This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R1020
Commission Regulation (EC) No 1020/2009 of 28 October 2009 amending Regulation (EC) No 2003/2003 of the European Parliament and of the Council relating to fertilisers for the purposes of adapting Annexes I, III, IV and V thereto to technical progress (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2009 tat- 28 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I, III, IV u V tiegħu għall-progress tekniku (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2009 tat- 28 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I, III, IV u V tiegħu għall-progress tekniku (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 282, 29.10.2009, p. 7–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R1009
29.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 282/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1020/2009
tat-28 ta’ Ottubru 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I, III, IV u V tiegħu għall-progress tekniku
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li għandu x'jaqsam mal-Fertilizzanti (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 31(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jistipula li fertilizzant li jappartjeni għal tip ta' fertilizzant elenkat fl-Anness I mehmuż miegħu u li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati f'dak ir-Regolament jista' jissejjaħ “fertilizzant KE”. |
(2) |
Fosfat tal-blat parzjalment maħlul huwa tip ta’ fertilizzant ta’ nutrijent primarju mniżżel fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. L-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament jippermetti ż-żieda għal nutrijenti sekondarji lit-tipi kollha tal- fertilizzant tan-nutrijent primarju. Madankollu, il-kontenut minimu tal- pentossidu fosforiku stabbilit għat-tip ta’ fertilizzant eżistenti tal-fosfat tal-blat parzjalment maħlul huwa għoli wisq biex jippermetti ż-żieda ta’ nutrijenti sekondarji. Tip ta’ fertilizzant ġdid għandu għalhekk jiġi introdott biex jippermetti t-taħlitiet tal-fosfat tal-blat parzjalment maħlul b’nutrijenti sekondarji tal-manjesju li se jitqiegħdu fis-suq bħala “fertilizzant KE”. |
(3) |
Is-sulfat tal-manjesju jew l-ossidu tal-manjesju hu miżjud biex jitħan il-fosfat tal-blat biex jirrimedja n-nuqqasijiet tal-fosfat u l-manjesju f’ċerta ħamrija agrikola. Is-solubilità parzjali tagħmel il-fosfat u l-manjesju disponibbli b’mod rapidu għal uċuħ tar-raba’ għal medda ta’ żmien qasir, filwaqt li l-kostitwenti mhux imħallta jipprovdu provvista ta’ fosfat tal-manjesju aktar bil-mod iżda aktar sostnuta. Kemm in-nutrijenti tal-fosfat u tal-manjesju għandhom ikunu disponibbli f’tip ta’ fertilizzant wieħed sabiex jibbenefikaw il-bdiewa. |
(4) |
Is-sulfat tal-manjesju huwa tip ta’ fertilizzant ta’ nutrijent sekondarju mniżżel fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. L-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament jippermetti ż-żieda għal mikronutrijenti lit-tipi kollha tal- fertilizzant tan-nutrijent sekondarju. Madankollu, il-kontenut minimu tat-trijossidu tas-sulfat u l-ossidu tal-manjesju stabbilit għat-tip ta’ fertilizzant eżistenti tas-sulfat tal-manjesju huwa għoli wisq biex jippermetti ż-żieda ta’ mikronutrijenti. Minħabba l-interess li dejjem qed jikber fin-nutriment bilanċjat tal-pjanti żdied l-użu tal-mikronutrijenti. Taħlita tas-sulfat tal-manjesju b’mikronutrijenti tagħmilha aktar faċli għall-bdiewa biex jużaw dawn il-mikronutrijenti. It-tip ta’ fertilizzant tas-sulfat tal-manjesju għandu għalhekk jiġi rivedut biex jippermetti taħlitiet ta’ sulfat tal-manjesju b’mikronutrijenti li għandhom jitqiegħdu fis-suq bħala “fertilizzant tal-KE”. |
(5) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jagħti dispożizzjonijiet tekniċi għall-kontroll tal-Fertilizzanti tan-nitrat tal-ammonju b’kontenut għoli ta’ nitroġenu. Għandu jiġi kkjarifikat li l-metodi ta’ analiżi jistgħu jintużaw għal forom differenti tal-fertilizzant tan-nitrat tal-ammonju (prilli jew granuli). Barra minn dan, dawk id-deskrizzjonijiet tal-metodi tal-analiżi jagħmlu użu minn unitajiet ta’ pressjoni li m’għadhomx jintużaw aktar milli unitajiet kurrenti SI. |
(6) |
L-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jeħtieġ li l-kontrolli tal-Fertilizzanti KE li jappartjenu t-tipi ta’ fertilizzant mniżżel fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament isiru skont il-metodi ta’ analiżi li huma deskritti fid-dettall fl-Annessi III u IV ta’ dak ir-Regolament. Minħabba li dawn il-metodi mhumiex rikonoxxuti internazzjonalment, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) ingħata l-mandat biex jiżviluppa standards ekwivalenti tal-EN biex jissostitwixxu l-metodi eżistenti. |
(7) |
Bħala riżultat parzjali tal-Mandat CEN M/335 dwar il-modernizzazzjoni ta’ metodi analitiċi dwar Fertilizzanti u sustanzi tal-ġir, 20 Standard tal-EN ġew żviluppati u għandhom jiġu introdotti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003. Xi wħud minn dawn l-istandards għandhom jissostitwixxu metodi eżistenti ta’ analiżi, filwaqt li oħrajn huma ġodda. |
(8) |
Metodi vvalidati ppubblikati bħala Standards tal-EN normalment jinkludu test taċ-ċirku (test inter-laboratorju) biex jikkontrolla r-riproduttività tal-metodi analitiċi bejn laboratorji differenti. Madankollu, valutazzjoni preliminari tal-metodi li għandhom jiġu introdotti fil-mandat urew li wħud minnhom intużaw ftit. F’dan il-każ, reviżjoni editorjali instabet li kienet suffiċjenti u t-test taċ-ċirku ma tqiesx bħala neċessarju. Distinzjoni bejn Standards ivvalidati tal-EN u metodi mhux ivvalidati għandhom għalhekk isiru biex jgħinu jidentifikaw l-Istandards EN li għamlu t-test inter-laboratorju biex jinfurmaw lill-kontrolluri b’mod korrett dwar l-affidabbiltà tal-istatistika tal-istandards tal-EN. |
(9) |
Biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni u tiġi ffaċilitata reviżjoni futura, huwa xieraq li jiġi sostitwit it-test sħiħ tal-istandards fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 b’referenzi għall-istandards EN li se jiġu ppubblikati mis-CEN. |
(10) |
L-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jeħtieġ li l-laboratorji jkunu kompetenti u approvati mill-Istat Membru meta jagħmlu analiżi dwar kampjuni tal-Fertilizzanti għall-kontrolli uffiċjali. Laboratorji approvati bħal dawn iridu jissodisfaw l-istandards ta’ akkreditament imsemmija f’Taqsima B tal-Anness V. Minħabba li fil-prattika l-akkreditament ippruva li jieħu aktar żmien milli previst oriġinarjament, l-Anness V għandu jiġi emendat biex jiżgura azzjonijiet effiċjenti ta’ kontroll billi jippermetti lill-Istati Membri biex jawtorizzaw laboratorji li huma kompetenti għall-kontrolli uffiċjali, iżda li għad mhumiex akkreditati. |
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
L-Anness III huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
(4) |
L-Anness V huwa emendat skont l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi-President
(1) ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fit-Tabella A.2, l-annotazzjoni li ġejja 3(a) għandha tiġi miżjuda:
|
(2) |
fit-Tabella D, l-annotazzjoni 5 tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
ANNESS II
Taqsima 3 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 hija emendata kif ġej:
(1) |
Fil-Metodu 2, punt 6.2 hu ssostitwit b’dan li ġej: 6.2. Neħħi l-partiċelli iżgħar minn 0,5 mm bl-użu tal-passatur tat-test (5.4). Iżen sal-eqreb 0,01 gramma madwar 50 gramma tal-kampjun ġewwa tazza (5.2). Żid biżżejjed żejt tal-gass (taqsima 4) sabiex tgħatti l-prilli jew il-granuli kompletament u ħawwad b'attenzjoni sabiex tiżgura li l-uċuħ kollha tal-prilli jew il-granuli huma kollha mxarrba. Għatti t-tazza bi ħġieġa tal-arloġġ u ħalli joqgħod għal siegħa fi 25 (± 2) °C.” |
(2) |
Fil-Metodu 3, punt 4.3.5 hu ssostitwit b’dan li ġej: 4.3.5. Flixkun D tip Dreschel li jaġixxi bħala nassa għal xi eċċess ta’ aċidu li jista jfur waqt id-distillar.” |
(3) |
Fil-Metodu 3, l-ewwel paragrafu ta’ punt 5.2 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Poġġi l-kampjun għall-analiżi fil-flask tar-reazzjoni B. Żid 100 ml ta’ H2SO4 (3.2). Il-prilli jew il-granuli jinħallu f’madwar 10 minuti f’temperatura ambjentali. Arma l-apparat kif indikat fid-dijagramma: qabbad naħa tat-tubu ta' assorbiment (A) mas-sorsi tan-nitroġenu (4.2) permezz ta' apparat li ma jippertmettix li ċ-ċirkolazzjoni ssir b'lura li jkun fih pressjoni ta’ 667 sa 800 Pa u man-naħa l-oħra qabbad it-tubu ta' provvista li jidħol fil-flask ta' reazzjoni. Poġġi l-kolonna frazzjonanta Vigreux (C’) u l-kondensatur (C) mal-provvista tal-ilma li jkun qed jiksaħ fil-pożizzjoni. Aġġusta n-nitroġenu sabiex jipprovdi ċirkolazzjoni moderata permezz tas-soluzzjoni, saħħan is-soluzzjoni sakemm tagħli u kompli saħħan għal żewġ minuti. Fi tmiem dan il-ħin, m'għandux ikun hemm aktar tfexfix. Jekk ikun jidher it-tfexfix, kompli saħħan għal 30 minuta. Ħalli t-taħlita tibred għal mill-anqas 20 minuta bin-nitroġenu għaddej minnha.” |
ANNESS III
It-taqsima B tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 hija emendata kif ġej:
(1) |
Il-Metodu 1 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej: “ 1Tħejjija tal-kampjun għall-analiżi EN 1482-2: Ferrtilizzaturi u sustanzi tal-ġir – Tħejjija għat-teħid tal-kampjuni u għall-kampjun-Parti 2: Tħejjija tal-kampjun” |
(2) |
Metodu 2 qed jiġi sostitwiti b’dan li ġej:
|
(3) |
Il-Metodu 4.1 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej: “ 4.1Kalkolu tal-kontenut tal-potassju li jinħall fl-ilma EN 15477: Fertilizzanti – Kalkolu tal-kontenut tal-potassju li jinħall fl-ilma Dan il-metodu ta’ analiżi għamel it-test taċ-ċirku.” |
(4) |
Il-metodi li ġejjin qed jiġu miżjuda: “ 11Aġenti li jikkelaw 11.1 Kalkolu tal-kontenut li jikkela tal-mikronutrijenti u tal-frazzjoni li tikkela tal-mikronutrijenti EN 13366: Fertilizzanti – Trattament b'reżina li tipproduċi cation exchange għall-Kalkolu tal-kontenut mikro-nutrienti kelat u tal-frazzjoni kelata ta' mikro Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku. 11.2 Kalkolu tal-EDTA, HEDTA u DTPA EN 13368-1: Fertilizzanti – Kalkolu ta’ aġenti li jikkelaw fil-Fertilizzanti mill-kromatografija li topera b'joni – Parti 1: EDTA, HEDTA u DTPA Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku. 11.3 Kalkolu ta’ ħadid ikkelat minn o,o EDDHA u o,o EDDHMA EN 13368-2: Fertilizzanti 2007 – Kalkolu ta’ aġenti li jikkelaw fil-Fertilizzanti mill-kromatografija. It-tieni parti: Kalkolu ta’ Fe li tikkela minn o,o EDDHA u o,o EDDHMA permezz ta' kromatografija li topera b’par joni Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku. 11.4 Kalkolu ta’ ħadid ikkelat mill-EDDHSA EN 15451: Fertilizzanti – Kalkolu ta' aġenti li jikkelaw-Kalkolu ħadid ikkelat mill-EDDHSA permezz ta' kromatografija li topera b’par joni Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku. 11.5 Kalkolu ta’ ħadid ikkelat permezz ta’ o,p EDDHA EN 15452: Fertilizzanti – Kalkolu ta' aġenti li jikkelaw – Kalkolu ta’ ħadid ikkelat permezz ta’ o,p EDDHA permezz ta' fażi maqluba ta’ HPLC Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku. 12 Inibituri ta' nitrifikazzjoni u tal-ureżi 12.1 Kalkolu ta' dicyandiamide EN 15360: Fertilizzanti – Kalkolu ta' dicyandiamide – Metodu li juża kromatografija likwida li jagħti riżultati tajbin ħafna (HPLC) Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku. 12.2 Kalkolu ta' NBPT EN 15688: Fertilizzanti – Kalkolu ta’ inibituri ta’ nitrifikazzjoni tal-ureżi N-(n-butyl) thiophosphoric triamide (NBPT) li juża kromatografija likwida li jagħti riżultati tajbin ħafna (HPLC) Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku. 13 Il-metalli tqal 13.1 Kalkolu tal-kontenut ta’ kadjum EN 14888 Fertilizzant u sustanzi tal-gir – Kalkolu ta' kontenut ta' kadjum Dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.” |
ANNESS IV
It-Taqsima B tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tiġi sostitwita b'dan li ġej:
“B. REKWIŻITI LI JAWTORIZZAW IL-LABORATORJI LI HUMA KOMPETENTI U LI JIPPROVDU S-SERVIZZ MEĦTIEĠ DWAR IL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ TAL-FERTILIZZANTI TAL-KE MAR-REKWIŻITI TA' DAN IR-REGOLAMENT U L-ANNESSI TIEGĦU
1. |
Standard applikabbli għal-livell tal-laboratorji:
|
2. |
Standard applikabbli għal-livell tal-korpi ta' akkreditament: EN ISO/IEC 17011, Valutazzjoni ta’ konformità: Rekwiżiti ġenerali għall-korpi akkreditati li jkunu akkreditati mal-korpi ta’ valutazzjoni ta’ konformità.” |