthur D. Hanna & Company, 10, Deveaux Street, Nassau, Bahamas.

    (2)

    Barakaat International, Hallbybacken 15, 70 Spanga, l-Isvezja.

    (3)

    Barakaat International Foundation. Indirizz: (a) Box 4036, Spånga, Stokkolma, l-Isvezja; (b) Rinkebytorget 1, 04, Spånga, l-Isvezja.

    (4)

    Nada Management Organisation S.A. (magħrufa wkoll bħala Al Taqwa Management Organisation S.A.). Indirizz: Viale Stefano Franscini 22, CH-6900 Lugano (TI), l-Isvizzera. Tagħrif ieħor: Likwidati u mħassra mir-Reġistru Kummerċjali.


    Top